Unjoni Ewrope

Il-Portugall

Il-Portugall

Ħarsa ġenerali

Il-bandiera tal-Portugall

Is-sistema politika

Il-Portugall huwa repubblika semi-presidenzjali b’kap tal-gvern - il-prim ministru - u kap tal-istat - il-president, li għandu s-setgħa li jaħtar il-prim ministru u membri oħra tal-gvern. Il-pajjiż huwa amministrattivament maqsum fi 308 muniċipalitajiet, maqsumin fi 3,092 parroċċa ċivili. Operazzjonalment, l-uniċi unitajiet amministrattivi lokali legalment identifikabbli huma l-muniċipalità u l-parroċċa ċivili, u l-gvern nazzjonali.

Il-pożizzjoni fuq il-mappa tal-UE

Il-kummerċ u l-ekonomija

L-aktar setturi importanti tal-ekonomija tal-Portugall fl-2018 kienu l-kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut, it-trasport, l-akkomodazzjoni u s-servizzi tal-ikel (24.9%), u l-amministrazzjoni pubblika, id-difiża, l-edukazzjoni, is-saħħa tal-bniedem u l-attivitajiet ta’ xogħol soċjali (19.1%) u l-industrija (18.5%).

Il-kummerċ fi ħdan l-UE jammonta għal 76% tal-esportazzjonijiet tal-Portugall (Spanja 25%, Franza 13% u l-Ġermanja 11%), filwaqt li barra mill-UE 5% jmorru fl-Istati Uniti u 3% fl-Angola.

F’termini ta’ importazzjonijiet, 76% jiġu minn Stati Membri tal-UE (Spanja 31%, il-Ġermanja 14% u Franza 8%), filwaqt li barra mill-UE 3% jiġu miċ-Ċina u 2% kemm mill-Istati Uniti u kif ukoll mir-Russja.

Il-Portugall fl-UE

Il-Parlament Ewropew

Hemm 21 membru tal-Parlament Ewropew mill-Portugall. Skopri min huma dawn il-MPE.

L-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew fil-Portugall

Il-Kunsill tal-UE

Fil-Kunsill tal-UE, il-ministri nazzjonali jiltaqgħu b'mod regolari biex jadottaw il-liġijiet tal-UE u jikkoordinaw il-politiki. Il-laqgħat tal-Kunsill jattendu għalihom regolarment rappreżentanti tal-gvern Portugiż, skont il-qasam tal-politika li jkun qed jiġi indirizzat

Il-Presidenza tal-Kunsill tal-UE

Il-Kunsill tal-UE m’għandux persuna waħda permanenti bħala president (bħal pereżempju, il-Kummissjoni jew il-Parlament). Minflok, ix-xogħol jitmexxa mill-pajjiż li jkollu l-Presidenza tal-Kunsill, li jinbidel kull sitt xhur.

Matul dawn is-6 xhur, il-ministri mill-gvern ta’ dak il-pajjiż jippresiedu u jgħinu jiddeterminaw l-aġenda tal-laqgħat tal-Kunsill f’kull qasam ta’ politika, u jiffaċilitaw id-djalogu ma’ istituzzjonijiet oħra tal-UE.

Dati tal-Presidenzi Portugiżi:

Jan-Ġun 1992 | Jan-Ġun 2000 | Lul-Diċ 2007

Il-Presidenza tal-Kunsill tal-UE

Il-link li ġejja tieħdok f’sit web esternIl-presidenza attwali tal-Kunsill tal-UE

Il-Kummissjoni Ewropea

Il-Kummissarju nominat mill-Portugal għall-Kummissjoni Ewropea hi Elisa Ferreira, li hi responsabbli għall-Baġit u l-Amministrazzjoni.

Il-Kummissjoni hija rrappreżentata f’kull pajjiż tal-UE minn uffiċċju lokali, imsejjaħ “rappreżentanza”.

Ir-Rappreżentanza tal-Kummissjoni fil-Portugall

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Il-Portugall għandu 12-il rappreżentant fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. Dan il-korp konsultattiv – li jirrappreżenta lil dawk li jħaddmu, il-ħaddiema u gruppi oħra ta’ interess – huwa kkonsultat dwar il-liġijiet proposti, biex ikun hemm idea aħjar tal-bidliet possibbli tas-sitwazzjonijiet soċjali u tax-xogħol fil-pajjiżi membri.

Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Il-Portugall għandu 11-il rappreżentant fil-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, l-assemblea tal-UE ta' rappreżentanti reġjonali u lokali. Dan il-korp konsultattiv jiġi kkonsultat dwar il-liġijiet proposti, biex jiżgura li dawn il-liġijiet iqisu l-perspettiva minn kull reġjun tal-UE.

Ir-rappreżentanza permanenti għall-UE

Il-Portugall jikkomunika wkoll mal-istituzzjonijiet tal-UE premezz tar-rappreżentanza permanenti tiegħu fi Brussell. Bħala l-"ambaxxata għall-UE" tal-Portugall, il-kompitu ewlieni tagħha huwa li tiżgura li l-interessi u l-politiki tal-pajjiż huma segwiti b’mod effettiv kemm jista’ jkun fl-UE.

Il-Baġits u l-Finanzjament

Kemm iħallas u jirċievi l-Portugall?

L-ammont li jħallas kull pajjiż tal-UE fil-baġit tal-UE huwa kkalkulat b’mod ġust, skont il-mezzi. Aktar ma tkun kbira l-ekonomija tal-pajjiż, aktar iħallas – u viċi versa.
L-għan tal-baġit tal-UE mhuwiex li jipprova jqassam mill-ġdid il-ġid, iżda pjuttost jiffoka fuq il-ħtiġijiet tal-Ewropej b’mod ġenerali. 

Ċifri tal-2018 għall-Portugall:

  • Nefqa totali tal-UE fil-Portugall – € 5.011-il biljun
    (ekwivalenti għal 2.55% tal-ekonomija Portugiża)
  • Kontribuzzjoni totali għall-baġit tal-UE – € 1.699 biljun
    (ekwivalenti għal 0.86% tal-ekonomija Portugiża)

Aktar ċifri dwar il-baġit tal-UE, id-dħul u l-infiq:

Il-proġetti ffinanzjati mill-UE fil-Portugall

Il-flus imħallsa fil-baġit tal-UE mill-Portugall jgħinu biex jiġu ffinanzjati programmi u proġetti fil-pajjiżi kollha tal-UE - bħall-bini ta’ toroq, is-sussidjar ta’ riċerkaturi u l-ħarsien tal-ambjent.

Skopri aktar dwar kif il-Portugall jibbenefika mill-finanzjament tal-UE.

Back to top