Unjoni Ewrope

Ċipru

Ħarsa ġenerali

Il-bandiera ta' Ċipru

Is-sistema politika

Ċipru huwa repubblika presidenzjali. Il-president huwa l-kap tal-istat u tal-gvern. Minkejja li ssieħeb fl-UE bħala gżira maqsuma de facto, Ċipru kollu kemm hu huwa territorju tal-UE. Iċ-Ċiprijotti Torok li għandhom, jew huma eliġibbli għal, dokumenti tal-ivvjaġġar tal-UE huma ċittadini tal-UE. Il-liġi tal-UE hija sospiża f’żoni fejn il-Gvern Ċiprijott (il-Gvern tar-Repubblika) ma jeżerċitax kontroll effettiv. Il-pożizzjoni fuq il-mappa tal-UE

Il-kummerċ u l-ekonomija

L-aktar setturi importanti tal-ekonomija ta’ Ċipru fl-2016 kienu l-kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut, it-trasport, l-akkomodazzjoni u s-servizzi tal-ikel (26.0%), l-amministrazzjoni pubblika, id-difiża, l-edukazzjoni, is-saħħa tal-bniedem u l-attivitajiet ta’ xogħol soċjali (20.3%) u l-attivitajiet finanzjarji u tal-assikurazzjoni (10.8%). Il-kummerċ fi ħdan l-UE jammonta għal 45% tal-esportazzjonijiet ta’ Ċipru (il-Greċja 12% u r-Renju Unit 8%), filwaqt li barra mill-UE 8% jmorru fil-Libja u 6% fl-Iżrael.

F’termini ta’ importazzjonijiet, 74% jiġu minn Stati Membri tal-UE (il-Greċja 21%, il-Ġermanja 17% u l-Italja 7%), filwaqt li barra mill-UE 8% jiġu mill-Istati Uniti u 4% mill-Korea t’Isfel.

Ċipru fl-UE

Il-Parlament Ewropew

Hemm 6 membri tal-Parlament Ewropew minn Ċipru. Skopri min huma dawn il-MPE.

L-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew f'Ċipru

Il-Kunsill tal-UE

Fil-Kunsill tal-UE, il-ministri nazzjonali jiltaqgħu b'mod regolari biex jadottaw il-liġijiet tal-UE u jikkoordinaw il-politiki. Il-laqgħat tal-Kunsill jattendu għalihom regolarment rappreżentanti mill-gvern ta' Ċipru, skont il-qasam ta' politika li jkun qed jiġi indirizzat.

Il-Presidenza tal-Kunsill tal-UE

Il-Kunsill tal-UE m’għandux persuna waħda permanenti bħala president (bħal pereżempju, il-Kummissjoni jew il-Parlament). Minflok, ix-xogħol jitmexxa mill-pajjiż li jkollu l-Presidenza tal-Kunsill, li jinbidel kull sitt xhur.

Matul dawn is-6 xhur, il-ministri mill-gvern ta’ dak il-pajjiż jippresiedu u jgħinu jiddeterminaw l-aġenda tal-laqgħat tal-Kunsill f’kull qasam ta’ politika, u jiffaċilitaw id-djalogu ma’ istituzzjonijiet oħra tal-UE.

Id-dati tal-presidenzi Ċiprijotti:

Lul-Diċ 2012

Il-Presidenza tal-Kunsill tal-UE

Il-link li ġejja tieħdok f’sit web esternIl-presidenza attwali tal-Kunsill tal-UE

Il-Kummissjoni Ewropea

Il-Kummissarju nominat minn Ċipru għall-Kummissjoni Ewropea hu Christos Stylianides, li hu responsabbli għall-Għajnuna Umanitarja u l-Immaniġġjar tal-Kriżijiet.

Il-Kummissjoni hija rrappreżentata f’kull pajjiż tal-UE minn uffiċċju lokali, imsejjaħ “rappreżentanza”.

Ir-rappreżentanza tal-Kummissjoni f'Ċipru

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Ċipru għandu 5 rappreżentanti fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. Dan il-korp konsultattiv – li jirrappreżenta lil dawk li jħaddmu, il-ħaddiema u gruppi oħra ta’ interess – huwa kkonsultat dwar il-liġijiet proposti, biex ikun hemm idea aħjar tal-bidliet possibbli tas-sitwazzjonijiet soċjali u tax-xogħol fil-pajjiżi membri.

Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Ċipru għandu 5 rappreżentanti fil-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, l-assemblea tal-UE tar-rappreżentanti reġjonali u lokali. Dan il-korp konsultattiv jiġi kkonsultat dwar il-liġijiet proposti, biex jiżgura li dawn il-liġijiet iqisu l-perspettiva minn kull reġjun tal-UE.

Ir-rappreżentanza permanenti għall-UE

Ċipru jikkomunika wkoll mal-istituzzjonijiet tal-UE permezz tar-rappreżentanza permanenti tiegħu fi Brussell. Bħala l-“ambaxxata għall-UE” ta' Ċipru, il-kompitu ewlieni tagħha huwa li tiżgura li l-interessi u l-politiki tal-pajjiż huma segwiti b’mod effettiv kemm jista’ jkun fl-UE.

Il-Baġits u l-Finanzjament

Kemm jikkontribwixxi u jirċievi flus Ċipru?

Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-Istati Membri għall-baġit tal-UE huma kondiviżi b’mod ġust, skont il-mezzi. Aktar ma tkun kbira l-ekonomija tal-pajjiż, aktar iħallas – u viċi versa. L-għan tal-baġit tal-UE mhuwiex li jipprova jqassam mill-ġdid il-ġid, iżda pjuttost li jiffoka fuq il-ħtiġijiet tal-Ewropej kollha b’mod ġenerali. 

It-tqassim tal-finanzi ta' Ċipru mal-UE fl-2016: 

  • L-infiq totali tal-UE f'Ċipru:  €0.185 biljun
  • L-infiq totali tal-UE bħala % tal-introjtu nazzjonali gross (ING) Ċiprijott: 1.06 %
  • Il-kontribuzzjoni totali Ċiprijotta għall-baġit tal-UE: €0.152 biljun
  • Il-kontribuzzjoni Ċiprijotta għall-baġit tal-UE bħala % tal-ING tiegħu: 0.87 % 

Aktar ċifri dwar il-baġit tal-UE, id-dħul u l-infiq:

Proġetti ffinanzjati mill-UE f'Ċipru 

Il-flus imħallsa fil-baġit tal-UE minn Ċipru jgħinu biex jiġu ffinanzjati programmi u proġetti fil-pajjiżi kollha tal-UE – bħall-bini ta’ toroq, is-sussidjar ta’ riċerkaturi u l-ħarsien tal-ambjent.

Skopri aktar dwar kif Ċipru jibbenefika mill-finanzjament tal-UE.

Back to top