Unjoni Ewropea

Il-Litwanja

Il-Litwanja

Ħarsa ġenerali

Il-bandiera tal-Litwanja

Is-sistema politika

Il-Litwanja hija repubblika parlamentari b’kap tal-gvern - il-prim ministru - u kap tal-istat - il-president - li jaħtar lill-prim ministru. Il-Parlament huwa korp leġiżlattiv unikamerali. Il-pajjiż huwa maqsum f’60 muniċipalità, b’sindki eletti direttament.

Il-pożizzjoni fuq il-mappa tal-UE

Il-kummerċ u l-ekonomija

L-aktar setturi importanti tal-ekonomija tal-Litwanja fl-2018 kienu l-kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut, it-trasport, l-akkomodazzjoni u s-servizzi tal-ikel (32.2%), l-industrija (21.9%) u l-amministrazzjoni pubblika, id-difiża, l-edukazzjoni, is-saħħa tal-bniedem u l-attivitajiet ta' xogħol soċjali (14.3%).

Il-kummerċ fi ħdan l-UE jammonta għal 59% tal-esportazzjonijiet tal-Litwanja (il-Latvja 10%, il-Polonja 8% u l-Ġermanja 7%), filwaqt li barra mill-UE 14% jmorru fir-Russja u 5% fl-Istati Uniti.

F’termini ta’ importazzjonijiet, 69% jiġu minn Stati Membri tal-UE (il-Ġermanja 12%, il-Polonja 11% u l-Latvja 7%), filwaqt li barra mill-UE 15% jiġu mir-Russja u 3% miċ-Ċina.

Il-Litwanja fl-UE

Il-Parlament Ewropew

Hemm 11-il membru tal-Parlament Ewropew mil-Litwanja. Skopri min huma dawn il-MPE.

L-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew fil-Litwanja

Il-Kunsill tal-UE

Fil-Kunsill tal-UE, il-ministri nazzjonali jiltaqgħu b'mod regolari biex jadottaw il-liġijiet tal-UE u jikkoordinaw il-politiki. Il-laqgħat tal-Kunsill jattendu għalihom regolarment rappreżentanti tal-gvern Litwan, skont il-qasam tal-politika li jkun qed jiġi indirizzat.

Il-Presidenza tal-Kunsill tal-UE

Il-Kunsill tal-UE m’għandux persuna waħda permanenti bħala president (bħal pereżempju, il-Kummissjoni jew il-Parlament). Minflok, ix-xogħol jitmexxa mill-pajjiż li jkollu l-Presidenza tal-Kunsill, li jinbidel kull sitt xhur.

Matul dawn is-6 xhur, il-ministri mill-gvern ta’ dak il-pajjiż jippresiedu u jgħinu jiddeterminaw l-aġenda tal-laqgħat tal-Kunsill f’kull qasam ta’ politika, u jiffaċilitaw id-djalogu ma’ istituzzjonijiet oħra tal-UE.

Dati tal-presidenzi Litwani:

Lul-Diċ 2013

Il-Presidenza tal-Kunsill tal-UE

Il-link li ġejja tieħdok f’sit web esternIl-presidenza attwali tal-Kunsill tal-UE

Il-Kummissjoni Ewropea

Il-Kummissarju nominat mil-Litwanja għall-Kummissjoni Ewropea hi Virginijus Sinkevičius, li hu responsabbli għall-Ambjent, l-Affarijiet Marittimi u s-Sajd.

Il-Kummissjoni hija rrappreżentata f’kull pajjiż tal-UE minn uffiċċju lokali, imsejjaħ “rappreżentanza”.

Ir-rappreżentanza tal-Kummissjoni fil-Litwanja

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Il-Litwanja għandha 9 rappreżentanti fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. Dan il-korp konsultattiv – li jirrappreżenta lil dawk li jħaddmu, il-ħaddiema u gruppi oħra ta’ interess – huwa kkonsultat dwar il-liġijiet proposti, biex ikun hemm idea aħjar tal-bidliet possibbli tas-sitwazzjonijiet soċjali u tax-xogħol fil-pajjiżi membri.

Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Il-Litwanja għandha 7 rappreżentanti fil-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, l-assemblea tal-UE tar-rappreżentanti reġjonali u lokali. Dan il-korp konsultattiv jiġi kkonsultat dwar il-liġijiet proposti, biex jiżgura li dawn il-liġijiet iqisu l-perspettiva minn kull reġjun tal-UE.

Ir-rappreżentanza permanenti għall-UE

Il-Litwanja tikkomunika wkoll mal-istituzzjonijiet tal-UE permezz tar-rappreżentanza permanenti tagħha fi Brussell. Bħala l-“ambaxxata għall-UE” tal-Litwanja, il-kompitu ewlieni tagħha hu li tiżgura li l-interessi u l-politiki tal-pajjiż huma segwiti b’mod effettiv kemm jista’ jkun fl-UE.

Il-Baġits u l-Finanzjament

Kemm tħallas u tirċievi l-Litwanja?

L-ammont li jħallas kull pajjiż tal-UE fil-baġit tal-UE huwa kkalkulat b’mod ġust, skont il-mezzi. Aktar ma tkun kbira l-ekonomija tal-pajjiż, aktar iħallas – u viċi versa.
L-għan tal-baġit tal-UE mhuwiex li jipprova jqassam mill-ġdid il-ġid, iżda pjuttost jiffoka fuq il-ħtiġijiet tal-Ewropej b’mod ġenerali. 

Ċifri tal-2018 għal-Litwanja:

  • Nefqa totali tal-UE fil-Litwanja – € 2.071 biljun
    (ekwivalenti għal 4.80% tal-ekonomija Litwana)
  • Kontribuzzjoni totali għall-baġit tal-UE – € 0.356 biljun
    (ekwivalenti għal 0.83% tal-ekonomija Litwana)

Aktar ċifri dwar il-baġit tal-UE, id-dħul u l-infiq:

Aktar ċifri dwar il-baġit tal-UE, id-dħul u l-infiq:

Il-proġetti ffinanzjati mill-UE fil-Litwanja

Il-flus imħallsa fil-baġit tal-UE mil-Litwanja jgħinu biex jiġu ffinanzjati programmi u proġetti fil-pajjiżi kollha tal-UE – bħall-bini ta’ toroq, is-sussidjar ta’ riċerkaturi u l-ħarsien tal-ambjent.

Skopri aktar dwar kif il-Litwanja tibbenefika mill-finanzjament tal-UE.

Back to top