- Ċemplilna 00 800 6 7 8 9 10 11
- Uża alternattivi telefoniċi oħra
- Iltaqa’ magħna f’uffiċċju lokali tal-UE
- Iktbilna permezz tal-formola ta’ kuntatt tagħna
L-UE ma kinitx kbira daqs kemm hi kbira llum. Meta l-pajjiżi Ewropej bdew jikkooperaw b'mod ekonomiku fl-1951, kienu qed jipparteċipaw biss il-Belġju, il-Ġermanja, Franza, l-Italja, il-Lussemburgu u n-Netherlands.
Maż-żmien, aktar u aktar pajjiżi ddeċidew li jissieħbu.Bħalissa fl-Unjoni hemm 27 pajjiż tal-UE. Ir-Renju Unit ħareġ mill-Unjoni Ewropea fil-31 ta’ Jannar 2020.
| Sena tad-dħul | Pajjiżi |
|---|---|
|
01/01/1958 |
Il-Belġju |
| Franza | |
| Il-Ġermanja | |
| L-Italja | |
| Il-Lussemburgu | |
| In-Netherlands | |
| 01/01/1973 | Id-Danimarka |
| L-Irlanda | |
| Ir-Renju Unit (ħareġ fil-31 ta’ Jannar 2020) | |
|
01/01/1981 |
Il-Ġreċja |
| 01/01/1986 | Il-Portugall |
| Spanja | |
| 01/01/1995 | L-Awstrija |
| Il-Finlandja | |
| L-Isvezja | |
| 01/05/2004 | Iċ-Ċekja |
| Ċipru | |
| L-Estonja | |
| Il-Latvja | |
| Il-Litwanja | |
| Malta | |
| Il-Polonja | |
| Is-Slovakkja | |
| Is-Slovenja | |
| L-Ungerija | |
| 01/01/2007 | Il-Bulgarija |
| Ir-Rumanija | |
| 01/07/2013 | Il-Kroazja |
Il-pajjiżi kollha tal-UE fil-qosor
L-ewro (€) hu l-munita uffiċjali ta' 19 minn 27 pajjiż membru tal-UE. Dawn il-pajjiżi huma magħrufa kollettivament bħala ż-żona tal-ewro.
Iż-Żona Schengen hi waħda mill-akbar kisbiet tal-UE. Hi żona mingħajr fruntieri interni, żona li fiha ċ-ċittadini, bosta ċittadini mhux tal-UE, negozjanti u turisti jistgħu jiċċirkulaw b’mod ħieles mingħajr ma jkunu suġġetti għal iċċekkjar mal-fruntieri. Mill-1985 'l hawn, din iż-żona kompliet tikber gradwalment u llum il-ġurnata tkopri kważi l-Istati kollha tal-UE u xi pajjiżi assoċjati li mhux tal-UE.
Huma u jabolixxu l-fruntieri interni tagħhom, l-Istati ta’ Schengen issikkaw ukoll il-kontrolli mal-fruntiera esterna komuni tagħhom abbażi tar-regoli ta’ Schengen biex jiżguraw is-sigurtà ta’ dawk li jgħixu jew jivvjaġġaw fiż-Żona Schengen.
Lista ta’ pajjiżi fiż-Żona Schengen
Biex issir membru tal-UE trid tgħaddi minn proċedura kumplessa li ma ssirx f’daqqa waħda. Ladarba l-pajjiż applikant jilħaq il-kundizzjonijiet għas-sħubija, għandu jimplimenta r-regoli u r-regolamenti tal-UE fl-oqsma kollha.
Kwalunkwe pajjiż li jissodisfa l-kundizzjonijiet għas-sħubija jista' japplika. Dawn il-kundizzjonijiet huma magħrufa bħala l-"kriterji ta' Kopenħagen" u jinkludu ekonomija ta' suq ħieles, demokrazija stabbli u stat tad-dritt, u l-aċċettazzjoni tal-leġiżlazzjoni kollha tal-UE, inkluż l-ewro.
Pajjiż li jixtieq jissieħeb mal-UE jissottometti applikazzjoni lill-Kunsill, li jistaqsi lill-Kummissjoni biex tevalwa l-kapaċità tal-applikant biex jilħaq il-kriterji ta' Kopenħagen. Jekk il-Kummissjoni toħroġ opinjoni pożittiva, il-Kunsill imbagħad irid jaqbel fuq mandat ta' negozjar. In-negozjati mbagħad jinfetħu formalment fuq bażi ta' suġġett suġġett.
Minħabba l-volum kbir tar-regoli u r-regolamenti tal-UE li kull pajjiż kandidat għandu jadotta bħala liġi nazzjonali, in-negozjati jieħdu ħafna żmien. Il-kandidati huma appoġġati finanzjarjament, amministrattivament u teknikament matul dan il-perjodu ta' qabel l-adeżjoni.
Dawn il-pajjiżi huma fil-proċess ta’ “traspożizzjoni” (jew ta’ integrazzjoni) tal-leġiżlazzjoni tal-UE fil-liġi nazzjonali:
Pajjiżi kandidati potenzjali li għadhom ma jissodisfawx ir-rekwiżiti għas-sħubija tal-UE: