Unjoni Ewrope

Il-Finlandja

Ħarsa ġenerali

Il-bandiera tal-Finlandja

Is-sistema politika

Il-Finlandja hija repubblika parlamentari b’kap tal-gvern - il-prim ministru - u kap tal-istat - il-president. Il-gvern ċentrali huwa bbażat f’Ħelsinki u l-gvernijiet lokali fi 311-il muniċipalità (bliet u rħula). Il-pajjiż huwa maqsum fi 19-il reġjun u 70 sub-reġjun. L-iżgħar reġjun, Åland, huwa arċipelagu awtonomu fil-Lbiċ. Ir-reġjun tat-Tramuntana ta’ Lappi jinkludi ż-Żona Sami Domicile, il-post minn fejn ġej il-poplu indiġenu Sami tal-Finlandja (magħruf ukoll bħala Lapps jew Laplanders). Il-pożizzjoni fuq il-mappa tal-UE

Il-kummerċ u l-ekonomija

L-aktar setturi importanti tal-ekonomija tal-Finlandja fl-2016 kienu l-amministrazzjoni pubblika, id-difiża, l-edukazzjoni, is-saħħa tal-bniedem u l-attivitajiet ta’ xogħol soċjali (21.3%), l-industrija (20.2%) u l-kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut, it-trasport, l-akkomodazzjoni u s-servizzi tal-ikel (15.9%).

Il-kummerċ fi ħdan l-UE jammonta għal 59% tal-esportazzjonijiet tal-Finlandja (il-Ġermanja 13%, l-Iżvezja 10% u n-Netherlands 7%), filwaqt li barra mill-UE 8% jmorru fl-Istati Uniti u 6% fir-Russja.

F’termini ta’ importazzjonijiet, 73% jiġu minn Stati Membri tal-UE (il-Ġermanja 17%, l-Iżvezja 16% u n-Netherlands 9%), filwaqt li barra mill-UE 9% jiġu mir-Russja u 4% miċ-Ċina.

Il-Finlandja fl-UE

Il-Parlament Ewropew

Hemm 13-il membru fil-Parlament Ewropew mill-Finlandja. Skopri min huma dawn il-MPE.

L-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew fil-Finlandja

Il-Kunsill tal-UE

Fil-Kunsill tal-UE, il-ministri nazzjonali jiltaqgħu b'mod regolari biex jadottaw il-liġijiet tal-UE u jikkoordinaw il-politiki. Il-laqgħat tal-Kunsill jattendu għalihom regolarment rappreżentanti tal-gvern Finlandiż, skont il-qasam tal-politika li jkun qed jiġi indirizzat.

Il-Presidenza tal-Kunsill tal-UE

Il-Kunsill tal-UE m’għandux persuna waħda permanenti bħala president (bħal pereżempju, il-Kummissjoni jew il-Parlament). Minflok, ix-xogħol jitmexxa mill-pajjiż li jkollu l-Presidenza tal-Kunsill, li jinbidel kull sitt xhur.

Matul dawn is-6 xhur, il-ministri mill-gvern ta’ dak il-pajjiż jippresiedu u jgħinu jiddeterminaw l-aġenda tal-laqgħat tal-Kunsill f’kull qasam ta’ politika, u jiffaċilitaw id-djalogu ma’ istituzzjonijiet oħra tal-UE.

Dati tal-presidenzi Finlandiżi:

Lul-Diċ 1999 | Lul-Diċ 2006 | Lul-Diċ 2019

Il-Presidenza tal-Kunsill tal-UE

Il-link li ġejja tieħdok f’sit web esternIl-presidenza attwali tal-Kunsill tal-UE

Il-Kummissjoni Ewropea

Il-Kummissarju nominat mill-Finlandja għall-Kummissjoni Ewropea hu Jyrki Katainen, il-Viċi President għall-Impjiegi, it-Tkabbir Ekonomiku, l-Investiment u l-Kompetittività.

Il-Kummissjoni hija rrappreżentata f’kull pajjiż tal-UE minn uffiċċju lokali, imsejjaħ “rappreżentanza”.

Ir-Rappreżentanza tal-Kummissjoni fil-Finlandja

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Il-Finlandja għandha 9 rappreżentanti fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. Dan il-korp konsultattiv – li jirrappreżenta lil dawk li jħaddmu, il-ħaddiema u gruppi oħra ta’ interess – huwa kkonsultat dwar il-liġijiet proposti, biex ikun hemm idea aħjar tal-bidliet possibbli tas-sitwazzjonijiet soċjali u tax-xogħol fil-pajjiżi membri.

Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Il-Finlandja għandha 9 rappreżentanti fil-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, l-assemblea tar-rappreżentanti reġjonali u lokali tal-UE. Dan il-korp konsultattiv jiġi kkonsultat dwar il-liġijiet proposti, biex jiżgura li dawn il-liġijiet iqisu l-perspettiva minn kull reġjun tal-UE.

Ir-rappreżentanza permanenti għall-UE

Il-Finlandja tikkomunika wkoll mal-istituzzjonijiet tal-UE permezz tar-rappreżentanza permanenti tagħha fi Brussell. Bħala l-"ambaxxata għall-UE" tal-Finlandja, il-kompitu ewlieni tagħha huwa li tiżgura li l-interessi u l-politiki tal-pajjiż huma segwiti b’mod effettiv kemm jista’ jkun fl-UE.

Il-Baġits u l-Finanzjament

Kemm tikkontribwixxi u tirċievi flus il-Finlandja?

Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-Istati Membri għall-baġit tal-UE huma kondiviżi b’mod ġust, skont il-mezzi. Aktar ma tkun kbira l-ekonomija tal-pajjiż, aktar iħallas – u viċi versa. L-għan tal-baġit tal-UE mhuwiex li jipprova jqassam mill-ġdid il-ġid, iżda pjuttost li jiffoka fuq il-ħtiġijiet tal-Ewropej kollha b’mod ġenerali.

It-tqassim tal-finanzi tal-Finlandja mal-UE fl-2016:

  • L-infiq totali tal-UE fil-Finlandja: €1.531 biljun
  • L-infiq totali tal-UE bħala % tal-introjtu nazzjonali gross (ING) Finlandiż: 0.71 %
  • Il-kontribuzzjoni totali Finlandiża lill-baġit tal-UE €1.829 biljun
  • Il-kontribuzzjoni Finlandiża għall-baġit tal-UE bħala % tal-ING tagħha: 0.85 %

Aktar ċifri dwar il-baġit tal-UE, id-dħul u l-infiq:

Il-proġetti ffinanzjati mill-UE fil-Finlandja

Il-flus imħallsa fil-baġit tal-UE mill-Finlandja jgħinu biex jiġu ffinanzjati programmi u proġetti fil-pajjiżi kollha tal-UE - bħall-bini ta’ toroq, is-sussidjar ta’ riċerkaturi u l-ħarsien tal-ambjent.

Skopri aktar dwar kif il-Finlandja tibbenefika mill-finanzjament tal-UE.

Back to top