- Ċemplilna 00 800 6 7 8 9 10 11
- Uża alternattivi telefoniċi oħra
- Iltaqa’ magħna f’uffiċċju lokali tal-UE
- Iktbilna permezz tal-formola ta’ kuntatt tagħna
L-UE tipprovdi finanzjament u għotjiet għal għadd kbir ta' proġetti u programmi li jkopru oqsma bħal:
Il-finanzjament jitmexxa skont regoli riġidi li jiżguraw li hemm kontroll strett fuq kif jiġu użati l-fondi u li l-flus jintefqu b'mod trasparenti u responsabbli.
Bħala grupp, it-27 Kummissarju tal-UE għandhom ir-responsabbiltà politika li jiżguraw li l-fondi tal-UE jintefqu kif suppost. Imma minħabba li l-parti l-kbira tal-finanzjament huwa ġestit fil-pajjiżi benefiċjarji, ir-responsabbiltà għat-twettiq ta’ kontrolli u verifiki annwali hija f’idejn il-gvernijiet nazzjonali.
'Il fuq minn 76% tal-baġit tal-UE jitmexxa bi sħab ma' awtoritjiet nazzjonali u reġjonali permezz ta' sistema ta' "ġestjoni konġunta", l-aktar permezz ta' 5 finanzjamenti ewlenin - il-Fondi Strutturali u ta' Investiment. Kollettivament, dawn jgħinu fl-implimentazzjoni tal-istrateġija Ewropa 2020.
Fondi oħra huma ġestiti direttament mill-UE. Dawn huma pprovduti f’forma ta’:
Ir-riċevituri tal-offerti, għotjiet, jew għajnuna għall-iżvilupp imwarrba għall-pajjiżi mhux tal-UE jiġu ppublikati onlajn.
Jistgħu jiksbu l-finanzjament tal-UE permezz ta' għotjiet, self u garanziji. L-għotjiet jipprovdu appoġġ dirett, filwaqt li finanzjament ieħor huwa possibbli permezz ta' programmi mmexxija nazzjonalment.
Finanzjament tal-UE għan-negozji żgħar
Jistgħu jkunu eleġibbli għall-finanzjament, sakemm ikunu attivi f'oqsma ta' politika tal-UE u fuq bażi ta' bla profitt.
Il-finanzjament tal-UE għall-NGOs skont il-qasam politiku
Żewġ tipi differenti ta' finanzjament:
Bejn l-2014 u l-2020, l-UE se tipprovdi kważi €80 biljun f'finanzjament għar-riċerka, prinċipalment permezz tal-programm ta' riċerka ewlieni tagħha Orizzont2020. Dan il-finanzjament normalment jieħu s-sura ta' għotjiet, biex parzjalment jiffinanzja għadd ġmielu ta' proġetti ta' riċerka.
Finanzjament mill-UE għar-riċerka u l-innovazzjoni
Il-biċċa l-kbira tal-bdiewa fl-UE huma eleġibbli għal pagamenti ta’ appoġġ għad-dħul dirett. Madwar terz ta' dawn il-pagamenti jingħata għal metodi ta' biedja favur l-ambjent (żamma ta' bur permanenti, diversifikazzjoni tal-uċuħ tar-raba', eċċ.).
Il-bdiewa jirċievu wkoll il-flus skont kemm għandhom raba' – għal darb’ oħra talli jużaw metodi ta’ biedja li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent li jippreservaw il-bijodiversità, il-kwalità tal-ħamrija u tal-ilma u jżommu l-emissjonijiet baxxi.
Il-finanzjament tal-UE jgħin ukoll lill-bdiewa jitħarrġu f’tekniki ġodda u jaġġornaw jew jirristrutturaw l-irziezet tagħhom. U jiġi applikat b'mod aktar ġenerali biex itejjeb il-ħajja f'żoni rurali, billi joħloq ix-xogħol u jipprovdi servizzi bażiċi.
Apparti minn hekk, skont l-iżvilupp rurali, bdiewa żgħażagħ jistgħu jgawdu minn appoġġ speċifiku biex jibdew in-negozju tagħhom kif ukoll minn rati ta' appoġġ aktar għoljin għall-investiment li jagħmlu fin-negozju.
L-UE hi magħrufa għall-għajnuna finanzjarja li tagħti, imma inti taf eżatt kif taħdem - min jista' jieħu l-flus, kif u għal liema tip ta' affarijiet? Kun af iżjed hawnhekk!