- Ċemplilna 00 800 6 7 8 9 10 11
- Uża alternattivi telefoniċi oħra
- Iltaqa’ magħna f’uffiċċju lokali tal-UE
- Iktbilna permezz tal-formola ta’ kuntatt tagħna
Il-miri tal-Unjoni Ewropea huma:
Il-valuri tal-UE huma komuni għall-pajjiżi membri kollha f’soċjetà li fiha jirrenjaw l-inklużjoni, it-tolleranza, il-ġustizzja, is-solidarjetà u n-nondiskriminazzjoni. Dawn il-valuri huma parti integrali tal-istil tal-ħajja Ewropea:
Dawn il-miri u valuri jifformaw il-bażi tal-UE u jinsabu stabbiliti fit-Trattat ta’ Lisbona u fil-Karta tad-drittijiet fundamentali tal-UE.
Fl-2012, l-UE ngħatat il-Premju Nobel għall-Paċi għall-avvanzi li għamlet fil-kawżi tal-paċi, ir-rikonċiljazzjoni, id-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem fl-Ewropa.

L-Unjoni Ewropea hi unjoni ekonomika u politika unika bejn 27 pajjiż Ewropew li flimkien ikopru l-parti l-kbira tal-kontinent.
Il-predeċessura tal-UE nħolqot wara t-Tieni Gwerra Dinjija. L-ewwel passi saru biex tiġi stimulata l-kooperazzjoni ekonomika: l-idea hi li l-pajjiżi li jinnegozjaw ma' xulxin isiru ekonomikament interdipendenti u b'hekk jevitaw il-kunflitt.
Ir-riżultat kien il-Komunità Ekonomika Ewropea (KEE), li nħolqot fl-1958, u inizjalment żiedet il-kooperazzjoni ekonomika bejn sitt pajjiżi: il-Belġju, il-Ġermanja, Franza, l-Italja, il-Lussemburgu u n-Netherlands.
Minn dakinhar ’l hawn, 22 membru ieħor issieħeb u nħoloq suq uniku enormi (magħruf ukoll bħala s-“suq intern”) u qed ikompli jiżviluppa lejn il-potenzal sħiħ tiegħu.
Fil-31 ta’ Jannar 2020, ir-Renju Unit ħareġ mill-Unjoni Ewropea.
Dak li beda biss bħala unjoni ekonomika, evolva f'organizzazzjoni li tinkludi oqsma ta' politika, minn klima, ambjent u saħħa għal relazzjonijiet esterni u sigurtà, ġustizzja u migrazzjoni. Bidla fl-isem mill-Komunità Ekonomika Ewropea (KEE) għall-Unjoni Ewropea (UE) fl-1993 irriflettiet din il-bidla.
L-UE wasslet għal nofs seklu ta' paċi, stabbiltà, u prosperità. Għenet biex tgħolli l-livell tal-għajxien, u nediet munita unika Ewropea: l-euro. Aktar minn 340 miljun ċittadin tal-UE fi 19-il pajjiż jużawh bħala l-munita tagħhom u qed igawdu l-benefiċċji li jġib miegħu.
Bis-saħħa tat-tneħħija tal-kontrolli mal-fruntieri bejn il-pajjiżi tal-UE, in-nies tista' tivvjaġġa b'mod ħieles fil-parti l-kbira tal-kontinent. U sar ħafna aktar faċli wkoll li tgħix, taħdem u tivvjaġġa f'pajjiż ieħor fl-Ewropa. Iċ-ċittadini kollha tal-UE għandhom id-dritt u l-libertà li jagħżlu f’liema Stat Membru jridu jaħdmu, jistudjaw jew jirtiraw. Kull pajjiż membru jrid jittratta maċ-ċittadini tal-Unjoni f’termini ta’ impjieg, sigurtà soċjali u taxxi daqslikieku huma ċ-ċittadini tiegħu stess.
Il-magna ekonomika ewlenija tal-UE hi s-suq uniku. Hu jagħmilha possibbli għall-biċċa l-kbira tal-oġġetti, tas-servizzi u tan-nies li jiċċaqalqu b’mod ħieles. Għan ewlieni ieħor tal-UE hu li tiġi żviluppata din ir-riżorsa enormi f'oqsma oħra bħall-enerġija, l-għarfien u s-swieq kapitali biex ikun żgurat li l-Ewropej ikunu jistgħu jibbenefikaw kemm jista' jkun minnu.
L-UE tibqa' ffukata fuq il-proċess biex l-istituzzjonijiet governattivi tagħha jkunu dejjem aktar trasparenti u demokratiċi. Id-deċiżjonijiet isiru bl-aktar mod miftuħ possibbli u kemm jista’ jkun qrib iċ-ċittadini.
Ingħataw aktar setgħat lill-Parlament Ewropew li jiġi elett direttament, filwaqt li l-parlamenti nazzjonali għandhom rwol akbar billi jaħdmu id f'id mal-istituzzjonijiet Ewropej.
L-UE hi ggvernata bil-prinċipju tad-demokrazija rappreżentattiva, fejn iċ-ċittadini huma rrappreżentati direttament fil-livell tal-Unjoni fil-Parlament Ewropew u l-Istati Membri huma rrappreżentati fil-Kunsill Ewropew u l-Kunsill tal-UE.
Iċ-ċittadini Ewropej huma mħeġġa biex jikkontribwixxu għall-ħajja demokratika tal-Unjoni billi jagħtu l-opinjonijiet tagħhom dwar il-politiki tal-UE matul l-iżvilupp tagħhom jew billi jissuġġerixxu titjib fil-liġijiet u l-politiki eżistenti. L-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej tagħi s-setgħa liċ-ċittadini biex ikollhom vuċi akbar fil-politiki tal-UE li jaffettwaw ħajjithom. Iċ-ċittadini jistgħu jibagħtu wkoll ilmenti u mistoqsijiet dwar l-applikazzjoni tal-liġi tal-UE.
L-Unjoni Ewropea hija l-akbar blokk kummerċjali fid-dinja. Hija l-akbar esportatur dinji ta’ prodotti u servizzi manufatturati, u hi l-akbar suq tal-importazzjoni għal aktar minn 100 pajjiż.
Il-kummerċ ħieles bejn il-membri tagħha kien wieħed mill-prinċipji fundaturi tal-UE. Dan hu possibbli bis-saħħa tas-suq uniku. Lil hinn mill-fruntieri tagħha, l-UE hi impenjata wkoll li tilliberalizza l-kummerċ dinjii.
L-UE hija impenjata li tgħin il-vittmi ta’ diżastri kkawżati mill-bniedem u dawk naturali madwar id-dinja u tappoġġja aktar minn 120 miljun ruħ kull sena. Kollettivament, l-UE u l-pajjiżi li jiffurmawha huma l-akbar donatur ta' għajnuna umanitarja fid-dinja.
L-UE għandha rwol importanti fid-diplomazija u taħdem biex trawwem l-istabbiltà, is-sigurtà u l-prosperità, id-demokrazija, il-libertajiet fundamentali u l-istat tad-dritt fil-livell internazzjonali.
L-UE hi unjoni politika u ekonomika magħmula minn 27 Stat Membru. Iċ-ċittadini tagħha jużaw l-istess munita, għandhom suq wieħed u storja u kultura komuni.
L-UE hi unjoni politika u ekonomika magħmula minn 27 Stat Membru. Iċ-ċittadini tagħha jużaw l-istess munita, għandhom suq wieħed u storja u kultura komuni.
Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tiġbor flimkien id-drittijiet personali, ċiviċi, politiċi, ekonomiċi u soċjali kollha li jgawdu in-nies fl-UE.
Dan il-kontenut ma jinstabx bil-lingwa tieghek.