L-Ungerija hija repubblika parlamentari b’kap tal-gvern - il-prim ministru - li jeżerċita s-setgħa eżekuttiva u kap tal-istat - il-president - li r-responsabbiltajiet primarji tiegħu huma rappreżentattivi. L-Ungerija hija maqsuma fi 19-il provinċja, Budapest, u 23 belt b’awtorità fil-livell tal-kontea. Il-pożizzjoni fuq il-mappa tal-UE
L-aktar setturi importanti tal-ekonomija tal-Ungerija fl-2016 kienu l-industrija (27.0%), il-kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut, it-trasport, l-akkomodazzjoni u s-servizzi tal-ikel (18.9%), l-amministrazzjoni pubblika, id-difiża, l-edukazzjoni, is-saħħa tal-bniedem u l-attivitajiet ta’ xogħol soċjali (17.8%).
Il-kummerċ fi ħdan l-UE jammonta għal 81% tal-esportazzjonijiet tal-Ungerija (il-Ġermanja 28%, ir-Rumanija, is-Slovakkja, l-Awstrija u l-Italja 5% kull wieħed), filwaqt li barra mill-UE 3% jmorru fl-Istati Uniti u 2% fit-Turkija.
F’termini ta’ importazzjonijiet, 78% jiġu minn Stati Membri tal-UE (il-Ġermanja 26%, l-Awstrija 6% u l-Polonja u s-Slovakkja 5%), filwaqt li barra mill-UE 6% jiġu miċ-Ċina u 3% mir-Russja.
Hemm 21 membru fil-Parlament Ewropew mill-Ungerija. Skopri min huma dawn il-MPE.
L-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew fl-Ungerija
Fil-Kunsill tal-UE, il-ministri nazzjonali jiltaqgħu b'mod regolari biex jadottaw il-liġijiet tal-UE u jikkoordinaw il-politiki. Il-laqgħat tal-Kunsill jattendu għalihom regolarment rappreżentanti tal-gvern Ungeriż, skont il-qasam tal-politika li jkun qed jiġi indirizzat.
Il-Kunsill tal-UE m’għandux persuna waħda permanenti bħala president (bħal pereżempju, il-Kummissjoni jew il-Parlament). Minflok, ix-xogħol jitmexxa mill-pajjiż li jkollu l-Presidenza tal-Kunsill, li jinbidel kull sitt xhur.
Matul dawn is-6 xhur, il-ministri mill-gvern ta’ dak il-pajjiż jippresiedu u jgħinu jiddeterminaw l-aġenda tal-laqgħat tal-Kunsill f’kull qasam ta’ politika, u jiffaċilitaw id-djalogu ma’ istituzzjonijiet oħra tal-UE.
Dati tal-presidenzi Ungeriżi:
Jan-Ġun 2011
Il-Presidenza tal-Kunsill tal-UE
Il-link li ġejja tieħdok f’sit web esternIl-presidenza attwali tal-Kunsill tal-UE
Il-Kummissarju nominat mill-Ungerija għall-Kummissjoni Ewropea hu Tibor Navracsics, li hu responsabbli għall-Edukazzjoni, il-Kultura, iż-Żgħażagħ u l-Isport.
Il-Kummissjoni hija rrappreżentata f’kull pajjiż tal-UE minn uffiċċju lokali, imsejjaħ “rappreżentanza”.
Ir-rappreżentanza tal-Kummissjoni fl-Ungerija
L-Ungerija għandha 12-il rappreżentant fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. Dan il-korp konsultattiv – li jirrappreżenta lil dawk li jħaddmu, il-ħaddiema u gruppi oħra ta’ interess – huwa kkonsultat dwar il-liġijiet proposti, biex ikun hemm idea aħjar tal-bidliet possibbli tas-sitwazzjonijiet soċjali u tax-xogħol fil-pajjiżi membri.
L-Ungerija għandha 12-il rappreżentant fil-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, l-assemblea tar-rappreżentanti reġjonali u lokali tal-UE. Dan il-korp konsultattiv jiġi kkonsultat dwar il-liġijiet proposti, biex jiżgura li dawn il-liġijiet iqisu l-perspettiva minn kull reġjun tal-UE.
L-Ungerija tikkomunika wkoll mal-istituzzjonijiet tal-UE permezz tar-rappreżentanza permanenti tagħha fi Brussell. Bħala l-“ambaxxata għall-UE” tal-Ungerija, il-kompitu ewlieni tagħha hu li tiżgura li l-interessi u l-politiki tal-pajjiż huma segwiti b’mod effettiv kemm jista’ jkun fl-UE.
Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-Istati Membri għall-baġit tal-UE huma kondiviżi b’mod ġust, skont il-mezzi. Aktar ma tkun kbira l-ekonomija tal-pajjiż, aktar iħallas – u viċi versa. L-għan tal-baġit tal-UE mhuwiex li jipprova jqassam mill-ġdid il-ġid, iżda pjuttost li jiffoka fuq il-ħtiġijiet tal-Ewropej kollha b’mod ġenerali.
It-tqassim tal-finanzi tal-Ungerija mal-UE fl-2016:
Aktar ċifri dwar il-baġit tal-UE, id-dħul u l-infiq:
Il-flus imħallsa fil-baġit tal-UE mill-Ungerija jgħinu biex jiġu ffinanzjati programmi u proġetti fil-pajjiżi kollha tal-UE – bħall-bini ta’ toroq, is-sussidjar ta’ riċerkaturi u l-ħarsien tal-ambjent.
Skopri aktar dwar kif l-Ungerija tibbenefika mill-finanzjament tal-UE.