Unjoni Ewrope

Il-Belġju

Ħarsa ġenerali

Il-bandiera tal-Belġju

Is-sistema politika

Il-Belġju huwa monarkija kostituzzjonali federali fejn ir-Re huwa l-kap tal-istat u l-prim ministru huwa l-kap tal-gvern f’sistema multipartitarja. Is-setgħat tat-teħid tad-deċiżjonijiet mhumiex ċentralizzati, iżda maqsumin bejn 3 livelli ta’ gvern: il-gvern federali, 3 komunitajiet ibbażati fuq il-lingwa (Fjamminga, Franċiża u Ġermaniża) u 3 reġjuni (il-Fjandri, il-Kapitali ta’ Brussell u l-Vallonja). Legalment kollha huma ugwali, iżda għandhom setgħat u responsabbiltajiet għal oqsma differenti. Brussell, flimkien mal-belt tal-Lussemburgu u Strasburgu, hija waħda mit-tliet sedi uffiċjali tal-istituzzjonijiet Ewropej. Il-pożizzjoni fuq il-mappa tal-UE

Il-kummerċ u l-ekonomija

L-aktar setturi importanti tal-ekonomija tal-Belġju fl-2016 kienu l-amministrazzjoni pubblika, id-difiża, l-edukazzjoni, is-saħħa tal-bniedem u l-attivitajiet ta’ xogħol soċjali (22.5%), il-kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut, it-trasport, l-akkomodazzjoni u servizzi tal-ikel (19.5%) u l-industrija (16.7%).

Il-kummerċ fi ħdan l-UE jammonta għal 72% tal-esportazzjonijiet tal-Belġju (il-Ġermanja 17%, Franza 15% u n-Netherlands 11%), filwaqt li barra mill-UE 6% jmorru fl-Istati Uniti u 2% fl-Indja u fiċ-Ċina.

F’termini ta’ importazzjonijiet, 63% jiġu minn Stati Membri tal-UE (in-Netherlands 16%, il-Ġermanja 13% u Franza 9%), filwaqt li barra mill-UE 8% jiġu mill-Istati Uniti u 4% miċ-Ċina.

Il-Belġju fl-UE

Il-Parlament Ewropew

Hemm 21 membru tal-Parlament Ewropew mill-Belġju. Skopri min huma dawn il-MPE.

L-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew fil-Belġju

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Fil-Kunsill tal-UE, il-ministri nazzjonali jiltaqgħu b'mod regolari biex jadottaw il-liġijiet tal-UE u jikkoordinaw il-politiki. Il-laqgħat tal-Kunsill jattendu għalihom regolarment rappreżentanti mill-gvern Belġjan, skont il-qasam ta' politika li jkun qed jiġi indirizzat.

Il-Presidenza tal-Kunsill tal-UE

Il-Kunsill tal-UE m’għandux persuna waħda permanenti bħala president (bħal pereżempju, il-Kummissjoni jew il-Parlament). Minflok, ix-xogħol jitmexxa mill-pajjiż li jkollu l-Presidenza tal-Kunsill, li jinbidel kull sitt xhur.

Matul dawn is-6 xhur, il-ministri mill-gvern ta’ dak il-pajjiż jippresiedu u jgħinu jiddeterminaw l-aġenda tal-laqgħat tal-Kunsill f’kull qasam ta’ politika, u jiffaċilitaw id-djalogu ma’ istituzzjonijiet oħra tal-UE.

Dati tal-Presidenzi Belġjani:

Jan-Ġun 1958 | Jan-Ġun 1961 | Jan-Ġun 1964 | Jan-Ġun 1967 | Jan-Ġun 1970 | Jan-Ġun 1973 | Lul-Diċ 1977 | Jan-Ġun 1982 | Jan-Ġun 1987 | Lul-Diċ 1993 | Lul-Diċ 2001 | Lul-Diċ 2010

Il-Presidenza tal-Kunsill tal-UE

Il-link li ġejja tieħdok f’sit web esternIl-presidenza attwali tal-Kunsill tal-UE

Il-Kummissjoni Ewropea

Il-Kummissarju nominat mill-Belġju għall-Kummissjoni Ewropea hi Marianne Thyssen, li hi responsabbli għall-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali, il-Ħiliet u l-Mobilità tax-Xogħol.

Il-Kummissjoni hija rrappreżentata f’kull pajjiż tal-UE minn uffiċċju lokali, imsejjaħ “rappreżentanza”.

Ir-rappreżentanza tal-Kummissjoni fil-Belġju

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Il-Belġju għandu 12-il rappreżentant fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. Dan il-korp konsultattiv – li jirrappreżenta lil dawk li jħaddmu, il-ħaddiema u gruppi oħra ta’ interess – huwa kkonsultat dwar il-liġijiet proposti, biex ikun hemm idea aħjar tal-bidliet possibbli tas-sitwazzjonijiet soċjali u tax-xogħol fil-pajjiżi membri.

Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Il-Belġju għandu 11-il rappreżentant fil-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, l-assemblea tal-UE ta' rappreżentanti reġjonali u lokali. Dan il-korp konsultattiv jiġi kkonsultat dwar il-liġijiet proposti, biex jiżgura li dawn il-liġijiet iqisu l-perspettiva minn kull reġjun tal-UE.

Ir-rappreżentanza permanenti għall-UE

Il-Belġju jikkomunika wkoll mal-istituzzjonijiet tal-UE permezz tar-rappreżentanza permanenti tiegħu fi Brussell. Bħala l-“ambaxxata għall-UE” tal-Belġju, il-kompitu ewlieni tagħha huwa li tiżgura li l-interessi u l-politiki tal-pajjiż huma segwiti b’mod effettiv kemm jista’ jkun fl-UE.

Il-Baġits u l-Finanzjament

Kemm jikkontribwixxi u jirċievi flus il-Belġju?

Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-Istati Membri għall-baġit tal-UE huma kondiviżi b’mod ġust, skont il-mezzi. Aktar ma tkun kbira l-ekonomija tal-pajjiż, aktar iħallas – u viċi versa. L-għan tal-baġit tal-UE mhuwiex li jipprova jqassam mill-ġdid il-ġid, iżda pjuttost li jiffoka fuq il-ħtiġijiet tal-Ewropej kollha b’mod ġenerali.

It-tqassim tal-finanzi tal-Belġju mal-UE fl-2016:

  • L-infiq totali tal-UE fil-Belġju: €7.333 biljun
  • L-infiq totali tal-UE bħala % tal-introjtu nazzjonali gross (ING) Belġjan: 1.74 %
  • Il-kontribuzzjoni totali Belġjana għall-baġit tal-UE: €3.611 biljun
  • Il-kontribuzzjoni Belġjana għall-baġit tal-UE bħala % tal-ING tiegħu: 0.86 %

Aktar ċifri dwar il-baġit tal-UE, id-dħul u l-infiq:

Il-proġetti ffinanzjati mill-UE fil-Belġju

Il-flus imħallsa fil-baġit tal-UE mill-Belġju jgħinu biex jiġu ffinanzjati programmi u proġetti fil-pajjiżi kollha tal-UE - bħall-bini ta’ toroq, is-sussidjar ta’ riċerkaturi u l-ħarsien tal-ambjent.

Skopri aktar dwar kif il-Belġju jibbenefika mill-finanzjament tal-UE.

Back to top