European Union website, the official EU website

Il-Latvja

Ħarsa ġenerali: 

B’kosta ta’ 531km tul il-Baħar Baltiku, il-Latvja tmiss mal-Estonja, il-Litwanja, ir-Russja u l-Belarus. Il-foresti ijkopru madwar 40 % ta’ dan il-pajjiż baxx. Il-Latvja għandha wkoll aktar minn 3 000 lag u 12 000 xmara. 

L-aktar setturi importanti tal-ekonomija tal-Latvja fl-2015 kienu l-kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut, it-trasport, l-akkomodazzjoni u s-servizzi tal-ikel (25.2 %), l-industrija (16.4 %) u l-amministrazzjoni pubblika, id-difiża, l-edukazzjoni, is-saħħa tal-bniedem u l-attivitajiet ta' xogħol soċjali (15.7 %).

L-imsieħba ewlenin tal-esportazzjoni tal-Latvja huma l-Litwanja, ir-Russja u l-Estonja filwaqt li l-imsieħba ewlenin tal-importazzjoni huma l-Litwanja, il-Ġermanja u l-Polonja.

Kapitali: 

Riga

Daqs ġeografiku: 

64 573 km2

Popolazzjoni: 

1 986 096 (2015)

Popolazzjoni bħala % totali tal-popolazzjoni tal-UE: 

0.4 % (2015)

Prodott Domestiku Gross (PDG): 

EUR 24.378 biljun (2015)

Lingwa(i) uffiċjali tal-UE: 

Latvjan

Sistema Politika: 

repubblika parlamentari

Pajjiż membru tal-UE: 

fl-1 ta' Mejju 2004

Siġġijiet fil-Parlament Ewropew: 

8

Munita: 

Euro. Membru taż-żona tal-euro mill-1 ta' Jannar 2014

Membru taż-żona Schengen?: 

 Iva, membru taż-Żona Schengen mill-21 ta' Diċembru 2007.

Presidenza tal-Kunsill: 

Il-Latvja kellha l-presidenza b'rotazzjoni tal-Kunsill tal-UE għall-ewwel darba fl-2015.

Il-Latvja fl-UE

Il-Parlament Ewropew

Hemm 8 membri fil-Parlament Ewropew mil-Latvja. Skopri min huma dawn il-MPEs.

L-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew fil-Latvja

Il-Kunsill tal-UE

Fil-Kunsill tal-UE, il-ministri nazzjonali jiltaqgħu b'mod regolari biex jadottaw il-liġijiet u jikkoordinaw il-politiki tal-UE. Il-laqgħat tal-Kunsill jattendu għalihom b'mod regolari rappreżenanti tal-gvern Latvjan, skont il-qasam tal-politika li jkun qed jiġi indirizzat.

Il-Presidenza tal-Kunsill tal-UE

Il-Kunsill tal-UE ma għandux persuna waħda permanenti bħala President (bħal pereżempju, il-Kummissjoni jew il-Parlament). Minflok, xogħlu jitmexxa mill-pajjiż li jkollu l-Presidenza tal-Kunsill, li tinbidel kull sitt xhur.

Matul dawn is-6 xhur, il-ministri mill-gvern ta’ dak il-pajjiż imexxu u jgħinu jiddeterminaw l-aġenda tal-laqgħat tal-Kunsill f’kull qasam ta’ politika, u jiffaċilitaw id-djalogu ma’ istituzzjonijiet oħra tal-UE.

Dati tal-presidenza Latvjana :

Jannar-Ġunju 2015.

Aktar dwar il-presidenza attwali tal-Kunsill tal-UE.

Il-Kummissjoni Ewropea

Il-Kummissarju nnominat mil-Latvja għall-Kummissjoni Ewropea hu Valdis Dombrovskis, il-Viċi President għall-Euro u għad-Djalogu Soċjali, inkarigat ukoll mill-Istabbiltà Finanzjarja, mis-Servizzi Finanzjarji u mill-Unjoni tas-Swieq Kapitali.

Il-Kummissjoni hi rappreżentata f’kull pajjiż tal-UE minn uffiċċju lokali, imsejjaħ “rappreżentanza”.

Ir-rappreżentanza tal-Kummissjoni fil-Latvja

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Is-Slovenja għandha 7 rappreżentanti fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. Din l-entità konsultattiva – li tirrappreżenta lil dawk li jħaddmu, il-ħaddiema u gruppi oħra ta’ interess – hi kkonsultata dwar il-liġijiet proposti, sabiex tingħata idea aħjar ta’ bidliet possibbli fis-sitwazzjonijiet soċjali u tax-xogħol fil-pajjiżi membri.

Il-Kumitat tar-Reġjuni

Il-Latvja għandha 7 rappreżentanti fil-Kumitat tar-Reġjuni, l-assemblea tal-UE tar-rappreżentanti reġjonali u lokali. Din l-entità konsultattiva tiġi kkonsultata dwar il-liġijiet proposti, biex tiżgura li dawn il-liġijiet iqisu l-perspettiva minn kull reġjun tal-UE.

Ir-Rappreżentanza permanenti għall-UE

Il-Latvja tikkomunika wkoll mal-istituzzjonijiet tal-UE permezz tar-rappreżentanza permanenti tagħha fi Brussell. Bħala “l-Ambaxxata għall-UE” tal-Latvja, il-kompitu ewlieni tagħha hu li tiżgura li l-interessi u l-politiki tal-pajjiż huma segwiti b’mod effettiv kemm jista’ jkun fl-UE.

Baġits u Finanzjament

Kemm tikkontribwixxi u tirċievi flus il-Latvja?

Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-Istati Membri għall-baġit tal-UE huma kondiviżi b’mod ġust, skont il-mezzi. Aktar ma tkun kbira l-ekonomija ta' pajjiżek, aktar iħallas – u viċi versa. Il-baġit tal-UE ma jimmirax biex iqassam mill-ġdid il-ġid, imma pjuttost jiffoka fuq il-ħtiġijiet tal-Ewropej kollha b’mod ġenerali.

Analiżi tal-finanzi tal-Latvja mal-UE fl-2015:

  • L-infiq totali tal-UE fis-Latvja – EUR 0.982 biljun
  • L-infiq totali tal-UE bħala % tal-introjtu nazzjonali gross (ING) Latvjan – 4.04 %
  • Il-kontribuzzjoni totali Latvjani għall-baġit tal-UE – EUR 0.206 biljun
  • Il-kontribuzzjoni Latvjana għall-baġit tal-UE bħala % tad-DGN tagħha – 0.85 %

Aktar ċifri dwar il-baġit tal-UE, id-dħul u l-infiq:

Progetti ffinanzjati mill-UE fil-Latvja

Il-flus imħallsa fil-baġit tal-UE fil-Latvja jgħinu biex jiġu ffinanzjati programmi u proġetti fil-pajjiżi kollha tal-UE – bħall-bini ta’ toroq, is-sussidjar ta’ riċerkaturi u l-ħarsien tal-ambjent.

Skopri aktar dwar kif il-Latvja tibbenefika mill-finanzjamenti tal-UE.

Tagħrif prattiku