European Union website, the official EU website

Iċ-Ċentru Satellitari tal-Unjoni Ewropea (SatCen)

Iċ-Ċentru Satellitari tal-Unjoni Ewropea (SatCen)

Ħarsa ġenerali: 
  • Rwol: Jappoġġja l-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni (PESK) billi jipprovdi servizzi abbażi tal-assi spazjali u tad-dejta kollaterali
  • Direttur: Pascal Legai
  • Imsieħba: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, il-Kummissjoni Ewropea, l-Aġenzija Ewropea għad-Difiża, l-Aġenzija Spazjali Ewropea u istituzzjonijiet u organizzazzjonijiet internazzjonali oħrajn
  • Stabbilit: fl-2002 (iċ-Ċentru Satellitari tal-Punent tal-Unjoni Ewropea mill-1993 sal-2001)
  • Numru ta’ persunal: 115
  • Lokalità: Torrejón de Ardoz (Spanja)
  • Sit web:  SatCen tal-UE Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en)

Iċ-Ċentru Satellitari tal-Unjoni Ewropea (SatCen) jappoġġja t-teħid tad-deċiżjonijiet u l-azzjoni tal-UE fil-kuntest tal-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni tal-Ewropa. Dan ifisser l-ipprovdir ta' prodotti u ta' servizzi abbażi tal-esplojtazzjoni tal-assi spazjali u tad-dejta kollaterali, inklużi l-immaġni bis-satellita u l-immaġni mill-ajru, u s-servizzi relatati.

Dak li tagħmel

Taħt is-superviżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà u d-direzzjoni operazzjonali tar-Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà tal-UE, is-SatCen jipprovdi lil dawk li jiedħu d-deċiżjonijiet bi twissijiet bikrija ta' kriżijiet potenzjali. Dan jippermettilhom jieħdu miżuri diplomatiċi, ekonomiċi u umanitarji fi żmien tajjeb, inkluż l-ippjanar ġeneriku għal intervent.

Struttura

Id-Direttur tas-SatCen jirrapporta lill-Bord tat-Tmexxija mmexxi mir-Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà tal-UE (HR) jew ir-rappreżentant tagħha. Il-Bord jinkludi rappreżentant wieħed minn kull pajjiż tal-UE u delegat mill-Kummissjoni. Iċ-Chair ilaqqa' l-Bord tal-anqas darbtejn fis-sena u anki fuq talba ta' mill-anqas terz tal-membri tiegħu.

Organigramm tas-SatCen Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en)

Kif taħdem

Hu jipprovdi s-servizzi li ġejjin:

  • Intelliġenza ġeospazjali Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en) : Skont il-kompitu li jirċievi, is-SatCen janalizza l-infrastruttura kritika, il-kapaċitajiet militari jew l-armi tal-qerda tal-massa, jew affarijiet oħrajn. Hu jappoġġja missjonijiet ta’ għajnuna umanitarja, l-ippjanar ta’ kontinġenza u s-sorveljanza tal-kriminalità u tas-sigurtà ġenerali.
  • Taħriġ Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en) : Is-SatCen jipprovdi taħriġ speċjalizzat għall-analisti tal-immaġini:
    • Kors dwar l-intelliġenza ġeospazjali (GEOINT)
    • Kors dwar ir-Radar b’Apertura Sintetika (SAR)
    • Kors dwar l-intelliġenza ta' immaġni (IMINT)
    • Kors dwar l-Analiżi ta’ Immaġni taċ-Ċiklu tal-Fjuwil Nukleari u tal-Faċilitajiet Relatati mal-Armi Nukleari (Nukleari)
    • Kors sketchup
    • Korsijiet fil-post
  • Inizjattivi ta’ żvilupp tal-kapaċitajiet Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en)

Is-SatCen iwettaq proġetti u jipparteċipa fi programmi mfassla biex jiżviluppaw kapaċitajiet ġodda jew itejbu dawk eżistenti.

Hu jikkoopera f'attivitajiet oħrajn tal-UE kemm ma’ istituzzjonijiet f’pajjiżi tal-UE u ma’ pajjiżi, organizzazzjonijiet u korpi barra l-UE.

Min jibbenifika

  • Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE)
  • Il-pajjiżi tal-UE
  • Il-missjonijiet u l-operazzjonijiet tal-UE
  • Il-Kummissjoni Ewropea
  • il-pajjiżi li mhux fl-UE u l-organizzazzjonijiet internazzjonali, bħan-Nazzjonijiet Uniti, l-Organizzazzjoni għall-Projbizzjoni ta’ Armi Kimiċi (OPCW), l-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSCE), l-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika (IAEA) u l-Organizzazzjoni tat-Trattat tal-Atlantiku tat-Tramuntana (NATO).
Dettalji ta' kuntatt: 

iċ-Ċentru Satellitari ta' l-Unjoni Ewropea(Satcen)

Dettalji ta' kuntatt

Tel: 
+34 91 678 60 00
Fax: 
+34 91 678 60 06