Unjoni Ewrope

Malta

Ħarsa ġenerali

Il-bandiera ta' Malta

Is-sistema politika

Malta hija repubblika parlamentari b’kap tal-gvern - il-prim ministru - u kap tal-istat - il-prim ministru - li jaħtar lill-president - li r-rwol tiegħu huwa l-aktar ċerimonjali. Il-pajjiż huwa maqsum f’5 reġjuni. Kull wieħed għandu l-kumitat reġjonali tiegħu, li jservi bħala intermedjarju bejn il-gvern lokali u nazzjonali. Il-pożizzjoni fuq il-mappa tal-UE

Il-kummerċ u l-ekonomija

L-aktar setturi importanti tal-ekonomija ta’ Malta fl-2016 kienu l-kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut, it-trasport, l-akkomodazzjoni u s-servizzi tal-ikel (20.9%), l-amministrazzjoni pubblika, id-difiża, l-edukazzjoni, is-saħħa tal-bniedem u l-attivitajiet ta’ xogħol soċjali (17.7%) u l-attivitajiet professjonali, xjentifiċi u tekniċi; l-attivitajiet amministrattivi u ta’ servizz ta’ appoġġ (12.7%).

Il-kummerċ fi ħdan l-UE jammonta għal 39% tal-esportazzjonijiet ta’ Malta (il-Ġermanja 14% u Franza 8%), filwaqt li barra mill-UE 27% jmorru fl-Istati Uniti u 6% f’Singapor u 5% fil-Ġappun.

F’termini ta’ importazzjonijiet, 54% jiġu minn Stati Membri tal-UE (l-Italja 21%, il-Ġermanja u r-Renju Unit 6% t-tnejn li huma), filwaqt li barra mill-UE 12% jiġu mill-Gżejjer Cayman u 10% mill-Kanada.

Malta fl-UE

Il-Parlament Ewropew

Hemm 6 membri fil-Parlament Ewropew minn Malta. Skopri min huma dawn il-MPE.

L-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew f'Malta

Il-Kunsill tal-UE

Fil-Kunsill tal-UE, il-ministri nazzjonali jiltaqgħu b'mod regolari biex jadottaw il-liġijiet tal-UE u jikkoordinaw il-politiki. Il-laqgħat tal-Kunsill jattendu għalihom regolarment rappreżentanti mill-gvern ta' Malta, skont il-qasam ta' politika li jkun qed jiġi indirizzat.

Il-Presidenza tal-Kunsill tal-UE

Il-Kunsill tal-UE m’għandux persuna waħda permanenti bħala president (bħal pereżempju, il-Kummissjoni jew il-Parlament). Minflok, ix-xogħol jitmexxa mill-pajjiż li jkollu l-Presidenza tal-Kunsill, li jinbidel kull sitt xhur.

Matul dawn is-6 xhur, il-ministri mill-gvern ta’ dak il-pajjiż jippresiedu u jgħinu jiddeterminaw l-aġenda tal-laqgħat tal-Kunsill f’kull qasam ta’ politika, u jiffaċilitaw id-djalogu ma’ istituzzjonijiet oħra tal-UE.

Dati tal-Presidenzi Maltin:

Jan-Ġun 2017

Il-Presidenza tal-Kunsill tal-UE

Il-link li ġejja tieħdok f’sit web esternIl-presidenza attwali tal-Kunsill tal-UE

Il-Kummissjoni Ewropea

Il-Kummissarju nominat minn Malta għall-Kummissjoni Ewropea hu Karmenu Vella, li hu responsabbli għall-Ambjent, l-Affarijiet Marittimi u s-Sajd.

Il-Kummissjoni hija rrappreżentata f’kull pajjiż tal-UE minn uffiċċju lokali, imsejjaħ “rappreżentanza”.

Ir-Rappreżentanza tal-Kummissjoni f'Malta

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Malta għandha 5 rappreżentanti fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. Dan il-korp konsultattiv – li jirrappreżenta lil dawk li jħaddmu, il-ħaddiema u gruppi oħra ta’ interess – huwa kkonsultat dwar il-liġijiet proposti, biex ikun hemm idea aħjar tal-bidliet possibbli tas-sitwazzjonijiet soċjali u tax-xogħol fil-pajjiżi membri.

Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Malta għandha 5 rappreżentanti fil-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, l-assemblea tal-UE tar-rappreżentanti reġjonali u lokali. Dan il-korp konsultattiv jiġi kkonsultat dwar il-liġijiet proposti, biex jiżgura li dawn il-liġijiet iqisu l-perspettiva minn kull reġjun tal-UE.

Ir-rappreżentanza permanenti għall-UE

Malta tikkomunika wkoll mal-istituzzjonijiet tal-UE permezz tar-rappreżentanza permanenti tagħha fi Brussell. Bħala l-“ambaxxata għall-UE” ta' Malta, il-kompitu ewlieni tagħha hu li tiżgura li l-interessi u l-politiki tal-pajjiż huma segwiti b’mod effettiv kemm jista’ jkun fl-UE.

Il-Baġits u l-Finanzjament

Kemm tikkontribwixxi u tirċievi flus Malta?

Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-Istati Membri għall-baġit tal-UE huma kondiviżi b’mod ġust, skont il-mezzi. Aktar ma tkun kbira l-ekonomija tal-pajjiż, aktar iħallas – u viċi versa. L-għan tal-baġit tal-UE mhuwiex li jipprova jqassam mill-ġdid il-ġid, iżda pjuttost li jiffoka fuq il-ħtiġijiet tal-Ewropej kollha b’mod ġenerali.

It-tqassim tal-finanzi ta' Malta mal-UE fl-2016:

  • L-infiq totali tal-UE f'Malta: €0.208 biljun
  • L-infiq totali tal-UE bħala % tal-introjtu nazzjonali gross (ING) ta' Malta: 2.22 %
  • Il-kontribuzzjoni totali Maltija għall-baġit tal-UE: €0.081 biljun
  • Il-kontribuzzjoni ta' Malta għall-baġit tal-UE bħala % tal-ING tagħha: 0.86 %

Aktar ċifri dwar il-baġit tal-UE, id-dħul u l-infiq:

Il-proġetti ffinanzjati mill-UE f'Malta

Il-flus imħallsa fil-baġit tal-UE minn Malta jgħinu biex jiġu ffinanzjati programmi u proġetti fil-pajjiżi kollha tal-UE – bħall-bini ta’ toroq, is-sussidjar ta’ riċerkaturi u l-ħarsien tal-ambjent.

Skopri aktar dwar kif Malta tibbenefika mill-finanzjament tal-UE.

Back to top