Unjoni Ewrope

Impriża Konġunta IMI 2 (Inizjattiva dwar Mediċini Innovattivi)

Impriża Konġunta IMI 2 (Inizjattiva dwar Mediċini Innovattivi)

Ħarsa ġenerali

Rwol: Biex tavvanza l-iżvilupp tal-mediċini billi tiffaċilita l-kollaborazzjoni miftuħa dwar ir-riċerka

Direttur: Pierre Meulien

Sħab: L-Unjoni Ewropea (rappreżentata mill-Kummissjoni Ewropea) u l-Federazzjoni Ewropea tal-Industriji u l-Assoċjazzjonijiet Farmaċewtiċi (EFPIA)

Stabbilita: fl-2008

Numru ta’ persunal: 37

Lokalità: Brussell (il-Belġju)

Sit web: Impriża Konġunta IMI 2 (IMI2 JU)

L-iżvilupp tal-mediċini ġodda hu diffiċli, għali, ineffiċjenti u jieħu ħafna żmien. L-Impriża Konġunta għall-Inizjattiva dwar Mediċini Innovattivi (Impriża Konġunta IMI 2) tappoġġja r-riċerka kollaborattiva biex jittejjeb il-proċess sħiħ tal-iżvilupp u tagħmlu aktar effiċjenti, billi tagħti lill-pazjenti aċċess aktar veloċi għal mediċini aħjar u aktar sikuri.

Dak li tagħmel

Hi ttejjeb u tgħaġġel l-iżvilupp tal-mediċini billi tappoġġja l-kollaborazzjoni miftuħa dwar ir-riċerka biex jiġu indirizzati sfidi komuni.

Hi tiffinanzja l-proġetti ta' riċerka kollaborattivi li jlaqqgħu flimkien il-partijiet kollha involuti fir-riċerka tas-saħħa, inklużi:

  • l-universitajiet
  • l-industrija tal-farmaċewtiċi u industriji oħrajn
  • in-negozji żgħar u ta' daqs medju
  • l-organizzazzjonijiet tal-pazjenti
  • ir-regolaturi tal-mediċini.

Dan l-approċċ iħalli riżultati fl-oqsma tal-mard fejn hemm nuqqas ta' trattamenti sikuri, effettivi (p.e. fid-dimensja) u/jew fejn l-impatt fuq is-saħħa pubblika hu l-akbar (p.e. fid-dijabete, fir-reżistenza għall-antimikrobiċi). L-Impriża Konġunta għall-Inizjattiva dwar Mediċini Innovattivi tmexxi wkoll proġetti dwar kwistjonijiet transversali bħas-sikurezza tal-mediċina u d-dejta kbira.

Struttura

L-IMI2 JU hi sħubija pubblika-privata stabbilita bħala "impriża konġunta" bejn l-UE u l-Federazzjoni Ewropea tal-Industriji u l-Assoċjazzjonijiet Farmaċewtiċi, EFPIA. It-tnejn huma rappreżenati b'mod ugwali fil-Bord ta' Governanza, il-korp ewlieni tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-IMI2 JU. Il-bord jingħata pariri mill-kumitati li jirrappreżentaw il-komunità xjentifika, il-gvernijiet tal-UE u pajjiżi assoċjati ma' Orizzont 2020. L-input jiġi wkoll minn gruppi stabbiliti biex jikkoordinaw ix-xogħol tal-IMI2 JU f'oqsma ta' suġġetti speċifiċi.

Kif taħdem

Il-miri ta' livell għoli u l-oqsma ta' riċerka ta' prijorità tal-IMI2 JU huma stabbiliti fil-leġiżlazzjoni li tistabbilixxi l-inizjattiva u fl-Aġenda Strateġika ta' Riċerka. Hi tibbaża fuqhom biex tniedi sejħiet kompetittivi għal proposti dwar temi ta' riċerka speċifiċi. Il-proposti huma vvalutati minn esperti indipendenti.

Il-proġetti li jirriżultaw huma appoġġjati b'mod konġunt mill-UE u mill-EFPIA. Il-finanzjament tal-UE jingħata lill-sħab bħall-universitajiet, in-negozji żgħar u ta' daqs medju u l-organizzazzjonijiet tal-pazjenti. Il-kumpaniji tal-EFPIA ma jirċievu ebda finanzjament mill-UE permezz tal-IMI2 JU, iżda jikkontribwixxu in natura għall-proġetti, pereżempju billi jagħtu l-ħin tar-riċerkaturi tagħhom jew billi jipprovdu aċċess għall-faċilitajiet jew għar-riżorsi.

Min jibbenifika

  • Il-pazjenti jistgħu jinfluwenzaw ir-riċerka fil-kundizzjonijiet tagħhom; b'mod aktar fit-tul, huma u s-soċjetà b'mod ġenerali se jibbenefikaw minn aċċess aktar veloċi għal mediċini aħjar u aktar sikuri.
  • Ir-riċerkaturi akkademiċi u n-negozji żgħar u ta' daqs medju jiksbu aċċess għall-finanzjament tar-riċerka.
  • Il-kumpaniji farmaċewtiċi jiksbu t-tagħrif u l-għodod biex itejbu l-attivitajiet ta' riċerka u ta' żvilupp tagħhom.
  • Il-parteċipanti tal-proġett kollha jibbenefikaw mill-kompetenzi esperti ta' sħab oħrajn u mill-opportunità li jittraduċu l-iskoperti xjentifiċi f'għodod utli, biex b'hekk javvanzaw l-iżvilupp tal-mediċini.
Dettalji ta' kuntatt: 

IMI 2 Joint Undertaking (IMI 2 JU)

Dettalji ta' kuntatt

Address: 

IMI 2 Joint Undertaking
Avenue de la Toison d'Or 56-60/Gulden-Vlieslaan 56-60
B-1060 Bruxelles / Brussel
Belgique/België

Tel: 
+32 2 221 81 81
Back to top