Unjoni Ewrope

Is-Slovakkja

Ħarsa ġenerali

Il-bandiera tas-Slovakkja

Is-sistema politika

Is-Slovakkja hija repubblika demokratika parlamentari b’kap tal-gvern - il-prim ministru - li għandu l-biċċa l-kbira tas-setgħa eżekuttiva u kap tal-istat - il-president - li huwa l-kap formali tal-eżekuttiv, iżda b’setgħat limitati ħafna. Il-pajjiż huwa subdiviż fi 8 reġjuni, b’kull wieħed imsemmi għall-belt prinċipali tiegħu. Dawn ingħataw ċertu livell ta’ awtonomija mill-2002 ’l hawn. Il-pożizzjoni fuq il-mappa tal-UE

Il-kummerċ u l-ekonomija

L-aktar setturi importanti tal-ekonomija tas-Slovakkja fl-2016 kienu l-industrija (27.3%), il-kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut, it-trasport, l-akkomodazzjoni u s-servizzi tal-ikel (21.6%), l-amministrazzjoni pubblika, id-difiża, l-edukazzjoni, is-saħħa tal-bniedem u l-attivitajiet ta’ xogħol soċjali (13.4%).

Il-kummerċ fi ħdan l-UE jammonta għal 85% tal-esportazzjonijiet tas-Slovakkja (il-Ġermanja 22%, ir-Repubblika Ċeka 12% u l-Polonja 8%), filwaqt li barra mill-UE 2% jmorru fl-Istati Uniti, fir-Russja u fiċ-Ċina għal kull wieħed.

F’termini ta’ importazzjonijiet, 80% jiġu minn Stati Membri tal-UE (il-Ġermanja 20%, ir-Repubblika Ċeka 17% u l-Awstrija 10%), filwaqt li barra mill-UE 5% jiġu mill-Korea t’Isfel u 4% mir-Russja.

Is-Slovakkja fl-UE

Il-Parlament Ewropew

Hemm 13-il membru fil-Parlament Ewropew mis-Slovakkja. Skopri min huma dawn il-MPE.

L-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew fis-Slovakkja 

Il-Kunsill tal-UE

Fil-Kunsill tal-UE, il-ministri nazzjonali jiltaqgħu b'mod regolari biex jadottaw il-liġijiet tal-UE u jikkoordinaw il-politiki. Il-laqgħat tal-Kunsill jattendu għalihom regolarment rappreżentanti tal-gvern Slovakk, skont il-qasam tal-politika li jkun qed jiġi indirizzat.

Il-Presidenza tal-Kunsill tal-UE

Il-Kunsill tal-UE m’għandux persuna waħda permanenti bħala president (bħal pereżempju, il-Kummissjoni jew il-Parlament). Minflok, ix-xogħol jitmexxa mill-pajjiż li jkollu l-Presidenza tal-Kunsill, li jinbidel kull sitt xhur.

Matul dawn is-6 xhur, il-ministri mill-gvern ta’ dak il-pajjiż jippresiedu u jgħinu jiddeterminaw l-aġenda tal-laqgħat tal-Kunsill f’kull qasam ta’ politika, u jiffaċilitaw id-djalogu ma’ istituzzjonijiet oħra tal-UE.

Dati tal-presidenzi Slovakki:

Lul-Diċ 2016

Il-Presidenza tal-Kunsill tal-UE

Il-link li ġejja tieħdok f’sit web esternIl-presidenza attwali tal-Kunsill tal-UE

Il-Kummissjoni Ewropea

Il-Kummissarju nominat mis-Slovakkja għall-Kummisjoni Ewropea hu Maroš Šefčovič, il-Viċi President għall-Unjoni tal-Enerġija.

Il-Kummissjoni hija rrappreżentata f’kull pajjiż tal-UE minn uffiċċju lokali, imsejjaħ “rappreżentanza”.

Ir-rappreżentanza tal-Kummissjoni fis-Slovakkja

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Is-Slovakkja għandha 9 rappreżentanti fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. Dan il-korp konsultattiv – li jirrappreżenta lil dawk li jħaddmu, il-ħaddiema u gruppi oħra ta’ interess – huwa kkonsultat dwar il-liġijiet proposti, biex ikun hemm idea aħjar tal-bidliet possibbli tas-sitwazzjonijiet soċjali u tax-xogħol fil-pajjiżi membri.

Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Is-Slovakkja għandha 9 rappreżentanti fil-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, l-assemblea tal-UE tar-rappreżentanti reġjonali u lokali. Dan il-korp konsultattiv jiġi kkonsultat dwar il-liġijiet proposti, biex jiżgura li dawn il-liġijiet iqisu l-perspettiva minn kull reġjun tal-UE.

Ir-rappreżentanza permanenti għall-UE

Is-Slovakkja tikkomunika wkoll mal-istituzzjonijiet tal-UE permezz tar-rappreżentanza permanenti tagħha fi Brussell. Bħala l-“ambaxxata għall-UE” tas-Slovakkja, il-kompitu ewlieni tagħha hu li tiżgura li l-interessi u l-politiki tal-pajjiż huma segwiti b’mod effettiv kemm jista’ jkun fl-UE.

Il-Baġits u l-Finanzjament

Kemm tikkontribwixxi u tirċievi flus is-Slovakkja?

Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-Istati Membri għall-baġit tal-UE huma kondiviżi b’mod ġust, skont il-mezzi. Aktar ma tkun kbira l-ekonomija tal-pajjiż, aktar iħallas – u viċi versa. L-għan tal-baġit tal-UE mhuwiex li jipprova jqassam mill-ġdid il-ġid, iżda pjuttost li jiffoka fuq il-ħtiġijiet tal-Ewropej kollha b’mod ġenerali.

It-tqassim tal-finanzi tas-Slovakkja mal-UE fl-2016:

  • L-infiq totali tal-UE fis-Slovakkja: €2.663 biljun
  • L-infiq totali tal-UE bħala % tal-introjtu nazzjonali gross (ING) Slovakk: 3.34 %
  • Il-kontribuzzjoni totali Slovakka għall-baġit tal-UE: €0.646 biljun
  • Il-kontribuzzjoni Slovakka għall-baġit tal-UE bħala % tal-ING tagħha: 0.81 %

Aktar ċifri dwar il-baġit tal-UE, id-dħul u l-infiq:

Il-proġetti ffinanzjati mill-UE fis-Slovakkja

Il-flus imħallsa fil-baġit tal-UE mis-Slovakkja jgħinu biex jiġu ffinanzjati programmi u proġetti fil-pajjiżi kollha tal-UE – bħall-bini ta’ toroq, is-sussidjar ta’ riċerkaturi u l-ħarsien tal-ambjent.

Skopri aktar dwar kif is-Slovakkja tibbenefika mill-finanzjament tal-UE.

Back to top