- Ċemplilna 00 800 6 7 8 9 10 11
- Uża alternattivi telefoniċi oħra
- Iltaqa’ magħna f’uffiċċju lokali tal-UE
- Iktbilna permezz tal-formola ta’ kuntatt tagħna
Iċ-ċittadini kollha ta' pajjiż tal-UE huma awtomatikament ċittadini tal-UE. Li tkun ċittadin tal-UE jagħtik drittijiet u responsabbiltajiet addizzjonali importanti.
Dawn jinsabu miktubin fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (Artikolu 18) u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali (Kapitolu V).
Teħtieġ l-għajnuna biex teżerċita d-drittijiet tiegħek?
Biex tqajjem għarfien dwar iċ-ċittadinanza tal-UE kemm fost il-pubbliku kif ukoll fost l-awtoritajiet nazzjonali, il-Kummissjoni minn żmien għal żmien tippubblika Rapport dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE.
Taqsiriet tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar iċ-ċittadinanza tal-UE
Bħala ċittadin tal-UE, int għandek id-dritt li tgħix u tiċċaqlaq fl-UE mingħajr ma tkun iddiskriminat minħabba n-nazzjonalità tiegħek.
Tista' tmur tgħix fi kwalunkwe pajjiż tal-UE jekk tissodisfa ċerti kundizzjonijiet, dan jiddependi dwar jekk intix taħdem, tistudja, eċċ.
Kull ċittadin tal-UE għandu d-dritt jivvota u joħroġ bħala kandidat fl-elezzjonijiet kemm lokali kif ukoll Ewropej fil-pajjiż tal-UE li fih ikun qed jgħix, bl-istess kundizzjonijiet bħaċ-ċittadini ta' dak il-pajjiż.
Tista' tressaq petizzjoni lill-Parlament Ewropew biex jindirizza bżonn jew ilment personali, jew kwistjoni ta' interess pubbliku. Is-suġġett jeħtieġlu jaqa' taħt il-kompetenza tal-UE (jiġifieri ma għandux ikun xi ħaġa li hi deċiża fil-livell lokali jew nazzjonali) u jeħtieġ li jaffettwak direttament.
Tista' tilmenta mal-Ombudsman Ewropew dwar amministrazzjoni ħażina minn istituzzjoni jew korp tal-UE.
Tista' tikkuntattja wkoll direttament l-istituzzjonijiet u l-korpi konsultattivi tal-UE, u għandek dritt li tingħata tweġiba bi kwalunkwe waħda minn 24 lingwa uffiċjali tal-UE.
Jekk tinsab f'pajjiż li mhux fl-UE u teħtieġ l-għajnuna, bħala ċittadin tal-UE int intitolat għal protezzjoni konsulari mill-ambaxxata jew mill-konsulat ta' kwalunkwe pajjiż ieħor tal-UE, jekk pajjiżek ma għandux ambaxxata jew konsulat fil-pajjiż li mhux fl-UE.
Tista' titlob assistenza f'sitwazzjonijiet li jinvolvu, pereżempju, mewt, aċċident jew mard, arrest jew detenzjoni, jekk tkun vittma ta' reat kriminali u ripatrijazzjoni.
L-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej tippermettilek tistaqsi l-Kummissjoni Ewropea sabiex tipprepara l-leġiżlazzjoni. Il-petizzjoni għandha tiġi ffirmata minn tal-anqas miljun persuna f'tal-anqas kwart tal-pajjiżi tal-UE (attwalment tal-anqas 7 pajjiżi).
Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tiġbor flimkien id-drittijiet personali, ċiviċi, politiċi, ekonomiċi u soċjali kollha li jgawdu in-nies fl-UE.
Dan il-kontenut ma jinstabx bil-lingwa tieghek.
Ir-regoli l-ġodda għall-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej issawru mill-kontribut ta’ eluf ta’ ċittadini u organizzazzjonijiet fl-UE kollha. Dawn se jiffaċilitaw it-tnedija u l-appoġġ tal-inizjattivi taċ-ċittadini li jitolbu bidliet konkreti fil-liġijiet tal-UE.