Unjoni Ewrope

Il-Ġreċja

Ħarsa ġenerali

Il-bandiera tal-Greċja

Is-sistema politika

Il-Greċja hija repubblika parlamentari b’kap tal-gvern - il-prim ministru - li għandu l-ikbar setgħa politika, u kap tal-istat - il-president - li d-dmirijiet tiegħu huma prinċipalment ċerimonjali. Is-setgħa eżekuttiva hija eżerċitata mill-gvern. Il-pożizzjoni fuq il-mappa tal-UE

Il-kummerċ u l-ekonomija

L-aktar setturi importanti tal-ekonomija tal-Greċja fl-2016 kienu l-kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut, it-trasport, l-akkomodazzjoni u s-servizzi tal-ikel (24.5%), l-amministrazzjoni pubblika, id-difiża, l-edukazzjoni, is-saħħa tal-bniedem u l-attivitajiet ta’ xogħol soċjali (21.0%) u l-attivitajiet ta’ proprjetà immobbli (17.7%).

Il-kummerċ fi ħdan l-UE jammonta għal 56% tal-esportazzjonijiet tal-Greċja (l-Italja 11%, il-Ġermanja 8% u Ċipru 6%), filwaqt li barra mill-UE 5% jmorru fit-Turkija u 4% fl-Istati Uniti.

F’termini ta’ importazzjonijiet, 55% jiġu minn Stati Membri tal-UE (il-Ġermanja 11%, l-Italja 9% u n-Netherlands 6%), filwaqt li barra mill-UE 7% jiġu miċ-Ċina u 6% mir-Russja.

Il-Greċja fl-UE

Il-Parlament Ewropew

Hemm 21 membru tal-Parlament Ewropew mill-Greċja. Skopri min huma dawn il-MPE.

L-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew fil-Greċja

Il-Kunsill tal-UE

Fil-Kunsill tal-UE, il-ministri nazzjonali jiltaqgħu b'mod regolari biex jadottaw il-liġijiet tal-UE u jikkoordinaw il-politiki. Il-laqgħat tal-Kunsill jattendu għalihom regolarment rappreżentanti tal-gvern Grieg, skont il-qasam tal-politika li jkun qed jiġi indirizzat.

Il-Presidenza tal-Kunsill tal-UE

Il-Kunsill tal-UE m’għandux persuna waħda permanenti bħala president (bħal pereżempju, il-Kummissjoni jew il-Parlament). Minflok, ix-xogħol jitmexxa mill-pajjiż li jkollu l-Presidenza tal-Kunsill, li jinbidel kull sitt xhur.

Matul dawn is-6 xhur, il-ministri mill-gvern ta’ dak il-pajjiż jippresiedu u jgħinu jiddeterminaw l-aġenda tal-laqgħat tal-Kunsill f’kull qasam ta’ politika, u jiffaċilitaw id-djalogu ma’ istituzzjonijiet oħra tal-UE.

Id-dati tal-presidenzi Griegi:

Lul-Diċ 1983 | Lul-Diċ 1988 | Jan-Ġun 1994 | Jan-Ġun 2003 | Jan-Ġun 2014

Il-Presidenza tal-Kunsill tal-UE

Il-link li ġejja tieħdok f’sit web esternIl-presidenza attwali tal-Kunsill tal-UE

Il-Kummissjoni Ewropea

Il-Kummissarju nominat mill-Greċja għall-Kummissjoni Ewropea hu Dimitris Avramopoulos, li hu responsabbli għall-Migrazzjoni, l-Affarijiet Interni u ċ-Ċittadinanza.

Il-Kummissjoni hija rrappreżentata f’kull pajjiż tal-UE minn uffiċċju lokali, imsejjaħ “rappreżentanza”.

Ir-Rappreżentanza tal-Kummissjoni fil-Greċja

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Il-Greċja għandha 12-il rappreżentant fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. Dan il-korp konsultattiv – li jirrappreżenta lil dawk li jħaddmu, il-ħaddiema u gruppi oħra ta’ interess – huwa kkonsultat dwar il-liġijiet proposti, biex ikun hemm idea aħjar tal-bidliet possibbli tas-sitwazzjonijiet soċjali u tax-xogħol fil-pajjiżi membri.

Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Il-Greċja għandha 12-il rappreżentant fil-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, l-assemblea tar-rappreżentanti reġjonali u lokali tal-UE. Dan il-korp konsultattiv jiġi kkonsultat dwar il-liġijiet proposti, biex jiżgura li dawn il-liġijiet iqisu l-perspettiva minn kull reġjun tal-UE.

Ir-rappreżentanza permanenti għall-UE

Il-Greċja tikkomunika wkoll mal-istituzzjonijiet tal-UE premezz tar-rappreżentanza permanenti tagħha fi Brussell. Bħala l-"ambaxxata għall-UE" tal-Greċja, il-kompitu ewlieni tagħha huwa li tiżgura li l-interessi u l-politiki tal-pajjiż huma segwiti b’mod effettiv kemm jista’ jkun fl-UE.

Il-Baġits u l-Finanzjament

Kemm tikkontribwixxi u tirċievi flus il-Greċja?

Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-Istati Membri għall-baġit tal-UE huma kondiviżi b’mod ġust, skont il-mezzi. Aktar ma tkun kbira l-ekonomija tal-pajjiż, aktar iħallas – u viċi versa. L-għan tal-baġit tal-UE mhuwiex li jipprova jqassam mill-ġdid il-ġid, iżda pjuttost li jiffoka fuq il-ħtiġijiet tal-Ewropej kollha b’mod ġenerali. 

It-tqassim tal-finanzi tal-Greċja mal-UE fl-2016: 

  • L-infiq totali tal-UE fil-Greċja: €5.850 biljun
  • L-infiq totali tal-UE bħala % tal-introjtu nazzjonali gross (ING) Grieg: 3.32 %
  • Il-kontribuzzjoni totali Griega lill-baġit tal-UE: €1.509 biljun
  • Il-kontribuzzjoni Griega għall-baġit tal-UE bħala % tal-ING tagħha: 0.86 %

Aktar ċifri dwar il-baġit tal-UE, id-dħul u l-infiq:

Il-proġetti ffinanzjati mill-UE fil-Greċja

Il-flus imħallsa fil-baġit tal-UE mill-Greċja jgħinu biex jiġu ffinanzjati programmi u proġetti fil-pajjiżi kollha tal-UE - bħall-bini ta’ toroq, is-sussidjar ta’ riċerkaturi u l-ħarsien tal-ambjent.

Skopri aktar dwar kif il-Greċja tibbenefika mill-finanzjament tal-UE.

Back to top