European Union website, the official EU website

Ewropa bla fruntieri

Ewropa bla fruntieri


1990 | 1991 | 1992 | 1993 | 1994 | 1995 | 1996 | 1997 | 1998 | 1999

Ewropa bla fruntieri

Bil-waqa' tal-komuniżmu fl-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant, l-Ewropej isiru ġirien eqreb. Fl-1993 is-Suq Uniku jitlesta bl-'erba' libertajiet' tal-moviment tal-prodotti, tas-servizzi tan-nies u tal-flus. Fid-disgħinijiet jinkitbu żewġ trattati, it-Trattat ta' Maastricht dwar l-Unjoni Ewropea fl-1993 u t-Trattat ta' Amsterdam fl-1999. In-nies jibdew jaħsbu kif jistgħu jħarsu l-ambjent u wkoll kif l-Ewropej jistgħu jaġixxu flimkien rigward kwistjonijiet ta' sigurtà u difiża. Fl-1995 l-UE tikseb tliet membri ġodda - l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja. Villaġġ żgħir fil-Lussemburgu jagħti l-isem lill-ftehimiet ta' Schengen li bil-mod il-mod jippermettu lill-persuni jivvjaġġaw mingħajr il-verifika tal-passaport fil-fruntieri. Miljuni ta' żgħażagħ jibdew jistudjaw barra minn pajjiżhom grazzi għall-appoġġ tal-UE. Il-komunikazzjoni ssir iktar faċli u iktar u iktar nies jibdew jużaw il-mowbajls u l-internet.

Fil-Balkani, il-Jugożlavja tibda' titfarrak biċċiet fl-1991. Il-ġlied l-ewwel jibda fil-Kroazja, imbagħad fil-Bożnja u Ħerzegovina u tfaqqa' gwerra ċivili bejn is-Serbi, il-Kroati u l-Musulmani.

7 ta’ Frar 1992

Jiġi ffirmat it- Trattat dwar l-Unjoni Ewropea f'Maastricht. Dan hu pass importanti għall-UE - jiddefinixxi regoli ċari għall-futur tal- munita unika kif ukoll tal- politika barranija u ta' sigurtà u kooperazzjoni eqreb fil- kwistjonijiet ġudizzjarji u interni. Bit-Trattat, l-isem 'Unjoni Ewropea' jieħu post uffiċjalment il-'Komunità Ewropea'.

1 ta’ Jannar 1993

Is- suq uniku u l-erba' libertajiet tiegħu jiġu stabbiliti: il-moviment liberu tal-prodotti, is-servizzi, in-nies u l-flus issa jsir realtà. Mill-1986 intlaħaq qbil fuq iktar minn 200 liġi li jkopru l-politika tat-taxxa, regolamenti dwar in-negozju, il-kwalifiki professjonali u ostakli oħra għall-ftuħ tal-fruntieri. Il-moviment liberu ta' xi servizzi għadu mdewwem.

1 ta’ Jannar 1995

L-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja jingħaqdu fl-Unjoni Ewropea. Il-15-il membru issa kważi jkopru l-Ewropa tal-Lvant kollha. F'Ottubru 1990, il-Ġermanja ngħaqdet u għalhekk l-eks Ġermanja tal-Lvant issir parti mill-UE.

Stati Membri Stati Membri: il-Ġermanja, Franza, l-Italja, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Belġju, il-Lussembrugu,id-Danimarka, l-Irlanda, ir-Renju Unit, il-Greċja, Spanja u l-Portugall.

Stati Membri ĠoddaStati Membri Ġodda: l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja.

  Mappa - Stati membri tal-UE 1995 © Stefan Chabluk

Lista tal-istati membri kollha tal-UE u meta ssieħbu.

26 ta’ Marzu 1995

Il- Ftehim ta' Schengen jidħol fis-seħħ f'seba' pajjiżi - il-Belġju, il-Ġermanja, Spanja, Franza, il-Lussemburgu, il-Pajjiżi l-Baxxi u l-Portugall. Iċ-ċittadini ta' kwalunkwe nazzjonalità jistgħu jivvjaġġaw bejn dawn il-pajjiżi kollha mingħajr il-kontroll tal-passaport fil-fruntieri. Minn dak in-nhar 'il hawn ingħaqdu pajjiżi oħra fiż-żona Schengen.

17 ta’ Ġunju 1997

L-Iffirmar tat- Trattat ta’ Amsterdam. Jibni fuq il-kisbiet tat- trattat ta' Maastricht Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel  čeština (cs ) dansk (da ) Deutsch (de ) ελληνικά (el ) English (en ) español (es ) français (fr ) italiano (it ) magyar (hu ) Nederlands (nl ) polski (pl ) português (pt ) română (ro ) suomi (fi ) svenska (sv ) , u jistabbilixxi pjanijiet biex jiġu riformati l-istituzzjonijiet tal-UE, biex l-Ewropa jkollha vuċi iktar b'saħħitha fid-dinja, u biex jiġu kkonċentrati iktar riżorsi fuq l- impjiegi u d-drittijiet taċ-ċittadini.

 

13 ta’ Diċembru 1997

Il-mexxejja tal-UE jiftiehmu biex jibdew il-proċess tan-negozjati ta' sħubija ma' 10 pajjiżi tal-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant: il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, l-Ungerija, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja, ir-Rumanija, is-Slovakkja u s-Slovenja. Il-gżejjer fil-Mediterran ta' Ċipru u Malta huma inklużi wkoll. Fis-sena 2000, bidliet fit-Trattat miftiehma f' Nizza jwittu t-triq għat- tkabbir bir-riforma tar-regoli ta' votazzjoni tal-UE.

Fl-1996, xjenzjati fl-Iskozja jirnexxilhom jikklonaw nagħġa minn ċellola waħda ta' nagħġa ta' sitt snin, rivoluzzjoni fl-inġinerija ġenetika. 'Dolly' hi kopja identika tal-'ġenitur' tagħha.

1 ta’ Jannar 1999

Tiddaħħal l- ewro fi 11-il pajjiż (il-Greċja tingħaqad magħhom fl-2001) għal tranżazzjonijiet kummerċjali u finanzjarji biss. Il-karti u l-muniti jaslu iktar tard. Il-pajjiżi tal-ewro huma l-Belġju, il-Ġermanja, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Irlanda, l-Italja, il-Lussemburgu, il-Pajjiżi l-Baxxi, l-Awstrija, il-Portugall u l-Finlandja. Id-Danimarka, l-Iżvezja u r-Renju Unit għalissa jiddeċiedu li jibqgħu barra.

1990 | 1991 | 1992 | 1993 | 1994 | 1995 | 1996 | 1997 | 1998 | 1999
Ara wkoll: