Unjoni Ewropea

Il-Polonja

Il-Polonja

Ħarsa ġenerali

Il-bandiera tal-Polonja

Is-sistema politika

Il-Polonja hija repubblika parlamentari b’kap tal-gvern - il-prim ministru - u kap tal-istat - il-president. L-istruttura tal-gvern hija ċċentrata fuq il-kunsill tal-ministri. Il-pajjiż huwa maqsum f’16-il provinċja, l-aktar fuq il-bażi tar-reġjuni storiċi tal-pajjiż. L-awtorità amministrattiva fil-livell provinċjali hija kondiviża bejn gvernatur maħtur mill-gvern, assemblea reġjonali eletta u eżekuttiv elett mill-assemblea reġjonali.

Il-pożizzjoni fuq il-mappa tal-UE

Il-kummerċ u l-ekonomija

L-aktar setturi importanti tal-ekonomija tal-Polonja fl-2018 kienu l-kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut, it-trasport, l-akkomodazzjoni u s-servizzi tal-ikel (26.2%), l-industrija (25.6%) u l-amministrazzjoni pubblika, id-difiża, l-edukazzjoni, is-saħħa tal-bniedem u l-attivitajiet ta’ xogħol soċjali (14.0%).

Il-kummerċ fi ħdan l-UE jammonta għal 80% tal-esportazzjonijiet tal-Polonja (il-Ġermanja 28%, iċ-Ċekja u Franza 6% t-tnejn li huma), filwaqt li barra mill-UE 3% jmorru kemm fir-Russja kif ukoll fl-Istati Uniti.

F’termini ta’ importazzjonijiet, 69% jiġu minn Stati Membri tal-UE (il-Ġermanja 27%, in-Netherlands 6% u l-Italja 5%), filwaqt li barra mill-UE 8% jiġu miċ-Ċina u 7% mir-Russja.

Il-Polonja fl-UE

Il-Parlament Ewropew

Hemm 52 membru fil-Parlament Ewropew mill-Polonja. Skopri min huma dawn il-MPE.

L-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew fil-Polonja

Il-Kunsill tal-UE

Fil-Kunsill tal-UE, il-ministri nazzjonali jiltaqgħu b'mod regolari biex jadottaw il-liġijiet tal-UE u jikkoordinaw il-politiki. Il-laqgħat tal-Kunsill jattendu għalihom regolarment rappreżentanti tal-gvern Pollakk, skont il-qasam tal-politika li jkun qed jiġi indirizzat.

Il-Presidenza tal-Kunsill tal-UE

Il-Kunsill tal-UE m’għandux persuna waħda permanenti bħala president (bħal pereżempju, il-Kummissjoni jew il-Parlament). Minflok, ix-xogħol jitmexxa mill-pajjiż li jkollu l-Presidenza tal-Kunsill, li jinbidel kull sitt xhur.

Matul dawn is-6 xhur, il-ministri mill-gvern ta’ dak il-pajjiż jippresiedu u jgħinu jiddeterminaw l-aġenda tal-laqgħat tal-Kunsill f’kull qasam ta’ politika, u jiffaċilitaw id-djalogu ma’ istituzzjonijiet oħra tal-UE.

Dati tal-Presidenzi Pollakki:

Lul-Diċ 2011

Il-Presidenza tal-Kunsill tal-UE

Il-link li ġejja tieħdok f’sit web estern Il-presidenza attwali tal-Kunsill tal-UE

Il-Kummissjoni Ewropea

Il-Kummissarju nominat mill-Polonja għall-Kummissjoni Ewropea huJanusz Wojciechowski, li hu responsabbli għall-Agrikoltura.

Il-Kummissjoni hija rrappreżentata f’kull pajjiż tal-UE minn uffiċċju lokali, imsejjaħ “rappreżentanza”.

Ir-Rappreżentanza tal-Kummissjoni fil-Polonja

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Il-Polonja għandha 21 rappreżentant fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. Dan il-korp konsultattiv – li jirrappreżenta lil dawk li jħaddmu, il-ħaddiema u gruppi oħra ta’ interess – huwa kkonsultat dwar il-liġijiet proposti, biex ikun hemm idea aħjar tal-bidliet possibbli tas-sitwazzjonijiet soċjali u tax-xogħol fil-pajjiżi membri.

Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Il-Polonja għandha 21 rappreżentant fil-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, l-assemblea tal-UE tar-rappreżentanti reġjonali u lokali. Dan il-korp konsultattiv jiġi kkonsultat dwar il-liġijiet proposti, biex jiżgura li dawn il-liġijiet iqisu l-perspettiva minn kull reġjun tal-UE.

Ir-rappreżentanza permanenti għall-UE

Il-Polonja tikkomunika wkoll mal-istituzzjonijiet tal-UE permezz tar-rappreżentanza permanenti tagħha fi Brussell. Bħala l-“ambaxxata għall-UE” tal-Polonja, il-kompitu ewlieni tagħha huwa li tiżgura li l-interessi u l-politiki tal-pajjiż huma segwiti b’mod effettiv kemm jista’ jkun fl-UE.

Il-Baġits u l-Finanzjament

Kemm tħallas u tirċievi l-Polonja?

L-ammont li jħallas kull pajjiż tal-UE fil-baġit tal-UE huwa kkalkulat b’mod ġust, skont il-mezzi. Aktar ma tkun kbira l-ekonomija tal-pajjiż, aktar iħallas – u viċi versa.
L-għan tal-baġit tal-UE mhuwiex li jipprova jqassam mill-ġdid il-ġid, iżda pjuttost jiffoka fuq il-ħtiġijiet tal-Ewropej b’mod ġenerali. 

Ċifri tal-2018 għall-Polonja:

  • Nefqa totali tal-UE fil-Polonja – € 16.350 biljun
    (ekwivalenti għal 3.43% tal-ekonomija Pollakka)
  • Kontribuzzjoni totali għall-baġit tal-UE – € 3.983 biljun
    (ekwivalenti għal 0.84% tal-ekonomija Pollakka)

Aktar ċifri dwar il-baġit tal-UE, id-dħul u l-infiq:

Il-proġetti ffinanzjati mill-UE fil-Polonja

Il-flus imħallsa fil-baġit tal-UE mill-Polonja jgħinu biex jiġu ffinanzjati programmi u proġetti fil-pajjiżi kollha tal-UE – bħall-bini ta’ toroq, is-sussidjar ta’ riċerkaturi u l-ħarsien tal-ambjent.

Skopri aktar dwar kif il-Polonja tibbenefika mill-finanzjament tal-UE.

Back to top