Unjoni Ewrope

L-Irlanda

Ħarsa ġenerali

Il-bandiera tal-Irlanda

Is-sistema politika

L-Irlanda hija repubblika parlamentari li tikkonsisti minn 26 kontea. Il-kap tal-gvern - il-prim ministru - huwa maħtur mill-president wara n-nomina mill-Kamra Inferjuri (Dail) u jeżerċita setgħat eżekuttivi. Il-kap tal-istat - il-president - għandu l-aktar setgħat ċerimonjali. Il-Parlament għandu 2 ikmamar (Kamra Superjuri u Inferjuri). Il-pożizzjoni fuq il-mappa tal-UE

Il-kummerċ u l-ekonomija

L-aktar setturi importanti tal-ekonomija tal-Irlanda fl-2016 kienu l-industrija (38.9%), il-kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut, it-trasport, l-akkomodazzjoni u l-attivitajiet tas-servizzi tal-ikel (12.9%), l-amministrazzjoni pubblika, id-difiża, l-edukazzjoni, is-saħħa tal-bniedem u l-attivitajiet ta’ xogħol soċjali (12.3%).

Il-kummerċ fi ħdan l-UE jammonta għal 51% tal-esportazzjonijiet tal-Irlanda (ir-Renju Unit 13%, il-Belġju 13% u l-Ġermanja 7%), filwaqt li 26% jmorru fl-Istati Uniti u 5% fl-Iżvizzera.

F’termini ta’ importazzjonijiet, 68% jiġu minn Stati Membri tal-UE (ir-Renju Unit 29%, Franza 13% u l-Ġermanja 10%), filwaqt li barra mill-UE 15% jiġu mill-Istati Uniti u 4% miċ-Ċina.

L-Irlanda fl-UE

Il-Parlament Ewropew

Hemm 11-il membru tal-Parlament Ewropew mill-Irlanda. Skopri min huma dawn il-MPE.

L-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew fl-Irlanda

Il-Kunsill tal-UE

Fil-Kunsill tal-UE, il-ministri nazzjonali jiltaqgħu b'mod regolari biex jadottaw il-liġijiet tal-UE u jikkoordinaw il-politiki. Fil-laqgħat tal-Kunsill jiltaqgħu regolarment rappreżentanti mill-gvern Irlandiż, skont il-qasam ta' politika li jkun qed jiġi indirizzat.

Il-Presidenza tal-Kunsill tal-UE

Il-Kunsill tal-UE m’għandux persuna waħda permanenti bħala president (bħal pereżempju, il-Kummissjoni jew il-Parlament). Minflok, ix-xogħol jitmexxa mill-pajjiż li jkollu l-Presidenza tal-Kunsill, li jinbidel kull sitt xhur.

Matul dawn is-6 xhur, il-ministri mill-gvern ta’ dak il-pajjiż jippresiedu u jgħinu jiddeterminaw l-aġenda tal-laqgħat tal-Kunsill f’kull qasam ta’ politika, u jiffaċilitaw id-djalogu ma’ istituzzjonijiet oħra tal-UE.

Dati tal-Presidenzi Irlandiżi:

Jan-Ġun 1975 | Lul-Diċ 1979 | Lul-Diċ 1984 | Jan-Ġun 1990 | Lul-Diċ 1996 | Jan-Ġun 2004 | Jan-Ġun 2013

Il-Presidenza tal-Kunsill tal-UE

Il-link li ġejja tieħdok f’sit web estern Il-presidenza attwali tal-Kunsill tal-UE

Il-Kummissjoni Ewropea

Il-Kummissarju nominat mill-Irlanda għall-Kummissjoni Ewropea hu Phil Hogan, li hu responsabbli għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali.

Il-Kummissjoni hija rrappreżentata f’kull pajjiż tal-UE minn uffiċċju lokali, imsejjaħ “rappreżentanza”.

Ir-Rappreżentanza tal-Kummissjoni fl-Irlanda 

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

L-Irlanda għandha 9 rappreżentanti fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. Dan il-korp konsultattiv – li jirrappreżenta lil dawk li jħaddmu, il-ħaddiema u gruppi oħra ta’ interess – huwa kkonsultat dwar il-liġijiet proposti, biex ikun hemm idea aħjar tal-bidliet possibbli tas-sitwazzjonijiet soċjali u tax-xogħol fil-pajjiżi membri.

Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

L-Irlanda għandha 9 rappreżentanti fil-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, l-assemblea tal-UE tar-rappreżentanti reġjonali u lokali. Dan il-korp konsultattiv jiġi kkonsultat dwar il-liġijiet proposti, biex jiżgura li dawn il-liġijiet iqisu l-perspettiva minn kull reġjun tal-UE.

Ir-rappreżentanza permanenti għall-UE

L-Irlanda tikkomunika wkoll mal-istituzzjonijiet tal-UE premezz tar-rappreżentanza permanenti tagħha fi Brussell. Bħala l-"ambaxxata għall-UE" tal-Irlanda, il-kompitu ewlieni tagħha huwa li tiżgura li l-interessi u l-politiki tal-pajjiż huma segwiti b’mod effettiv kemm jista’ jkun fl-UE.

Il-Baġits u l-Finanzjament

Kemm tikkontribwixxi u tirċievi flus l-Irlanda?

Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-Istati Membri għall-baġit tal-UE huma kondiviżi b’mod ġust, skont il-mezzi. Aktar ma tkun kbira l-ekonomija tal-pajjiż, aktar iħallas – u viċi versa. L-għan tal-baġit tal-UE mhuwiex li jipprova jqassam mill-ġdid il-ġid, iżda pjuttost li jiffoka fuq il-ħtiġijiet tal-Ewropej kollha b’mod ġenerali. 

It-tqassim tal-finanzi tal-Irlanda mal-UE fl-2016: 

  • L-infiq totali tal-UE fl-Irlanda: €2.038 biljun
  • L-infiq totali tal-UE bħala % tal-introjtu nazzjonali gross (ING) Irlandiż: 0.93 %
  • Il-kontribuzzjoni totali Irlandiża għall-baġit tal-UE: €1.675 biljun
  • Il-kontribuzzjoni Irlandiża għall-baġit tal-UE bħala % tal-ING tagħha: 0.76 % 

Aktar ċifri dwar il-baġit tal-UE, id-dħul u l-infiq:

Il-proġetti ffinanzjati mill-UE fl-Irlanda

Il-flus imħallsa fil-baġit tal-UE mill-Irlanda jgħinu biex jiġu ffinanzjati programmi u proġetti fil-pajjiżi kollha tal-UE - bħall-bini ta’ toroq, is-sussidjar ta’ riċerkaturi u l-ħarsien tal-ambjent.

Skopri aktar dwar kif l-Irlanda tibbenefika mill-finanzjament tal-UE.

Back to top