Unjoni Ewrope

In-Netherlands

Ħarsa ġenerali

Kapitali: 

Amsterdam

Daqs ġeografiku: 

41 542 km²

Popolazzjoni: 

16 979 120 (2016)

Popolazzjoni bħala % totali tal-popolazzjoni tal-UE: 

3,3 % (2016)

Prodott Domestiku Gross (PDG): 

€697.219 biljun (2016)

Lingwa(i) uffiċjali tal-UE: 

Netherlandiż

Sistema Politika: 

monarkija parlamentari kostituzzjonali

Pajjiż membru tal-UE: 

L-1 ta' Jannar 1958

Siġġijiet fil-Parlament Ewropew: 

26

Munita: 

Euro. Membru taż-żona tal-euro mill-1 ta’ Jannar 1999

Membru taż-żona Schengen: 

Iva, membru taż-Żona Schengen mis-26 ta’ Marzu 1995.

Presidenza tal-Kunsill: 

Il-ħolqa li ġejja hi d-direzzjoni mill-ġdid għas-sit web estern tal-presidenza b’rotazzjoni tal-Kunsill tal-UEDati tal-presidenzi Netherlandiżi

In-Netherlands hi pajjiż bi pjanuri baxxi b’madwar kwart mit-territorju tiegħu fil-livell tal-baħar jew taħtu. Ħafna partijiet tan-Netherlands huma mħarsa mill-għargħar permezz ta’ digi u ħitan mibnija fil-baħar u ħafna mill-art inkisbet mill-baħar. In-Netherlands għandha kosta twila mal-Baħar tat-Tramuntana u n-Nofsinhar mal-Belġju u l-Ġermanja tal-Lvant.

L-aktar setturi importanti tal-ekonomija tan-Netherlands fl-2015 kienu l-amministrazzjoni pubblika, id-difiża, l-edukazzjoni, is-saħħa tal-bniedem u l-attivitajiet ta’ xogħol soċjali (21,8 %), il-kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut, it-trasport, l-akkomodazzjoni u s-servizzi tal-ikel (21,0 %) u l-industrija (15,4 %).

L-imsieħba ewlenin tal-esportazzjoni tan-Netherlands huma l-Ġermanja, il-Belġju u r-Renju Unit, filwaqt li l-imsieħba ewlenin tal-importazzjoni huma l-Ġermanja, iċ-Ċina u l-Belġju.

In-Netherlands fl-UE

Il-Parlament Ewropew

Hemm 26 membru fil-Parlament Ewropew min-Netherlands. Skopri min huma dawn il-MPE.

L-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew fin-Netherlands

Il-Kunsill tal-UE

Fil-Kunsill tal-UE, il-ministri nazzjonali jiltaqgħu b'mod regolari biex jadottaw il-liġijiet tal-UE u jikkoordinaw il-politiki. Il-laqgħat tal-Kunsill jattendu għalihom b'mod regolari rappreżentanti tal-gvern tan-Netherlands, skont il-qasam tal-politika li jkun qed jiġi indirizzat.

Il-Presidenza tal-Kunsill tal-UE

Il-Kunsill tal-UE ma għandux persuna waħda permanenti bħala President (bħal pereżempju, il-Kummissjoni jew il-Parlament). Minflok, xogħlu jitmexxa mill-pajjiż li jkollu l-Presidenza tal-Kunsill, li tinbidel kull sitt xhur.

Matul dawn is-sitt xhur, il-ministri mill-gvern ta’ dak il-pajjiż imexxu u jgħinu jiddeterminaw l-aġenda tal-laqgħat tal-Kunsill f’kull qasam ta’ politika, u jiffaċilitaw id-djalogu ma’ istituzzjonijiet oħra tal-UE.

Dati tal-presidenzi Netherlandiżi:

Lulju-Diċembru 1960 | Lulju-Diċembru 1963 | Lulju-Diċembru 1966 | Lulju-Diċembru 1969 | Lulju-Diċembru 1972 | Lulju-Diċembru 1976 | Jannar-Ġunju 1981 | Jannar-Ġunju 1986 | Lulju-Diċembru 1991 | Jannar-Ġunju 1997 | Lulju-Diċembru 2004 | Jannar-Ġunju 2016

Il-Presidenza tal-Kunsill tal-UE

Il-Kummissjoni Ewropea

Il-Kummissarju nnominat min-Netherlands għall-Kummissjoni Ewropea hu Frans Timmermans, li hu l-Ewwel Viċi President, inkarigat mir-Regolamentazzjoni Aħjar, ir-Relazzjonijiet Interistituzzjonali, l-Istat tad-Dritt u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali.

Il-Kummissjoni hi rappreżentata f’kull pajjiż tal-UE minn uffiċċju lokali, imsejjaħ “rappreżentanza”.

Ir-rappreżentanza tal-Kummissjoni fin-Netherlands

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

In-Netherlands għandha 12-il rappreżentant fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. Din l-entità konsultattiva – li tirrappreżenta lill-impjegaturi, il-ħaddiema u gruppi oħra ta’ interess – hi kkonsultata dwar il-liġijiet proposti, sabiex tingħata idea aħjar ta’ bidliet possibbli fis-sitwazzjonijiet soċjali u tax-xogħol fil-pajjiżi membri.

Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

In-Netherlands għandha 12-il rappreżentant fil-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, l-assemblea tal-UE tar-rappreżentanti reġjonali u lokali. Din l-entità konsultattiva tiġi kkonsultata dwar il-liġijiet proposti, biex tiżgura li dawn il-liġijiet iqisu l-perspettiva minn kull reġjun tal-UE.

Ir-Rappreżentanza Permanenti għall-UE

In-Netherlands tikkomunika wkoll mal-istituzzjonijiet tal-UE permezz tar-rappreżentanza permanenti tagħha fi Brussell. Bħal “Ambaxxata għall-UE” tan-Netherlands, il-kompitu ewlieni tagħha hu li tiżgura li l-interessi u l-politiki tal-pajjiż huma segwiti b’mod effettiv kemm jista’ jkun fl-UE.

Baġits u Finanzjament

Kemm tikkontribwixxi u tirċievi flus in-Netherlands?

Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-Istati Membri għall-baġit tal-UE huma kondiviżi b’mod ġust, skont il-mezzi. Aktar ma tkun kbira l-ekonomija ta' pajjiżek, aktar iħallas – u viċi versa. Il-baġit tal-UE ma jimmirax biex iqassam mill-ġdid il-ġid, imma pjuttost jiffoka fuq il-ħtiġijiet tal-Ewropej kollha b’mod ġenerali.

Analiżi tal-finanzi tan-Netherlands mal-UE fl-2014:

  • L-infiq totali tal-UE fin-Netherlands: €2.359 biljun
  • L-infiq totali tal-UE bħala % tal-introjtu nazzjonali gross (ING) Netherlandiż: 0.35 %
  • Il-kontribuzzjoni totali Netherlandiża għall-baġit tal-UE: €5.759 biljun
  • Il-kontribuzzjoni tan-Netherlands għall-baġit tal-UE bħala % tal-ING tagħhom: 0.85 %

Aktar ċifri dwar il-baġit tal-UE, id-dħul u l-infiq:

Proġetti finanzjati mill-UE fin-Netherlands

Il-flus imħallsa fil-baġit tal-UE fin-Netherlands jgħinu biex jiġu ffinanzjati programmi u proġetti fil-pajjiżi kollha tal-UE – bħall-bini ta’ toroq, is-sussidjar ta’ riċerkaturi u l-ħarsien tal-ambjent.

Skopri aktar dwar kif in-Netherlands tibbenefika mill-finanzjamenti tal-UE.

Informazzjoni prattika