Mur għall-kontenut ewlieni

Ħarsa ġenerali

Belt kapitali: Pariġi

Lingwa(i) uffiċjali tal-UE: il-Franċiż

Pajjiż membru tal-UE: mill-1 ta’ Jannar 1958

Munita: l-euro. Membru taż-żona tal-euro mill-1 ta’ Jannar 1999

Schengen: membru taż-żona Schengen mis-26 ta’ Marzu 1995.

ĊifriDaqs ġeografiku - popolazzjoni - prodott domestiku gross (PDG) per capita skont l-istandards tal-poter tal-akkwist

Sistema politika

Franza hija repubblika semi-presidenzjali b’kap tal-gvern - il-prim ministru - maħtur mill-president li huwa elett direttament bħala l-kap tal-istat. It-territorju ta’ Franza jikkonsisti minn 18-il reġjun amministrattiv - 13-il reġjun metropolitan (jiġifieri Franza Ewropea) u 5 reġjuni extra-Ewropej. Il-5 reġjuni kollha extra-Ewropej, kif ukoll Saint-Martin (territorju Franċiż fil-Karibew) huma meqjusa bħala parti mill-UE (bi status ta’ reġjun ultraperiferiku). Strasburgu, belt fi Franza, hija waħda mit-tliet sedi uffiċjali tal-istituzzjonijiet Ewropej. L-oħrajn huma Brussell u l-Belt tal-Lussemburgu.

Pożizzjoni fuq il-mappa tal-UE

Kummerċ u ekonomija

L-aktar setturi importanti tal-ekonomija ta' Franza fl-2020 kienu l-amministrazzjoni pubblika, id-difiża, l-edukazzjoni, is-saħħa tal-bniedem u l-attivitajiet ta’ xogħol soċjali (23.4%), il-kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut, it-trasport, l-akkomodazzjoni u s-servizzi tal-ikel (16.4%) u l-attivitajiet professjonali, xjentifiċi u tekniċi; l-attivitajiet amministrattivi u ta’ servizz ta’ appoġġ (14.2%).

Il-kummerċ fi ħdan l-UE jammonta għal 54% tal-esportazzjonijiet ta’ Franza (il-Ġermanja 15%, l-Italja 8% u l-Belġju u Spanja 7%), filwaqt li barra mill-UE 8% jmorru fl-Istati Uniti u 6% fir-Renju Unit.

F’termini ta’ importazzjonijiet, 66% jiġu minn Stati Membri tal-UE (il-Ġermanja 17%, il-Belġju 10% u n-Netherlands 9%), filwaqt li barra mill-UE 7% jiġu miċ-Ċina u 5% mill-Istati Uniti. 

Franza fl-UE

Il-Parlament Ewropew

Hemm 79 membru tal-Parlament Ewropew minn Franza. Skopri min huma dawn il-MPE.

L-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew fi Franza

Il-Kunsill tal-UE

Fil-Kunsill tal-UE, il-ministri nazzjonali jiltaqgħu b'mod regolari biex jadottaw il-liġijiet tal-UE u jikkoordinaw il-politiki. Il-laqgħat tal-Kunsill jattendu għalihom regolarment rappreżentanti mill-gvern Franċiż, skont il-qasam ta' politika li jkun qed jiġi indirizzat.

Il-Presidenza tal-Kunsill tal-UE

Il-Kunsill tal-UE m’għandux persuna waħda permanenti bħala president (bħal pereżempju, il-Kummissjoni jew il-Parlament). Minflok, ix-xogħol jitmexxa mill-pajjiż li jkollu l-Presidenza tal-Kunsill, li jinbidel kull sitt xhur.

Matul dawn is-6 xhur, il-ministri mill-gvern ta’ dak il-pajjiż jippresiedu u jgħinu jiddeterminaw l-aġenda tal-laqgħat tal-Kunsill f’kull qasam ta’ politika, u jiffaċilitaw id-djalogu ma’ istituzzjonijiet oħrajn tal-UE.

Dati tal-presidenzi Franċiżi:

Jannar - Ġunju 1959 | Jannar - Ġunju 1962 | Jannar - Ġunju 1965 | Jannar - Ġunju 1968 | Jannar - Ġunju 1971 | Lulju -Diċembru 1974 | Jannar - Ġunju 1979 | Jannar - Ġunju 1984 | Lulju -Diċembru 1989 | Jannar - Ġunju 1995 | Lulju -Diċembru 2000 | Jannar - Ġunju 2008 | Jannar -Ġunju 2022

Il-Presidenza tal-Kunsill tal-UE

Il-Presidenza attwali tal-Kunsill tal-UE

Il-Kummissjoni Ewropea

Il-Kummissarju nominat minn Franza għall-Kummissjoni Ewropea hu Thierry Breton, li hu responsabbli għas-Suq Intern.

Il-Kummissjoni hi rrappreżentata f’kull pajjiż tal-UE minn uffiċċju lokali, imsejjaħ “rappreżentanza”.

Ir-rappreżentanza tal-Kummissjoni fi Franza

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Franza għandha 24 rappreżentant fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. Dan il-korp konsultattiv – li jirrappreżenta lil dawk li jħaddmu, il-ħaddiema u gruppi oħrajn ta’ interess – hu kkonsultat dwar il-liġijiet proposti, biex ikun hemm idea aħjar tal-bidliet possibbli tas-sitwazzjonijiet soċjali u tax-xogħol fil-pajjiżi membri.

Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Franza għandha 24 rappreżentant fil-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, l-assemblea tal-UE tar-rappreżentanti reġjonali u lokali. Dan il-korp konsultattiv jiġi kkonsultat dwar il-liġijiet proposti, biex jiżgura li dawn il-liġijiet iqisu l-perspettiva minn kull reġjun tal-UE.

Ir-rappreżentanza permanenti għall-UE

Franza tikkomunika wkoll mal-istituzzjonijiet tal-UE permezz tar-rappreżentanza permanenti tagħha fi Brussell. Bħala l-“ambaxxata għall-UE” ta' Franza, il-kompitu ewlieni tagħha huwa li tiżgura li l-interessi u l-politiki tal-pajjiż huma segwiti b’mod effettiv kemm jista’ jkun fl-UE.

Il-Baġits u l-Finanzjament

Kemm tħallas u tirċievi Franza?

L-ammont li jħallas kull pajjiż tal-UE fil-baġit tal-UE huwa kkalkulat b’mod ġust, skont il-mezzi. Aktar ma tkun kbira l-ekonomija tal-pajjiż, aktar iħallas – u viċi versa.
L-għan tal-baġit tal-UE mhuwiex li jipprova jqassam mill-ġdid il-ġid, iżda pjuttost jiffoka fuq il-ħtiġijiet tal-Ewropej b’mod ġenerali. 

Ċifri dwar il-baġit, id-dħul u l-infiq tal-UE:

Il-proġetti ffinanzjati mill-UE fi Franza 

Il-flus imħallsa fil-baġit tal-UE minn Franza jgħinu biex jiffinanzjaw programmi u proġetti fil-pajjiżi kollha tal-UE - bħall-bini ta’ toroq, is-sussidjar ta’ riċerkaturi u l-ħarsien tal-ambjent.

Skopri aktar dwar kif Franza tibbenefika mill-finanzjament tal-UE.