Unjoni Ewrope

Aġenziji deċentralizzati: Ir-Ristrutturar tal-2012

Aġenziji deċentralizzati: Ir-Ristrutturar tal-2012

Peress li l-aġenziji deċentralizzati twaqqfu każ b'każ matul is-snin, biex iwieġbu għall-ħtiġijiet ta’ politika emerġenti individwali, huma joperaw f'kundizzjonijiet differenti sew. Fl-2012 l-UE rranġat dan billi adottat sett komprensiv ta' prinċipji ta' gwida - "strateġija komuni" – li jagħmlu l-aġenziji aktar koerenti, effettivi u responsabbli.

Dan il-qafas il-ġdid kien ir-riżultat ta' analiżi ta' grupp ta' ħidma tal-UE dwar il-governanza, il-funzjonament u s-sorveljanza tal-aġenziji, ibbażata fuq għadd ta’ rapporti u studji, inkluż evalwazzjoni esterna komprensiva.

Dokumenti ta’ referenza