Unjoni Ewrope

L-ekonomija

L-UE, li topera bħala suq uniku bi 28 pajjiż, hija forza ewlenija fil-kummerċ dinji.

Il-politika ekonomika tal-UE tiffoka fuq il-ħolqien tal-impjiegi u l-ixprunar tat-tkabbir permezz tal-użu aktar intelliġenti tar-riżorsi finanzjarji, it-tneħħija tal-ostakli għall-investiment u l-għoti ta’ viżibilità u assistenza teknika lill-proġetti ta’ investiment.

Kemm hi kbira l-ekonomija tal-UE?

F’termini tal-valur totali tal-oġġetti u s-servizzi kollha prodotti (PDG), hi ikbar mill-ekonomija tal-Istati Uniti. Il-PDG tal-UE fl-2017:

  • €15.3 triljun

Kummerċ

Aktar minn 64 % tal-kummerċ totali tal-pajjiżi tal-UE jsir ma’ pajjiżi oħra tal-UE.

L-UE għandha biss 6.9 % tal-popolazzjoni dinjija, iżda l-kummerċ tagħha mal-kumplament tad-dinja jammonta għal madwar 15.6 % tal-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet globali.

Flimkien mal-Istati Uniti u ċ-Ċina, l-UE hi waħda mill-akbar tliet atturi fl-isfera globali fil-kummerċ internazzjonali.

Il-pajjiżi tal-UE kellhom it-tieni l-akbar sehem ta’ importazzjonijiet u esportazzjonijiet ta’ oġġetti f'termini globali fl-2016.

L-esportazzjonijiet tagħhom kienu ta’ 15.6 % tat-total fid-dinja, għalkemm fl-2014, għall-ewwel darba fl-eżistenza tal-UE, inqabżu minn dawk taċ-Ċina (16.1 % fl-2014, li mbagħad telgħu għal 17.0 % fl-2016). Madankollu, baqgħu fuq quddiem dawk tal-Istati Uniti (11.8 %).

L-Istati Uniti kellha sehem ikbar tal-importazzjonijiet tad-dinja (17.6 %) kemm minn tal-pajjiżi tal-UE (14.8 %) kif ukoll minn dawk taċ-Ċina (12.4 %).

Impjiegi

Ir-rata tal-impjiegi - il-proporzjon tal-popolazzjoni fl-età tax-xogħol li għandha impjieg - hi indikatur soċjali ewlieni użat fl-analiżi tax-xejriet tas-suq tax-xogħol.

L-impatt tal-kriżi ekonomika globali u tat-turbolenza fiż-Żona tal-euro fl-2008 kienu segwiti minn żieda sostnuta fir-rata tal-impjiegi matul is-snin ta’ wara.

Sors: Eurostat

Qgħad

Ir-rata tal-qgħad hu n-numru ta’ nies bla xogħol bħala perċentwal tal-forza tax-xogħol totali. Hi indikatur importanti b’dimensjonijiet kemm soċjali kif ukoll ekonomiċi.

Iċ-ċart t’hawn taħt turi r-rati tal-qgħad fil-pajjiżi tal-UE.

Sors: Eurostat

Differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa

Id-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa mhux aġġustata hi definita bħala d-differenza bejn ir-rimunerazzjoni medja gross fis-siegħa tal-irġiel u n-nisa, espressa bħala perċentwal tar-rimunerazzjoni medja gross tal-irġiel. Hi kkalkulata għall-kumpaniji b’10 impjegati jew aktar.

Ġeneralment id-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa hi ħafna inqas għall-impjegati żgħażagħ u għandha t-tendenza li tiżdied mal-età. Dan jista’ jkun minħabba l-interruzzjonijiet fil-karriera li jesperjenzaw b'mod tipiku n-nisa matul il-ħajja tax-xogħol tagħhom. Id-differenza fil-paga tinħass b’mod partikolari fil-każ ta’ nisa ta’ età iktar avvanzata, li ma gawdewx mill-miżuri ta’ ugwaljanza li fiż-żmien meta bdew il-ħajja tax-xogħol tagħhom ma kinux jeżistu.

Id-differenza fil-paga tvarja b'mod konsiderevoli fl-UE, kif tidher fiċ-ċart t’hawn taħt.

Id-data mhijiex disponibbli għal xi pajjiżi tal-UE.

Sors: Eurostat

Kummerċ elettroniku

Ix-xiri online hu popolari ħafna fl-UE. Ix-xiri elettroniku qed jiżdied b’mod kostanti, u l-akbar żieda qed tiġi rreġistrata fost l-utenti żgħażagħ tal-internet.

Iċ-ċart t’hawn taħt turi l-oġġetti u s-servizzi l-aktar popolari li huma mixtrija jew ordnati online.

Sors: Eurostat

Kważi 7 minn 10 xerrej elettroniku ma kellhom ebda problema meta xtraw jew ordnaw oġġetti u servizzi, kif jidher fiċ-ċart t’hawn taħt.

Sors: Eurostat

Trasport

Hu vitali li n-negozji u l-pubbliku tal-UE jgawdu minn sistema tat-trasport tal-passiġġieri u tal-merkanzija li timxi bla xkiel u li hi effiċjenti bl-istess mod. Il-politika komuni tat-trasport hi mfassla biex tħeġġeġ vjaġġar nadif, sikur u effiċjenti mal-Ewropa kollha.

It-tliet ċarts t’hawn taħt juru:

  • il-qasma tat-trasport intern (bil-ferrovija, bil-kowċ, bix-xarabank u bit-trolleybus) f’kull pajjiż tal-UE.
  • ir-rati tat-trasport tal-passiġġieri bl-ajru
  • ir-rati tat-trasport tal-passiġġieri bil-baħar

Sors: Eurostat

Sors: Eurostat

Id- mhijiex disponibbli għal xi pajjiżi tal-UE.

Sors: Eurostat

Enerġija rinnovabbli

Is-sorsi ta' enerġija rinnovabbli fl-UE jinkludu l-enerġija mir-riħ, l-enerġija solari, l-idroenerġija, l-enerġija mill-marea, l-enerġija ġeotermali, il-bijofjuwils u l-parti rinnovabbli tal-iskart. Hemm ħafna benefiċċji potenzjali tas-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, li jinkludu:

  • inqas emissjonijiet ta' gass b'effett ta' serra
  • diversità akbar fis-sorsi ta’ enerġija
  • inqas dipendenza fuq is-swieq tal-karburanti fossili (speċjalment iż-żejt u l-gass)

Matul l-aħħar ftit snin kien hemm tkabbir b'saħħtu tas-sorsi ta' enerġija rinnovabbli fl-UE. Filfatt, l-enerġija mis-sorsi rinnovabbli kważi rduppjat is-sehem tagħha tal-konsum finali tal-enerġija gross fis-snin riċenti, kif muri fiċ-ċart t’hawn taħt.

Sors: Eurostat

Back to top