Mur għall-kontenut ewlieni

Ħarsa ġenerali

Belt kapitali: Il-Lussemburgu

Lingwa(i) uffiċjali tal-UE: il-Franċiż, il-Ġermaniż

Pajjiż membru tal-UE: mill-1 ta’ Jannar 1958

Munita: l-euro. Membru taż-żona tal-euro mill-1 ta’ Jannar 1999

Schengen: Membru taż-żona Schengen mis-26 ta’ Marzu 1995

ĊifriDaqs ġeografiku - popolazzjoni - prodott domestiku gross (PDG) per capita skont l-istandards tal-poter tal-akkwist

Sistema politika

Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu hu monarkija kostituzzjonali parlamentari (il-Gran Dukat) b’kap tal-gvern - il-prim ministru - u kap tal-istat - il-Gran Duka - li għandu drittijiet formali biss. Il-gvern jeżerċita poter eżekuttiv. L-elezzjonijiet ġenerali jseħħu kull 5 snin. 60 membru jiġu eletti f’korp leġiżlattiv monokamerali, il-Kamra tad-Deputati. Il-pajjiż hu maqsum f’4 reġjuni elettorali, 12-il cantons amministrattiv u 105 muniċipalità. 12-il muniċipalità għandhom status ta’ belt, l-akbar waħda hi l-Belt tal-Lussemburgu. Il-Belt tal-Lussemburgu, flimkien ma’ Brussell u Strasburgu, hija waħda mit-tliet sedi uffiċjali tal-istituzzjonijiet Ewropej. Il-Lussemburgu għandu 3 lingwi uffiċjali: il-Franċiż, il-Ġermaniż u l-Lussemburgiż. L-ewwel tnejn huma lingwi uffiċjali tal-UE.

Pożizzjoni fuq il-mappa tal-UE

Kummerċ u ekonomija

L-aktar setturi importanti tal-ekonomija tal-Lussemburgu fl-2020 kienu l-attivitajiet finanzjarji u tal-assigurazzjoni (25.1%), il-kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut, it-trasport, l-akkomodazzjoni u s-servizzi tal-ikel (14.9%), l-amministrazzjoni pubblika, id-difiża, l-edukazzjoni, is-saħħa tal-bniedem u l-attivitajiet ta’ xogħol soċjali (17.5%).

Il-kummerċ fi ħdan l-UE jammonta għal 80% tal-esportazzjonijiet tal-Lussemburgu (il-Ġermanja 28%, Franza 16% u l-Belġju 12%), filwaqt li barra mill-UE 3% jmorru fl-Istati Uniti.

F’termini ta’ importazzjonijiet, 89% jiġu minn Stati Membri tal-UE (il-Belġju 34%, il-Ġermanja 27% u Franza 11%), filwaqt li barra mill-UE 3% jiġu mill-Istati Uniti u 2% mill-Ġappun.

Il-Lussemburgu fl-UE

Il-Parlament Ewropew

Hemm 6 membri tal-Parlament Ewropew mil-Lussemburgu. Skopri min huma dawn il-MPE

L-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew fil-Lussemburgu

Il-Kunsill tal-UE

Fil-Kunsill tal-UE, il-ministri nazzjonali jiltaqgħu b'mod regolari biex jadottaw il-liġijiet tal-UE u jikkoordinaw il-politiki. Il-laqgħat tal-Kunsill jattendu għalihom b’mod regolari rappreżentanti tal-gvern tal-Lussemburgu, skont il-qasam tal-politika li jkun qed jiġi indirizzat.

Il-Presidenza tal-Kunsill tal-UE

Il-Kunsill tal-UE m’għandux persuna waħda permanenti bħala president (bħal pereżempju, il-Kummissjoni jew il-Parlament). Minflok, ix-xogħol jitmexxa mill-pajjiż li jkollu l-Presidenza tal-Kunsill, li jinbidel kull sitt xhur.

Matul dawn is-6 xhur, il-ministri mill-gvern ta’ dak il-pajjiż jippresiedu u jgħinu jiddeterminaw l-aġenda tal-laqgħat tal-Kunsill f’kull qasam ta’ politika, u jiffaċilitaw id-djalogu ma’ istituzzjonijiet oħrajn tal-UE.

Id-dati tal-presidenzi Lussemburgiżi:

Jan-Ġun 1960 | Jan-Ġun 1963 | Jan-Ġun 1966 | Jan-Ġun 1969 | Jan-Ġun 1972 | Jan-Ġun 1976 | Lul-Diċ 1980 | Lul-Diċ 1985 | Jan-Ġun 1991 | Lul-Diċ 1997 | Jan-Ġun 2005 | Lul-Diċ 2015 |

Il-Presidenza tal-Kunsill tal-UE

Presidenza attwali tal-Kunsill tal-UE

Il-Kummissjoni Ewropea

Il-Kummissarju nominat mil-Lussemburgu għall-Kummissjoni Ewropea hu Nicolas Schmit, li hu responsabbli għall-Impjiegi u d-Drittijiet Soċjali.

Il-Kummissjoni hi rrappreżentata f’kull pajjiż tal-UE minn uffiċċju lokali, imsejjaħ “rappreżentanza”.

Ir-rappreżentanza tal-Kummissjoni fil-Lussemburgu

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Il-Lussemburgu għandu 5 rappreżentanti fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. Dan il-korp konsultattiv – li jirrappreżenta lil dawk li jħaddmu, il-ħaddiema u gruppi oħrajn ta’ interess – hu kkonsultat dwar il-liġijiet proposti, biex ikun hemm idea aħjar tal-bidliet possibbli tas-sitwazzjonijiet soċjali u tax-xogħol fil-pajjiżi membri.

Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Il-Lussemburgu għandu 5 rappreżentanti fil-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, l-assemblea tal-UE tar-rappreżentanti reġjonali u lokali. Dan il-korp konsultattiv jiġi kkonsultat dwar il-liġijiet proposti, biex jiżgura li dawn il-liġijiet iqisu l-perspettiva minn kull reġjun tal-UE.

Ir-rappreżentanza permanenti għall-UE

Il-Lussemburgu jikkomunika wkoll mal-istituzzjonijiet tal-UE permezz tar-rappreżentanza permanenti tagħha fi Brussell. Bħala l-"ambaxxata għall-UE" tal-Lussemburgu, il-kompitu ewlieni tagħha huwa li tiżgura li l-interessi u l-politiki tal-pajjiż huma segwiti b’mod effettiv kemm jista’ jkun fl-UE.

Il-Baġits u l-Finanzjament

Kemm tħallas u tirċievi l-Lussemburgu?

L-ammont li jħallas kull pajjiż tal-UE fil-baġit tal-UE huwa kkalkulat b’mod ġust, skont il-mezzi. Aktar ma tkun kbira l-ekonomija tal-pajjiż, aktar iħallas – u viċi versa.
L-għan tal-baġit tal-UE mhuwiex li jipprova jqassam mill-ġdid il-ġid, iżda pjuttost jiffoka fuq il-ħtiġijiet tal-Ewropej b’mod ġenerali. 

Aktar ċifri dwar il-baġit tal-UE, id-dħul u l-infiq:

Il-proġetti ffinanzjati mill-UE fil-Lussemburgu

Il-flus imħallsa fil-baġit tal-UE mil-Lussemburgu jgħinu biex jiġu ffinanzjati programmi u proġetti fil-pajjiżi kollha tal-UE - bħall-bini ta’ toroq, is-sussidjar ta’ riċerkaturi u l-ħarsien tal-ambjent.

Skopri aktar dwar kif il-Lussemburgu jibbenefika mill-finanzjament tal-UE.