Unjoni Ewrope

Verżjoni li tinqara faċilment - L-Unjoni Ewropea

Verżjoni li tinqara faċilment - L-Unjoni Ewropea

Verżjoni li tinqara faċilment

Tinqara faċilment hu mod
li l-informazzjoni ssir aċċessibbli
biex nies b’diżabbiltajiet intellettwali
u n-nies kollha jkunu jistgħu jifhmuha.

Simbolu għal tinqara faċilment

© Logo Ewropew Tinqara Faċilment: Inclusion Europe. Aktar informazzjoni f’https://easy-to-read.eu/


L-Unjoni Ewropea


L-Unjoni Ewropea hi grupp ta’ 28 pajjiż fl-Ewropa.
Dawn il-pajjiżi ngħaqdu flimkien
biex jagħmlu l-affarijiet aħjar, aktar faċli u aktar sikuri għan-nies.
Huma qablu li jaħdmu flimkien u li jgħinu lil xulxin.

Mappa bil-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea


Kif bdiet l-Unjoni Ewropea


L-idea li tinħoloq l-Unjoni Ewropea ġiet
wara żewġ gwerer kbar li seħħew fl-Ewropa.
Il-pajjiżi fl-Ewropa raw li
hu aħjar li jaħdmu flimkien
milli jiġġieldu ma’ xulxin.

Nies jaħdmu flimkien

Fil-bidu, 6 pajjiżi biss fl-Ewropa bdew jaħdmu flimkien:

  • Franza
  • Il-Belġju
  • Il-Ġermanja
  • Il-Lussemburgu
  • In-Netherlands
  • L-Italja

Ftit wara, issieħbu magħhom aktar u aktar pajjiżi fl-Ewropa
u nħolqot l-Unjoni Ewropea.

Illum, 28 pajjiż jagħmlu parti mill-Unjoni Ewropea.
Dawn il-pajjiżi huma:

  • Ċipru
  • Franza
  • Iċ-Ċekja
  • Id-Danimarka
  • Il-Belġju
  • Il-Bulgarija
  • Il-Finlandja
  • Il-Ġermanja
  • Il-Greċja
  • Il-Kroazja
  • Il-Latvja
  • Il-Litwanja
  • Il-Lussemburgu
  • Il-Polonja
  • Il-Portugall
  • In-Netherlands
  • Ir-Renju Unit
  • Ir-Rumanija
  • Is-Slovakkja
  • Is-Slovenja
  • L-Awstrija
  • L-Estonja
  • L-Irlanda
  • L-Italja
  • L-Iżvezja
  • L-Ungerija
  • Malta
  • Spanja

Mappa bil-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea


Il-miri u l-valuri tal-Unjoni Ewropea


Il-pajjiżi kollha li jagħmlu parti mill-Unjoni Ewropea jaħdmu flimkien
biex jiżguraw li:

  • ikun hawn il-paċi fl-Ewropa
  • in-nies ikollhom għajxien tajjeb
  • l-affarijiet huma ġusti għan-nies kollha u ħadd ma
    jitħalla barra
  • il-lingwi u l-kulturi tan-nies kollha
    huma rispettati
  • hemm ekonomija Ewropea b’saħħitha
    u l-pajjiżi jużaw l-istess munita
    biex jinnegozjaw flimkien.

Lista

Il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea
jaqsmu l-istess valuri importanti.
Pereżempju, jaħdmu biex jiżguraw li n-nies kollha huma ugwali
u d-drittijiet tagħhom huma rispettati.


Paċi fl-Ewropa


Wara li nħolqot l-Unjoni Ewropea,
ma kienx hemm aktar gwerer fl-Ewropa.
Bis-saħħa tal-Unjoni Ewropea
l-pajjiżi kollha fl-Ewropa jaħdmu flimkien fil-paċi.

Fl-2012, l-Unjoni Ewropea rebħet premju kbir
li huwa msejjaħ “il-Premju Nobel għall-Paċi”.
Dan il-premju ngħata lill-Unjoni Ewropea
għax-xogħol tajjeb tagħha fiż-żamma tal-paċi fl-Ewropa.

Nies iżommu jdejhom f’ċirku

Is-simbolu tal-Premju għall-Paċi


Moviment liberu


L-Unjoni Ewropea għamlitha aktar faċli għan-nies
biex jiċċirkolaw b’mod ħieles minn pajjiż għal ieħor.
Huma jistgħu jgħixu, jistudjaw jew jaħdmu
fi kwalunkwe pajjiż tal-Unjoni Ewropea li jixtiequ.
Pereżempju, persuna minn Franza tista’ tagħżel
li tmur l-Italja u taħdem hemm.
Jew student mill-Belġju jista’ jistudja f’università fil-Greċja

Vjaġġaturi kuntenti

L-oġġetti, is-servizzi u l-flus jistgħu wkoll jiċċirkolaw b’mod ħieles
minn pajjiż għal ieħor tal-Unjoni Ewropea.


L-Unjoni Ewropea fid-dinja


L-Unjoni Ewropea għandha rwol importanti fid-dinja b’bosta modi.
Pereżempju:

  • Hija tbigħ bosta oġġetti u servizzi lill-pajjiżi oħrajn.
    Hija tixtri wkoll oġġetti minn pajjiżi oħrajn.
    B’dan il-mod hi tgħin l-ekonomija tad-dinja tibqa’ għaddejja.
  • Hija tgħin miljuni ta’ nies
    li jgħixu f’pajjiżi ifqar barra mill-Unjoni Ewropea.
  • Hija tipprova tagħmel id-dinja post aktar sikur
    fejn in-nies huma trattati b’mod ġust u l-liġijiet huma rispettati.

Kif pajjiż isir parti mill-Unjoni Ewropea


Biex pajjiż isir parti mill-Unjoni Ewropea
għandu:

  • jaqbel mal-liġijiet u l-valuri kollha
    tal-Unjoni Ewropea.
  • jaħdem biex jiżgura li dawn il-liġijiet u l-valuri
    huma rispettati.

Ftehim

Dan jista’ jieħu żmien tassew twil biex iseħħ.

Bħalissa xi pajjiżi qed jaħdmu biex isiru parti mill-Unjoni Ewropea.
Dawn il-pajjiżi huma:

  • Il-Montenegro
  • Is-Serbja
  • It-Turkija
  • L-Abanija
  • L-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

Biex isiru parti mill-Unjoni Ewropea,
dawn il-pajjiżi għandhom jaħdmu
sabiex il-liġijiet u l-valuri kollha tal-Unjoni Ewropea
iseħħu fihom.


Iż-Żona Schengen


L-Unjoni Ewropea ħolqot iż-“Żona Schengen”.

Iż-Żona Schengen hi żona mingħajr fruntieri.
F’din iż-żona, in-nies jistgħu jivvjaġġaw minn pajjiż għal ieħor b’mod
ħieles u faċli.
Ma għandhomx għalfejn jgħaddu minn iċċekkjar u kontrolli
meta jgħaddu minn pajjiż għal ieħor.

Bis-saħħa taż-Żona Schengen, issa hu aktar faċli għan-nies
li jivvjaġġaw biex jaħdmu jew bħala turisti.

Iż-Żona Schengen inħolqot fl-1985.
Illum 22 minn 28 pajjiż tal-Unjoni Ewropea
jagħmlu parti miż-Żona Schengen.

Dawn il-pajjiżi huma:

  • Franza
  • Iċ-Ċekja
  • Id-Danimarka
  • Il-Belġju
  • Il-Finlandja
  • Il-Ġermanja
  • Il-Greċja
  • Il-Latvja
  • Il-Litwanja
  • Il-Lussemburgu
  • Il-Polonja
  • Il-Portugall
  • In-Netherlands
  • Is-Slovakkja
  • Is-Slovenja
  • L-Awstrija
  • L-Estonja
  • L-Italja
  • L-Iżvezja
  • L-Ungerija
  • Malta
  • Spanja

Ukoll, 4 pajjiżi li mhux fl-Unjoni Ewropea
jagħmlu parti miż-Żona Schengen:

  • Il-Liechtenstein
  • In-Norveġja
  • L-Iżlanda
  • L-Iżvizzera

Dan ifisser li n-nies jistgħu jivvjaġġaw b’mod ħieles u faċli
minn wieħed minn dawn il-pajjiżi għal ieħor.
B’dan il-mod hu aktar faċli għan-nies li jżuru kwalunkwe minn dawn il-pajjiżi
għat-turiżmu jew għax-xogħol.

Vjaġġaturi kuntenti


Lingwi tal-Unjoni Ewropea


F’kull pajjiż tal-Unjoni Ewropea
in-nies jitkellmu l-lingwa tagħhom.
L-Unjoni Ewropea tipproteġi d-dritt tan-nies
li jikkomunikaw bil-lingwa tagħhom.

Il-kelma ‘hello’ b’lingwi differenti

Dan huwa hekk għaliex l-Unjoni Ewropea
tipprovdi l-informazzjoni u d-dokumenti importanti kollha
bil-lingwi kollha tan-nies li jitkellmuhom fil-pajjiżi kollha tagħha:

  • iċ-Ċek
  • id-Daniż
  • il-Bulgaru
  • il-Finlandiż
  • il-Franċiż
  • il-Ġermaniż
  • il-Grieg
  • il-Kroat
  • il-Latvjan
  • il-Litwan
  • il-Malti
  • il-Pollakk
  • il-Portugiż
  • ir-Rumen
  • is-Slovakk
  • is-Sloven
  • it-Taljan
  • l-Estonjan
  • l-Ingliż
  • l-Irlandiż
  • l-Ispanjol
  • l-Iżvediż
  • l-Olandiż
  • l-Ungeriż

B’dan il-mod in-nies kollha fl-Unjoni Ewropea
jistgħu jiksbu informazzjoni importanti bil-lingwa tagħhom stess
u jifhmuha.


Il-munita tal-Unjoni Ewropea


Il-biċċa l-kbira tal-pajjiżi li jagħmlu parti mill-Unjoni
Ewropea jużaw l-istess munita.
Din il-munita tissejjaħ l-“Euro”.
L-użu tal-istess munita jgħin il-pajjiżi
fl-Unjoni Ewropea biex jinnegozjaw flimkien.
Pereżempju, in-nies minn Spanja
jistgħu jixtru l-oġġetti li jridu mid-Belġju
b’mod faċli u mingħajr spejjeż żejda.
L-użu tal-istess munita
jagħmilha aktar faċli għan-nies li jivvjaġġaw,
jixtru l-oġġetti onlajn minn pajjiżi oħrajn
u joffrilhom aktar għażliet.

Illum, 19 minn 28pajjiż tal-Unjoni Ewropea jużaw l-euro. Dawn il-pajjiżi huma:

  • Ċipru
  • Franza
  • Il-Belġju
  • Il-Finlandja
  • Il-Ġermanja
  • Il-Greċja
  • Il-Latvja
  • Il-Litwanja
  • Il-Lussemburgu
  • Il-Portugall
  • In-Netherlands
  • Is-Slovakkja
  • Is-Slovenja
  • L-Awstrija
  • L-Estonja
  • L-Irlanda
  • L-Italja
  • Malta
  • Spanja

Flus Ewropej


Il-bandiera Ewropea


Din hi l-bandiera tal-Unjoni Ewropea:

Il-bandiera tal-Unjoni Ewropea

Il-bandiera tal-Unjoni Ewropea hi blu
u għandha ċirku bi stilel tad-deheb fuqha.
Hu simbolu li juri li l-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea
huma uniti u jappoġġjaw lil xulxin.


L-innu Ewropew


Kull pajjiż għandu melodija
li turi aħjar il-valuri u l-kultura tiegħu bħala pajjiż.
Din il-melodija tissejjaħ “innu”.

L-Unjoni Ewropea għandha l-innu tagħha wkoll.
Fl-1985, in-nies li jieħdu d-deċiżjonijiet
fl-Unjoni Ewropea
għażlu melodija ta’ kompożitur importanti ħafna
biex tkun l-innu tal-Unjoni Ewropea.

Isem il-kompożitur hu Ludwig van Beethoven.

Il-melodija turi kemm hu importanti
li n-nies kollha huma liberi, jgħixu fil-paċi
u jappoġġjaw lil xulxin.
L-Unjoni Ewropea temmen f’dawn il-valuri
u dan hu għaliex hi għażlet din il-melodija
biex tkun l-innu tagħha.

Simbolu biex tisma’ melodija

Jekk tixtieq tisma’ l-innu tal-Unjoni Ewropea, ikklikkja hawnhekk.


Magħquda fid-diversità


L-Unjoni Ewropea tuża l-frażi “Magħquda fid-diversità
biex turi x’inhuma l-valuri tagħha.

Inkunu magħquda fid-diversità jfisser li:

  • nies fl-Unjoni Ewropea
    għandu mnejn għandhom kulturi jew lingwi
    differenti
    iżda jappoġġjaw lil xulxun
    u jaħdmu flimkien fil-paċi.
  • m’hemm xejn ħażin
    li jkollna lingwi u kulturi differenti.
    Għal kuntrarju.
    In-nies b’kulturi differenti
    jistgħu jitgħallmu aktar affarijiet minn xulxin u jaħdmu b’mod tajjeb
    flimkien.

Nies iżommu jdejhom f’ċirku


Kif taħdem l-Unjoni Ewropea


L-Unjoni Ewropea għandha 3 korpi ewlenin:

  • il-Kummissjoni Ewropea
    In-nies tal-Kummissjoni Ewropea
    jissuġġerixxu l-liġijiet għall-Unjoni Ewropea.

Simbolu tal-Kummissjoni Ewropea

  • il-Parlament Ewropew
    In-nies tal-Parlament Ewropew
    huma eletti min-nies kollha fl-Ewropa
    biex jappoġġjaw id-drittijiet tagħhom.

Simbolu tal-Parlament Ewropew

  • il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
    In-nies li jieħdu d-deċiżjonijiet
    f’kull pajjiż tal-Unjoni Ewropea
    jiltaqgħu flimkien u jifformaw
    il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

Simbolu tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Dawn it-3 korpi huma importanti ħafna għall-Unjoni Ewropea.
Huma jaħdmu mill-qrib flimkien biex jagħmlu l-affarijiet aħjar fl-Ewropa:

  • Il-Kummissjoni Ewropea tissuġġerixxi l-liġijiet.
  • Il-Parlament Ewropew
    u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
    jiddiskutu dawn il-liġijiet u jiddeċiedu jekk iridux li dawn il-liġijiet
    iseħħu fl-Ewropa.
  • Jekk jiddeċiedu li liġi għandha sseħħ fl-Ewropa,
    il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea
    għandhom jaħdmu biex iġiegħlu lil din il-liġi sseħħ fihom.

Korpi oħrajn li huma importanti għall-Unjoni Ewropea huma:

  • Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
    li tiżgura li l-liġijiet kollha jseħħu b’mod korrett
    fl-Unjoni Ewropea.
  • il-Qorti tal-Awdituri
    li tiċċekkja jekk il-flus tal-Unjoni Ewropea
    humiex jintefqu kif suppost.

Jeżistu korpi oħrajn tal-Unjoni Ewropea
li qed jagħmlu xogħol importanti.
Pereżempju, jeżistu korpi li:

  • jiċċekkjaw jekk l-Unjoni Ewropea taħdimx kif suppost
    u tirrispetta d-drittijiet tan-nies kollha.
  • jippubblikaw informazzjoni utli
    dwar l-Unjoni Ewropea.
  • jagħżlu n-nies li għandhom il-ħiliet
    biex jaħdmu għall-Unjoni Ewropea.
  • jappoġġjaw id-drittijiet tan-nies kollha fl-Ewropa
    bħal nies b’diżabbiltajiet, ħaddiema u oħrajn.

Lista

Dawn il-korpi kollha jaħdmu flimkien biex jiżguraw li l-Unjoni Ewropea taħdem kif suppost għall-ġid tan-nies tagħha.


Aktar informazzjoni


Ikklikkja hawnhekk biex issib aktar informazzjoni
dwar l-Unjoni Ewropea bil-lingwa tiegħek.

Jekk għandek mistoqsijiet dwar l-Unjoni Ewropea,
tista’ timla din il-formola online hawnhekk.

Idejn jittajpjaw fuq laptop

Back to top