- Ċemplilna 00 800 6 7 8 9 10 11
- Uża alternattivi telefoniċi oħra
- Iltaqa’ magħna f’uffiċċju lokali tal-UE
- Iktbilna permezz tal-formola ta’ kuntatt tagħna
Is-snin Ewropej indirizzaw suġġetti speċifiċi biex iħeġġu d-dibattitu u d-djalogu fi ħdan u bejn il-pajjiżi.
L-għan hu li jiżdied l-għarfien dwar ċerti temi, jitħeġġeġ id-dibattitu u jinbidlu l-attitudnijiet. Matul bosta snin Ewropej, aktar fondi huma pprovduti għall-proġetti lokali, nazzjonali u bejn il-fruntieri li jindirizzaw it-tema speċifika tas-sena.
Is-sena Ewropea tista' wkoll tibgħat sinjal politku u ta' impenn b'saħħtu mill-istituzzjonijiet u mill-membri tal-gvernijiet tal-UE li t-tema se tkun ikkunsidrata fit-tfassil tal-politika futura. F'ċerti każijiet, il-Kummissjoni Ewropea tista' tipproponi leġiżlazzjoni ġdida dwar it-tema.
Din tiġi proponuta mill-Kummissjoni u adottata mill-Parlament Ewropew u mill-gvernijiet membri tal-UE.