Unjoni Ewrope

Spanja

Ħarsa ġenerali

Il-bandiera ta' Spanja

Is-sistema politika

Spanja hija demokrazija parlamentari u monarkija kostituzzjonali b’kap tal-gvern - il-prim ministru - u kap tal-istat - il-monarka. Il-kunsill tal-ministri huwa l-fergħa eżekuttiva u huwa ppresedut mill-prim ministru. Spanja hija stat unitarju, magħmul minn 17-il komunità awtonoma u 2 ibliet awtonomi bi gradi differenti ta’ awtonomija. Il-pożizzjoni fuq il-mappa tal-UE

Il-kummerċ u l-ekonomija

L-aktar setturi importanti tal-ekonomija ta’ Spanja fl-2016 kienu l-kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut, it-trasport, l-akkomodazzjoni u s-servizzi tal-ikel (23.4%), l-amministrazzjoni pubblika, id-difiża, l-edukazzjoni, is-saħħa tal-bniedem u l-attivitajiet ta’ xogħol soċjali (18.9%), u l-industrija (17.8%).
Il-kummerċ fi ħdan l-UE jammonta għal 67% tal-esportazzjonijiet ta’ Spanja (Franza 15%, il-Ġermanja 11% u l-Italja 8%), filwaqt li barra mill-UE 4% jmorru fl-Istati Uniti u 3% fil-Marokk.
F’termini ta’ importazzjonijiet, 62% jiġu minn Stati Membri tal-UE (il-Ġermanja 15%, Franza 12% u l-Italja 7%), filwaqt li barra mill-UE 7% jiġu miċ-Ċina u 4% mill-Istati Uniti.

Spanja fl-UE

Il-Parlament Ewropew

Hemm 54 membru fil-Parlament Ewropew minn Spanja. Skopri min huma dawn il-MPE.

L-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew fi Spanja

Il-Kunsill tal-UE

Fil-Kunsill tal-UE, il-ministri nazzjonali jiltaqgħu b'mod regolari biex jadottaw il-liġijiet tal-UE u jikkoordinaw il-politiki. Il-laqgħat tal-Kunsill jattendu għalihom regolarment rappreżentanti tal-gvern Spanjol, skont il-qasam tal-politika li jkun qed jiġi indirizzat.

Il-Presidenza tal-Kunsill tal-UE

Il-Kunsill tal-UE m’għandux persuna waħda permanenti bħala president (bħal pereżempju, il-Kummissjoni jew il-Parlament). Minflok, ix-xogħol jitmexxa mill-pajjiż li jkollu l-Presidenza tal-Kunsill, li jinbidel kull sitt xhur.

Matul dawn is-6 xhur, il-ministri mill-gvern ta’ dak il-pajjiż jippresiedu u jgħinu jiddeterminaw l-aġenda tal-laqgħat tal-Kunsill f’kull qasam ta’ politika, u jiffaċilitaw id-djalogu ma’ istituzzjonijiet oħra tal-UE.

Dati tal-presidenzi Spanjoli:

Jan-Ġun 1989 | Lul-Diċ 1995 | Jan-Ġun 2002 | Jan-Ġun 2010

Il-Presidenza tal-Kunsill tal-UE

Dan il-link se jieħdok għal sit web esternIl-presidenza attwali tal-Kunsill tal-UE

Il-Kummissjoni Ewropea

Il-Kummissarju nominat minn Spanja għall-Kummissjoni Ewropea hu Miguel Arias Cañete, li hu responsabbli għall-Azzjoni Klimatika u l-Enerġija.

Il-Kummissjoni hija rrappreżentata f’kull pajjiż tal-UE minn uffiċċju lokali, imsejjaħ “rappreżentanza”.

Ir-rappreżentanza tal-Kummissjoni fi Spanja

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Spanja għandha 21 rappreżentant fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. Dan il-korp konsultattiv – li jirrappreżenta lil dawk li jħaddmu, il-ħaddiema u gruppi oħra ta’ interess – huwa kkonsultat dwar il-liġijiet proposti, biex ikun hemm idea aħjar tal-bidliet possibbli tas-sitwazzjonijiet soċjali u tax-xogħol fil-pajjiżi membri.

Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Spanja għandha 20 rappreżentant fil-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, l-assemblea tal-UE tar-rappreżentanti reġjonali u lokali. Dan il-korp konsultattiv jiġi kkonsultat dwar il-liġijiet proposti, biex jiżgura li dawn il-liġijiet iqisu l-perspettiva minn kull reġjun tal-UE.

Ir-rappreżentanza permanenti għall-UE

Spanja tikkomunika wkoll mal-istituzzjonijiet tal-UE permezz tar-rappreżentanza permanenti tagħha fi Brussell. Bħala l-“ambaxxata għall-UE” ta' Spanja, il-kompitu ewlieni tagħha huwa li tiżgura li l-interessi u l-politiki tal-pajjiż huma segwiti b’mod effettiv kemm jista’ jkun fl-UE.

Il-Baġits u l-Finanzjament

Kemm tikkontribwixxi u tirċievi flus Spanja?

Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-Istati Membri għall-baġit tal-UE huma kondiviżi b’mod ġust, skont il-mezzi. Aktar ma tkun kbira l-ekonomija tal-pajjiż, aktar iħallas – u viċi versa. L-għan tal-baġit tal-UE mhuwiex li jipprova jqassam mill-ġdid il-ġid, iżda pjuttost li jiffoka fuq il-ħtiġijiet tal-Ewropej kollha b’mod ġenerali.

It-tqassim tal-finanzi ta' Spanja mal-UE fl-2016:

  • L-infiq totali tal-UE fi Spanja: €11.593 biljun
  • L-infiq totali tal-UE bħala % tal-introjtu nazzjonali gross (ING) Spanjol: 1.04 %
  • Il-kontribuzzjoni totali Spanjola lill-baġit tal-UE: €9.564 biljun
  • Il-kontribuzzjoni Spanjola għall-baġit tal-UE bħala % tal-ING tagħha: 0.86 %

Aktar ċifri dwar il-baġit tal-UE, id-dħul u l-infiq:

Il-proġetti ffinanzjati mill-UE fi Spanja

Il-flus imħallsa fil-baġit tal-UE minn Spanja jgħinu biex jiġu ffinanzjati programmi u proġetti fil-pajjiżi kollha tal-UE – bħall-bini ta’ toroq, is-sussidjar ta’ riċerkaturi u l-ħarsien tal-ambjent.

Skopri aktar dwar kif Spanja tibbenefika mill-finanzjament tal-UE.

Back to top