Unjoni Ewrope

Is-Slovenja

Ħarsa ġenerali

Il-bandiera tas-Slovenja

Is-sistema politika

Is-Slovenja hija repubblika demokratika parlamentari b’kap tal-gvern - il-prim ministru - u kap tal-istat - il-president - li hu elett direttament. Il-gvern għandu l-awtorità eżekuttiva u amministrattiva. Il-prim ministru u l-ministri huma eletti mill-Parlament. Is-Slovenja m’għandhiex reġjuni, iżda hija subdiviża f’212-il muniċipalità.

Il-pożizzjoni fuq il-mappa tal-UE

Il-kummerċ u l-ekonomija

L-aktar setturi importanti tal-ekonomija tas-Slovenja fl-2016 kienu l-industrija (27.6%), il-kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut, it-trasport, l-akkomodazzjoni u s-servizzi tal-ikel (20.7%), l-amministrazzjoni pubblika, id-difiża, l-edukazzjoni, is-saħħa tal-bniedem u l-attivitajiet ta’ xogħol soċjali (16.9%).

Il-kummerċ fi ħdan l-UE jammonta għal 75% tal-esportazzjonijiet tas-Slovenja (il-Ġermanja 19%, l-Italja 10% u l-Awstrija 7%), filwaqt li barra mill-UE 4% jmorru fis-Serbja u 3% fil-Bożnija-Ħerzegovina.

F’termini ta’ importazzjonijiet, 71% jiġu minn Stati Membri tal-UE (il-Ġermanja 17%, l-Italja 13% u l-Awstrija 10%), filwaqt li barra mill-UE 5% jiġu miċ-Ċina u 4% mit-Turkija.

Is-Slovenja fl-UE

Il-Parlament Ewropew

Hemm 8 membri fil-Parlament Ewropew mis-Slovenja. Skopri min huma dawn il-MPE.

L-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew fis-Slovenja

Il-Kunsill tal-UE

Fil-Kunsill tal-UE, il-ministri nazzjonali jiltaqgħu b'mod regolari biex jadottaw il-liġijiet tal-UE u jikkoordinaw il-politiki. Il-laqgħat tal-Kunsill jattendu għalihom regolarment rappreżentanti tal-gvern Sloven, skont il-qasam tal-politika li jkun qed jiġi indirizzat.

Il-Presidenza tal-Kunsill tal-UE

Il-Kunsill tal-UE m’għandux persuna waħda permanenti bħala president (bħal pereżempju, il-Kummissjoni jew il-Parlament). Minflok, ix-xogħol jitmexxa mill-pajjiż li jkollu l-Presidenza tal-Kunsill, li jinbidel kull sitt xhur.

Matul dawn is-6 xhur, il-ministri mill-gvern ta’ dak il-pajjiż jippresiedu u jgħinu jiddeterminaw l-aġenda tal-laqgħat tal-Kunsill f’kull qasam ta’ politika, u jiffaċilitaw id-djalogu ma’ istituzzjonijiet oħra tal-UE.

Dati tal-presidenzi Sloveni:

Jan-Ġun 2008

Il-Presidenza tal-Kunsill tal-UE

Il-link li ġejja tieħdok f’sit web esternIl-presidenza attwali tal-Kunsill tal-UE

Il-Kummissjoni Ewropea

Il-Kummissarju nominat mis-Slovenja għall-Kummissjoni Ewropea hi Violeta Bulc, li hi responsabbli għat-Trasport.

Il-Kummissjoni hija rrappreżentata f’kull pajjiż tal-UE minn uffiċċju lokali, imsejjaħ “rappreżentanza”.

Ir-rappreżentanza tal-Kummissjoni fis-Slovenja

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Is-Slovenja għandha 7 rappreżentanti fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. Dan il-korp konsultattiv – li jirrappreżenta lil dawk li jħaddmu, il-ħaddiema u gruppi oħra ta’ interess – huwa kkonsultat dwar il-liġijiet proposti, biex ikun hemm idea aħjar tal-bidliet possibbli tas-sitwazzjonijiet soċjali u tax-xogħol fil-pajjiżi membri.

Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Is-Slovenja għandha 7 rappreżentanti fil-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, l-assemblea tal-UE tar-rappreżentanti reġjonali u lokali. Dan il-korp konsultattiv jiġi kkonsultat dwar il-liġijiet proposti, biex jiżgura li dawn il-liġijiet iqisu l-perspettiva minn kull reġjun tal-UE.

Ir-rappreżentanza permanenti għall-UE

Is-Slovenja tikkomunika wkoll mal-istituzzjonijiet tal-UE permezz tar-rappreżentanza permanenti tagħha fi Brussell. Bħala l-“ambaxxata għall-UE” tas-Slovenja, il-kompitu ewlieni tagħha hu li tiżgura li l-interessi u l-politiki tal-pajjiż huma segwiti b’mod effettiv kemm jista’ jkun fl-UE.

Il-Baġits u l-Finanzjament

Kemm tikkontribwixxi u tirċievi flus is-Slovenja?

Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-Istati Membri għall-baġit tal-UE huma kondiviżi b’mod ġust, skont il-mezzi. Aktar ma tkun kbira l-ekonomija tal-pajjiż, aktar iħallas – u viċi versa. L-għan tal-baġit tal-UE mhuwiex li jipprova jqassam mill-ġdid il-ġid, iżda pjuttost li jiffoka fuq il-ħtiġijiet tal-Ewropej kollha b’mod ġenerali.

It-tqassim tal-finanzi tas-Slovenja mal-UE fl-2017:

  • L-infiq totali tal-UE fis-Slovenja: €0.476 biljun
  • L-infiq totali tal-UE bħala % tal-introjtu nazzjonali gross (ING) Sloven: 1.12 %
  • Il-kontribuzzjoni totali Slovena għall-baġit tal-UE: €0.293 biljun
  • Il-kontribuzzjoni Slovena għall-baġit tal-UE bħala % tal-ING tagħha: 0.69 %

Aktar ċifri dwar il-baġit tal-UE, id-dħul u l-infiq:

Il-proġetti ffinanzjati mill-UE fis-Slovenja

Il-flus imħallsa fil-baġit tal-UE mis-Slovenja jgħinu biex jiġu ffinanzjati programmi u proġetti fil-pajjiżi kollha tal-UE – bħall-bini ta’ toroq, is-sussidjar ta’ riċerkaturi u l-ħarsien tal-ambjent.

Skopri aktar dwar kif is-Slovenja tibbenefika mill-finanzjament tal-UE.

Back to top