Unjoni Ewrope

Ir-Rumanija

Ħarsa ġenerali

Il-bandiera tar-Rumanija

Is-sistema politika

Ir-Rumanija hija repubblika semi-presidenzjali b’kap tal-gvern - il-prim ministru - u kap tal-istat - il-president. Il-funzjonijiet eżekuttivi huma miżmuma kemm mill-gvern kif ukoll mill-president. Il-pajjiż huwa maqsum f’41 kontea u l-muniċipalità ta’ Bukarest. Kull kontea hija amministrata minn kunsill tal-kontea, responsabbli għall-affarijiet lokali, u minn prefett responsabbli għall-amministrazzjoni tal-affarijiet nazzjonali fil-livell tal-kontea. Il-pożizzjoni fuq il-mappa tal-UE

Il-kummerċ u l-ekonomija

L-aktar setturi importanti tal-ekonomija tar-Rumanija fl-2016 kienu l-industrija (25.7%), il-kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut, it-trasport, l-akkomodazzjoni u s-servizzi tal-ikel (20.2%), l-amministrazzjoni pubblika, id-difiża, l-edukazzjoni, is-saħħa tal-bniedem u l-attivitajiet ta’ xogħol soċjali (11.7%).

Il-kummerċ fi ħdan l-UE jammonta għal 75% tal-esportazzjonijiet tar-Rumanija (il-Ġermanja 22%, l-Italja 12% u Franza 7%), filwaqt li barra mill-UE 3% jmorru fit-Turkija u 2% fir-Russja.

F’termini ta’ importazzjonijiet, 77% jiġu minn Stati Membri tal-UE (il-Ġermanja 21%, l-Italja 10% u l-Ungerija 7%), filwaqt li barra mill-UE 5% jiġu miċ-Ċina u 4% mit-Turkija.

Ir-Rumanija fl-UE

Il-Parlament Ewropew

Hemm 32 membru tal-Parlament Ewropew mir-Rumanija. Skopri min huma dawn il-MPE.

L-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew fir-Rumanija

Il-Kunsill tal-UE

Fil-Kunsill tal-UE, il-ministri nazzjonali jiltaqgħu b'mod regolari biex jadottaw il-liġijiet tal-UE u jikkoordinaw il-politiki. Il-laqgħat tal-Kunsill jattendu għalihom regolarment rappreżentanti tal-gvern Rumen, skont il-qasam tal-politika li jkun qed jiġi indirizzat.

Il-Presidenza tal-Kunsill tal-UE

Il-Kunsill tal-UE m’għandux persuna waħda permanenti bħala president (bħal pereżempju, il-Kummissjoni jew il-Parlament). Minflok, ix-xogħol jitmexxa mill-pajjiż li jkollu l-Presidenza tal-Kunsill, li jinbidel kull sitt xhur.

Matul dawn is-6 xhur, il-ministri mill-gvern ta’ dak il-pajjiż jippresiedu u jgħinu jiddeterminaw l-aġenda tal-laqgħat tal-Kunsill f’kull qasam ta’ politika, u jiffaċilitaw id-djalogu ma’ istituzzjonijiet oħra tal-UE.

Dati tal-presidenzi Rumeni:

Jan-Ġun 2019

Il-Presidenza tal-Kunsill tal-UE

Il-link li ġejja tieħdok f’sit web esternIl-presidenza attwali tal-Kunsill tal-UE

Il-Kummissjoni Ewropea

Il-Kummissarju nominat mir-Rumanija għall-Kummissjoni Ewropea hi Corina Crețu, li hi responsabbli għall-Politika Reġjonali.

Il-Kummissjoni hija rrappreżentata f’kull pajjiż tal-UE minn uffiċċju lokali, imsejjaħ “rappreżentanza”.

Ir-Rappreżentanza tal-Kummissjoni fir-Rumanija

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Ir-Rumanija għandha 15-il rappreżentant fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. Dan il-korp konsultattiv – li jirrappreżenta lil dawk li jħaddmu, il-ħaddiema u gruppi oħra ta’ interess – huwa kkonsultat dwar il-liġijiet proposti, biex ikun hemm idea aħjar tal-bidliet possibbli tas-sitwazzjonijiet soċjali u tax-xogħol fil-pajjiżi membri.

Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Ir-Rumanija għandha 10 rappreżentanti fil-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, l-assemblea tal-UE ta' rappreżentanti reġjonali u lokali. Dan il-korp konsultattiv jiġi kkonsultat dwar il-liġijiet proposti, biex jiżgura li dawn il-liġijiet iqisu l-perspettiva minn kull reġjun tal-UE.

Ir-rappreżentanza permanenti għall-UE

Ir-Rumanija tikkomunika wkoll mal-istituzzjonijiet tal-UE premezz tar-rappreżentanza permanenti tagħha fi Brussell. Bħala l-"ambaxxata għall-UE" tar-Rumanija, il-kompitu ewlieni tagħha hu li l-interessi u l-politiki tal-pajjiż huma segwiti bl-aktar mod effettiv possibbli fl-UE.

Il-Baġits u l-Finanzjament

Kemm tikkontribwixxi u tirċievi flus ir-Rumanija?

Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-Istati Membri għall-baġit tal-UE huma kondiviżi b’mod ġust, skont il-mezzi. Aktar ma tkun kbira l-ekonomija tal-pajjiż, aktar iħallas – u viċi versa. L-għan tal-baġit tal-UE mhuwiex li jipprova jqassam mill-ġdid il-ġid, iżda pjuttost li jiffoka fuq il-ħtiġijiet tal-Ewropej kollha b’mod ġenerali.

It-tqassim tal-finanzi tar-Rumanija mal-UE fl-2016:

  • L-infiq totali tal-UE fir-Rumanija: €7.360 biljun
  • L-infiq totali tal-UE bħala % tal-introjtu nazzjonali gross (ING) Rumen: 4.47 %
  • Il-kontribuzzjoni totali Rumena lill-baġit tal-UE: €1.374 biljun
  • Il-kontribuzzjoni Rumena għall-baġit tal-UE bħala % tal-ING tagħha: 0.83 %

Aktar ċifri dwar il-baġit tal-UE, id-dħul u l-infiq:

Il-proġetti ffinanzjati mill-UE fir-Rumanija

Il-flus imħallsa fil-baġit tal-UE mir-Rumanija jgħinu biex jiġu ffinanzjati programmi u proġetti fil-pajjiżi kollha tal-UE - bħall-bini ta’ toroq, is-sussidjar ta’ riċerkaturi u l-ħarsien tal-ambjent.

Skopri aktar dwar kif ir-Rumanija tibbenefika mill-finanzjament tal-UE.

Back to top