- Ċemplilna 00 800 6 7 8 9 10 11
- Uża alternattivi telefoniċi oħra
- Iltaqa’ magħna f’uffiċċju lokali tal-UE
- Iktbilna permezz tal-formola ta’ kuntatt tagħna
Verżjoni li tinqara faċilment hi mod
li bih l-informazzjoni ssir faċli għal kulħadd
biex tinqara u tinftiehem.

© Logo Ewropew Tinqara Faċilment: Inclusion Europe. Aktar informazzjoni f’ https://www.inclusion-europe.eu/easy-to-read/
L-Unjoni Ewropea hi grupp ta’ 27 pajjiż fl-Ewropa.
Dawn il-pajjiżi ngħaqdu flimkien
biex jagħmlu l-affarijiet aħjar, aktar faċli u aktar sikuri għan-nies.
Huma qablu li jaħdmu flimkien u li jgħinu lil xulxin.

L-idea li tinħoloq l-Unjoni Ewropea ġiet
wara żewġ gwerer kbar li seħħew fl-Ewropa.
Il-pajjiżi fl-Ewropa raw li
hu aħjar li jaħdmu flimkien
milli jiġġieldu ma’ xulxin.

Fil-bidu, 6 pajjiżi biss fl-Ewropa bdew jaħdmu flimkien:
Ftit wara, issieħbu magħhom aktar u aktar pajjiżi fl-Ewropa
u nħolqot l-Unjoni Ewropea.
Illum, 27 pajjiż jagħmlu parti mill-Unjoni Ewropea.
Dawn il-pajjiżi huma:
F'Ġunju 2016 ir-Renju Unit iddeċieda
li jieqaf milli jagħmel parti mill-Unjoni Ewropea.
Għalhekk, mill-31 ta’ Jannar 2020, ir-Renju Unit
ma għadux aktar jagħmel parti mill-Unjoni Ewropea.

Il-pajjiżi kollha li jagħmlu parti mill-Unjoni Ewropea jaħdmu flimkien
biex jiżguraw li:

Il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea
jaqsmu l-istess valuri importanti.
Pereżempju, jaħdmu biex jiżguraw li n-nies kollha huma ugwali
u d-drittijiet tagħhom huma rispettati.
Wara li nħolqot l-Unjoni Ewropea,
ma kienx hemm aktar gwerer bejn il-pajjiżi
li jagħmlu parti mill-Unjoni Ewropea.
Bis-saħħa tal-Unjoni Ewropea
l-pajjiżi kollha fl-Ewropa jaħdmu flimkien fil-paċi.
Fl-2012, l-Unjoni Ewropea rebħet premju kbir
li huwa msejjaħ “il-Premju Nobel għall-Paċi”.
Dan il-premju ngħata lill-Unjoni Ewropea
għax-xogħol tajjeb tagħha fiż-żamma tal-paċi fl-Ewropa.


L-Unjoni Ewropea għamlitha aktar faċli għan-nies
biex jiċċirkolaw b’mod ħieles minn pajjiż għal ieħor.
Huma jistgħu jgħixu, jistudjaw jew jaħdmu
fi kwalunkwe pajjiż tal-Unjoni Ewropea li jixtiequ.
Pereżempju, persuna minn Franza tista’ tagħżel
li tmur l-Italja u taħdem hemm.
Jew student mill-Belġju jista’ jistudja f’università fil-Greċja

L-oġġetti, is-servizzi u l-flus jistgħu wkoll jiċċirkolaw b’mod ħieles
minn pajjiż għal ieħor tal-Unjoni Ewropea.
L-Unjoni Ewropea għandha rwol importanti fid-dinja b’bosta modi.
Pereżempju:
Biex pajjiż isir parti mill-Unjoni Ewropea
għandu:

Dan jista’ jieħu żmien tassew twil biex iseħħ.
Bħalissa xi pajjiżi qed jaħdmu biex isiru parti mill-Unjoni Ewropea.
Dawn il-pajjiżi huma:
Biex isiru parti mill-Unjoni Ewropea,
dawn il-pajjiżi għandhom jaħdmu
sabiex il-liġijiet u l-valuri kollha tal-Unjoni Ewropea
iseħħu fihom.
L-Unjoni Ewropea ħolqot iż-“Żona Schengen”.
Iż-Żona Schengen hi żona mingħajr fruntieri.
F’din iż-żona, in-nies jistgħu jivvjaġġaw minn pajjiż għal ieħor b’mod
ħieles u faċli.
Ma għandhomx għalfejn jgħaddu minn iċċekkjar u kontrolli
meta jgħaddu minn pajjiż għal ieħor.
Bis-saħħa taż-Żona Schengen, issa hu aktar faċli għan-nies
li jivvjaġġaw biex jaħdmu jew bħala turisti.
Iż-Żona Schengen inħolqot fl-1985.
Illum 22 minn 27 pajjiż tal-Unjoni Ewropea
jagħmlu parti miż-Żona Schengen.
Dawn il-pajjiżi huma:
Ukoll, 4 pajjiżi li mhux fl-Unjoni Ewropea
jagħmlu parti miż-Żona Schengen:
Dan ifisser li n-nies jistgħu jivvjaġġaw b’mod ħieles u faċli
minn wieħed minn dawn il-pajjiżi għal ieħor.
B’dan il-mod hu aktar faċli għan-nies li jżuru kwalunkwe minn dawn il-pajjiżi
għat-turiżmu jew għax-xogħol.

F’kull pajjiż tal-Unjoni Ewropea
in-nies jitkellmu l-lingwa tagħhom.
L-Unjoni Ewropea tipproteġi d-dritt tan-nies
li jikkomunikaw bil-lingwa tagħhom.

Dan huwa hekk għaliex l-Unjoni Ewropea
tipprovdi l-informazzjoni u d-dokumenti importanti kollha
bil-lingwi kollha tan-nies li jitkellmuhom fil-pajjiżi kollha tagħha:
B’dan il-mod in-nies kollha fl-Unjoni Ewropea
jistgħu jiksbu informazzjoni importanti bil-lingwa tagħhom stess
u jifhmuha.
Il-biċċa l-kbira tal-pajjiżi li jagħmlu parti mill-Unjoni
Ewropea jużaw l-istess munita.
Din il-munita tissejjaħ l-“Euro”.
L-użu tal-istess munita jgħin il-pajjiżi
fl-Unjoni Ewropea biex jinnegozjaw flimkien.
Pereżempju, in-nies minn Spanja
jistgħu jixtru l-oġġetti li jridu mid-Belġju
b’mod faċli u mingħajr spejjeż żejda.
L-użu tal-istess munita
jagħmilha aktar faċli għan-nies li jivvjaġġaw,
jixtru l-oġġetti onlajn minn pajjiżi oħrajn
u joffrilhom aktar għażliet.
Illum, 19 minn 27pajjiż tal-Unjoni Ewropea jużaw l-euro. Dawn il-pajjiżi huma:

Din hi l-bandiera tal-Unjoni Ewropea:

Il-bandiera tal-Unjoni Ewropea hi blu
u għandha ċirku bi stilel tad-deheb fuqha.
Hu simbolu li juri li l-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea
huma uniti u jappoġġjaw lil xulxin.
Kull pajjiż għandu melodija
li turi aħjar il-valuri u l-kultura tiegħu bħala pajjiż.
Din il-melodija tissejjaħ “innu”.
L-Unjoni Ewropea għandha l-innu tagħha wkoll.
Fl-1985, in-nies li jieħdu d-deċiżjonijiet
fl-Unjoni Ewropea
għażlu melodija ta’ kompożitur importanti ħafna
biex tkun l-innu tal-Unjoni Ewropea.
Isem il-kompożitur hu Ludwig van Beethoven.
Il-melodija turi kemm hu importanti
li n-nies kollha huma liberi, jgħixu fil-paċi
u jappoġġjaw lil xulxin.
L-Unjoni Ewropea temmen f’dawn il-valuri
u dan hu għaliex hi għażlet din il-melodija
biex tkun l-innu tagħha.

Jekk tixtieq tisma’ l-innu tal-Unjoni Ewropea, ikklikkja hawnhekk.
L-Unjoni Ewropea tuża l-frażi “Magħquda fid-diversità”
biex turi x’inhuma l-valuri tagħha.
Inkunu magħquda fid-diversità jfisser li:

L-Unjoni Ewropea għandha 3 korpi ewlenin:



Dawn it-3 korpi huma importanti ħafna għall-Unjoni Ewropea.
Huma jaħdmu mill-qrib flimkien biex jagħmlu l-affarijiet aħjar fl-Ewropa:
Korpi oħrajn li huma importanti għall-Unjoni Ewropea huma:
Jeżistu korpi oħrajn tal-Unjoni Ewropea
li qed jagħmlu xogħol importanti.
Pereżempju, jeżistu korpi li:

Dawn il-korpi kollha jaħdmu flimkien biex jiżguraw li l-Unjoni Ewropea taħdem kif suppost għall-ġid tan-nies tagħha.
Ikklikkja hawnhekk biex issib aktar informazzjoni
dwar l-Unjoni Ewropea bil-lingwa tiegħek.
Jekk għandek mistoqsijiet dwar l-Unjoni Ewropea,
tista’ timla din il-formola online hawnhekk.
