Unjoni Ewrope

Il-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni (BUR)

Il-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni (BUR)

Ħarsa ġenerali

  • Rwol: Tiġi żgurata r-riżoluzzjoni b'mod ordnat ta’ banek li qed ifallu, b’impatt minimu fuq l-ekonomija reali u l-finanzi pubbliċi tal-pajjiżi tal-UE parteċipanti u oħrajn
  • Chair: Elke König
  • Partners: Il-Parlament Ewropew, Il-Kummissjoni Ewropea, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), l-Awtoritajiet Nazzjonali ta’ Riżoluzzjoni (ANR), l-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE)
  • Stabbilit: f'Jannar 2015
  • Numru ta’ persunal : Għadu fil-fażi tal-bidu (Għan: massimu ta’ 300 sal-bidu tal-201)7
  • Lokalità: Fi Brussell (il-Belġju)
  • Sit web: Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni

Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (BUR) hu l-awtorità l-ġdida ta’ riżoluzzjoni tal-Unjoni Bankarja Ewropea. Hu element ewlieni tal-Unjoni Bankarja u l-Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni tagħha. Il-missjoni tiegħu hi li tiġi żgurata r-riżoluzzjoni b'mod ordnat ta’ banek li qed ifallu, b’impatt kemm jista' jkun possibbli minimu fuq l-ekonomija reali u l-finanzi pubbliċi tal-pajjiżi tal-UE parteċipanti u oħrajn

Dak li tagħmel

Il-kompiti ewlenin tiegħu huma li:

  • jistabbilixxi regoli u proċeduri standard għar-riżoluzzjoni ta’ entitajiet
  • jieħu deċiżjonijiet dwar ir-riżoluzzjoni fi ħdan l-Unjoni Bankarja skont proċess standard - dan jgħin biex tinżamm il-fiduċja fis-suq
  • jistabbilixxi arranġamenti kredibbli u flessibbli ta’ riżoluzzjoni
  • ineħħi l-ostakli għal riżoluzzjoni, biex is-sistema bankarja fl-Ewropa tkun aktar sikura
  • jimminimizza l-ispejjeż tar-riżoluzzjoni u jevita d-distruzzjoni tal-valur ħlief jekk neċessarju sabiex jinkisbu l-objettivi tar-riżoluzzjoni
  • jipprovdi benefiċċji ewlenin għal dawk li jħallsu t-taxxa, il-banek u depożitanti
  • jippromwovi l-istabbiltà ekonomika u finanzjarji fl-UE kollha.

Kif taħdem

F'żewġ sessjonijiet - eżekuttiva u plenarja. Regoli tal-votazzjoni f’kull sessjoni jsibu bilanċ bejn il-ħtieġa li jitqiesu l-interessi tal-pajjiżi kollha u l-ħtieġa li jiġi żgurat li jittieħdu deċiżjonijiet effettivi fil-livell tal-UE.

Sessjoni eżekuttiva – biex jittieħdu d-deċiżjonijiet preparatorji u operazzjonali ewlenin dwar ir-riżoluzzjoni ta' banek individwali, inkluż l-użu tal-Fond, u d-deċiżjonijiet indirizzati lill-awtoritajiet nazzjonali biex jimplimentaw il-miżuri. Sessjonijiet ta' din ix-xorta jinvolvu:

  • il-President
  • il-Viċi President
  • l-4 membri permanenti
  • l-awtoritajiet tal-pajjiż fejn jinsab ibbażat il-bank f’diffikultà.

Jiġu adottati deċiżjonijiet ta’ riżoluzzjoni individwali li jinvolvu l-użu tal-Fond taħt livell limitu ta’ €5 biljun.

Sessjoni plenarja - kompetenti biex tiddeċiedi f'każijiet ta' riżoluzzjoni individwali jekk l-appoġġ tal-Fond hux meħtieġ 'il fuq mill-livell limitu ta' €5 biljun.

Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni jaħdem b’kollaborazzjoni mill-qrib mal-Awtorità Bankarja Ewropea, li l-kompitu prinċipali tagħha hu li tgħin biex jiġi stabbilit Ktieb wieħed tar-Regoli Ewropej dwar is-settur bankarju li jistabbilixxi standard ta’ regoli prudenzjali għal istituzzjonijiet finanzjarji fl-UE. L-Awtorità wkoll tippromwovi l-konverġenza tal-prattiki superviżorji u tivvaluta r-riskji u l-vulnerabbiltajiet fis-settur bankarju tal-UE.

Min jibbenifika

Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni se jkun kapaċi jaġixxi malajr, b’mod xieraq u proporzjonat biex jiġu stabbiliti arranġamenti ta’ rkupru u riżoluzzjoni għall-banek taż-żona tal-euro. L-għan hu li jiġi evitat aktar salvataġġ fil-futur u li jitqiegħed il-piż ta’ riżoluzzjoni fuq il-banek, bi spejjeż minimi għan-nies li jħallsu t-taxxi u għall-ekonomija reali.

 

Dettalji ta' kuntatt: 

il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni(BUR)

Dettalji ta' kuntatt

Indirizz: 

Treurenberg 22
1049 Brussels
Belgium