Unjoni Ewrope

L-Awstrija

Ħarsa ġenerali

Il-bandiera tal-Awstrija

Is-sistema politika

L-Awstrija hija repubblika parlamentari federali b’kap tal-gvern - il-kanċillier - u kap tal-istat - il-president. Il-pajjiż hu magħmul minn 9 stati (Bundesländer).  Il-gvernijiet reġjonali u federali t-tnejn li huma jeżerċitaw setgħa eżekuttiva. Il-Parlament federali jikkonsisti minn 2 ikmamar: il-Kamra Inferjuri (Nationalrat) - eletta direttament - u l-Kamra Superjuri (Bundesrat) - eletta mill-parlamenti reġjonali. Il-pożizzjoni fuq il-mappa tal-UE

Il-kummerċ u l-ekonomija

L-aktar setturi importanti tal-ekonomija tal-Awstrija fl-2016 kienu l-kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut, it-trasport, l-akkomodazzjoni u s-servizzi tal-ikel (22.9%), l-industrija (21.6%) u l-amministrazzjoni pubblika, id-difiża, l-edukazzjoni, is-saħħa tal-bniedem u l-attivitajiet ta' xogħol soċjali (17.5%).

Il-kummerċ fi ħdan l-UE jammonta għal 71% tal-esportazzjonijiet tal-Awstrija (il-Ġermanja 30%, l-Italja 6% u s-Slovakkja 4%), filwaqt li barra mill-UE 6% jmorru fl-Istati Uniti u 5% fl-Iżvizzera.

F’termini ta’ importazzjonijiet, 78% jiġu minn Stati Membri tal-UE (il-Ġermanja 43%, l-Italja 6% u r-Repubblika Ċeka 4%), filwaqt li minn barra l-UE 6% jiġu mill-Iżvizzera u 3% miċ-Ċina.

L-Awstrija fl-UE

Il-Parlament Ewropew

Hemm 18-il membru tal-Parlament Ewropew mill-Awstrija. Skopri min huma dawn il-MPE.

L-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew fl-Awstrija

Il-Kunsill tal-UE

Fil-Kunsill tal-UE, il-ministri nazzjonali jiltaqgħu b'mod regolari biex jadottaw il-liġijiet tal-UE u jikkoordinaw il-politiki. Il-laqgħat tal-Kunsill jattendu għalihom regolarment rappreżentanti mill-gvern Awstrijak, skont il-qasam ta' politika li jkun qed jiġi indirizzat.

Il-Presidenza tal-Kunsill tal-UE

Il-Kunsill tal-UE m’għandux persuna waħda permanenti bħala president (bħal pereżempju, il-Kummissjoni jew il-Parlament). Minflok, ix-xogħol jitmexxa mill-pajjiż li jkollu l-Presidenza tal-Kunsill, li jinbidel kull sitt xhur.

Matul dawn is-6 xhur, il-ministri mill-gvern ta’ dak il-pajjiż jippresiedu u jgħinu jiddeterminaw l-aġenda tal-laqgħat tal-Kunsill f’kull qasam ta’ politika, u jiffaċilitaw id-djalogu ma’ istituzzjonijiet oħra tal-UE.

Dati tal-Presidenzi Awstrijaċi:

Lul-Diċ 1998 | Jan-Ġun 2006 | Lul-Diċ 2018

Il-Presidenza tal-Kunsill tal-UE

Il-link li ġejja tieħdok f’sit web estern Il-presidenza attwali tal-Kunsill tal-UE

Il-Kummissjoni Ewropea

Il-Kummissarju nominat mill-Awstrija għall-Kummissjoni Ewropea huwa Johannes Hahn, responsabbli għall-Politika Ewropea tal-Viċinat u n-Negozjati tat-Tkabbir.

Il-Kummissjoni hija rrappreżentata f’kull pajjiż tal-UE minn uffiċċju lokali, imsejjaħ “rappreżentanza”.

Ir-Rappreżentanza tal-Kummissjoni fl-Awstrija

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

L-Awstrija għandha 12-il rappreżentant fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. Dan il-korp konsultattiv - li jirrappreżenta lil dawk li jħaddmu, il-ħaddiema u gruppi oħra ta’ interess - huwa kkonsultat dwar il-liġijiet proposti, biex ikun hemm idea aħjar tal-bidliet possibbli tas-sitwazzjonijiet soċjali u tax-xogħol fil-pajjiżi membri.

Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

L-Awstrija għandha 12-il rappreżentant fil-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, l-assemblea tal-UE tar-rappreżentanti reġjonali u lokali. Dan il-korp konsultattiv jiġi kkonsultat dwar il-liġijiet proposti, biex jiżgura li dawn il-liġijiet iqisu l-perspettiva minn kull reġjun tal-UE.

Ir-rappreżentanza permanenti għall-UE

L-Awstrija tikkomunika wkoll mal-istituzzjonijiet tal-UE permezz tar-rappreżentanza permanenti tagħha fi Brussell. Bħala l-“ambaxxata għall-UE” tal-Awstrija, il-kompitu ewlieni tagħha huwa li tiżgura li l-interessi u l-politiki tal-pajjiż huma segwiti b’mod effettiv kemm jista’ jkun fl-UE.

Il-Baġits u l-Finanzjament

Kemm tikkontribwixxi u tirċievi flus l-Awstrija?

Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-Istati Membri għall-baġit tal-UE huma kondiviżi b’mod ġust, skont il-mezzi. Aktar ma tkun kbira l-ekonomija tal-pajjiż, aktar iħallas - u viċi versa. L-għan tal-baġit tal-UE mhuwiex li jipprova jqassam mill-ġdid il-ġid, iżda pjuttost li jiffoka fuq il-ħtiġijiet tal-Ewropej kollha b’mod ġenerali. 

It-tqassim tal-finanzi tal-Awstrija mal-UE fl-2016: 

  • L-infiq totali tal-UE fl-Awstrija: €1.940 biljun
  • L-infiq totali tal-UE bħala % tal-introjtu nazzjonali gross (ING) Awstrijak: 0.56 %
  • Il-kontribuzzjoni totali Awtrijaka fil-baġit tal-UE: €2.763 biljun
  • Il-kontribuzzjoni Awstrijaka għall-baġit tal-UE bħala % tal-ING tagħha: 0.79 % 

Aktar ċifri dwar il-baġit tal-UE, id-dħul u l-infiq:

Il-proġetti ffinanzjati mill-UE fl-Awstrija

Il-flus imħallsa fil-baġit tal-UE mill-Awstrija jgħinu biex jiġu ffinanzjati programmi u proġetti fil-pajjiżi kollha tal-UE - bħall-bini ta’ toroq, is-sussidjar ta’ riċerkaturi u l-ħarsien tal-ambjent.

Skopri aktar dwar kif l-Awstrija tibbenefika mill-finanzjament tal-UE.

Back to top