Unjoni Ewrope

L-euro

L-euro huwa l-munita uffiċjali ta’ 19 28 mill-pajjiżi membri tal-UE. Triq twila ta’ tħejjija ta’ aktar minn 40 sena wasslet għall-introduzzjoni tal-euro fl-2002. Il-Bank Ċentrali Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea huma responsabbli li jżommu l-valur u l-istabbiltà tiegħu, u għall-istabbiliment tal-kriterji meħtieġa biex il-pajjiżi tal-UE jidħlu fiż-żona tal-euro.

Il-munita unika, li hi prova tanġibbli tal-integrazzjoni Ewropea, għandha storja speċifika ta’ disinn, implimentazzjoni, u politiki. Għalkemm il-bidla għall-euro seħħet kważi 20 sena ilu, f’xi pajjiżi għadu possibbli li jsir skambju ta’ karti u muniti nazzjonali antiki għall-munita unika Ewropea.

Back to top