European Union website, the official EU website

Fużjoni għall-Enerġija (F4E)

Fużjoni għall-Enerġija (F4E)

Ħarsa ġenerali: 
  • Rwol: timmaniġġja l-kontribuzzjoni tal-UE lil ITER u tikkoopera mal-Ġappun dwar proġetti ta' R&Ż dwar il-fużjoni
  • Direttur: Pietro Barabaschi (aġent)
  • Stabbilita: fl-2007
  • Numru ta’ persunal: 390
  • Lokalità: Barċellona (Spanja)
  • Sit web: Fużjoni għall-Enerġija

Dak li tagħmel

Hi l-organizzazzjoni tal-UE li timmaniġġja l-kontribuzzjoni tal-UE għall-proġett ITER li hu ddisinjat biex juri l-flessibilità xjentifika u teknoloġika tal-enerġija tal-fużjoni. 

Wieħed mill-kompiti ewlenin tagħha hu l-kooperazzjoni mal-industrija, in-negozji żgħar u ta' daqs medju u l-organizzazzjonijiet ta' riċerka biex tiżviluppa u tipprovdi:

  • firxa ta’ komponenti ta’ teknoloġija
  • inġinerija, manutenzjoni u servizzi ta’ appoġġ biex issaħħaħ lil ITER. 

ITER jeżisti biex jirriċerka l-fużjoni, il-proċess li jagħti l-enerġija lix-xemx u lill-kwiekeb. L-għan hu li jiġi żviluppat sors ta’ enerġija mingħajr limitu b’mod sikur u ambjentalment responsabbli. L-UE qed tagħmel tajjeb għal kważi nofs l-ispejjeż tal-kostruzzjoni, filwaqt li l-bqija huma maqsuma ugwalment fost 6 partijiet oħrajn:

  • iċ-Ċina
  • il-Ġappun
  • l-Indja
  • ir-Repubblika tal-Korea
  • il-Federazzjoni Russa
  • l-Istati Uniti.

Il-proġett hu bbażat fi Franza

Fużjoni għall-Enerġija (F4E) tappoġġja l-inizjattivi ta' R&Ż dwar il-fużjoni permezz tal-Ftehim ta' Approċċ Usa' ffirmat mal-Ġappun. Il-funzjoni tagħha hu li tipprepara għall-kostruzzjoni ta' impjant dimostrattiv tal-enerġija mill-fużjoni (DEMO). 

Struttura

L-organizzazzjoni tikkonsisti minn dawn "l-azzjonisti" li ġejjin:

  • Euratom, rappreżentata mill-Kummissjoni Ewropea
  • Il-pajjiżi li jappartjenu għal Euratom
  • Il-pajjiżi li mhumiex fl-UE bi ftehimiet Euratom dwar il-fużjoni.

Il-membri korrenti huma:

  • il-pajjiżi tal-UE 
  • Euratom
  • l-Iżvizzera. 

Kull membru joqgħod fil-Bord ta' Tmexxija, il-korp superviżorju ewlieni ta' Fużjoni għall-Enerġija.

Aqra aktar dwar l-istruttura ta' Fużjoni għall-Enerġija.

Kif taħdem

Biex tgħin jiġu involuti l-industrija, in-negozji żgħar u ta’ daqs medju u l-organizzazzjonijiet ta’ riċerka bbażati fl-UE, l-Iżvizzera jew xi mkien ieħor, F4E għandha 2 mekkaniżmi ta' kuntratt fis-seħħ: 

  • Għotjiet - kontribuzzjoni finanzjarja diretta lir-R&Ż biex tappoġġja l-kompiti tal-F4E.
  • Kuntratti ta' akkwist - kuntratti kummerċjali biex jipprovdu servizzi, prodotti u xogħlijiet għall-F4E. Dawn huma mogħtija permezz ta’ waħda minn dawn il-proċeduri ta’ sejħa għall-offerti pubbliċi: proċedura miftuħa, proċedura ristretta, proċedura negozjata jew djalogu kompetittiv

Iż-żewġ mekkaniżmi ta' kuntratt jissodisfaw il-prinċipji tal-akkwist pubbliku tal-UE:

  • it-trasparenza
  • il-proporzjonalità
  • it-trattament ugwali
  • in-nondiskriminazzjoni.

Min jibbenifika

  • il-pubbliku ġenerali fl-UE - permezz ta' taħlita usa' ta' enerġija sostenibbli
  • l-industrija, in-negozji żgħar u ta' daqs medju u l-organizzazzjonijiet tar-R&Ż tal-UE – bis-saħħa ta' parteċipazzjoni kompetittiva u b'saħħitha fis-suq tal-fużjoni tal-futur.
  • il-kompetittività – bis-saħħa tal-istimulu għall-innovazzjoni, it-tkabbir ekonomiku, it-tagħrif u l-impjiegi
  • l-Unjoni tal-Enerġija Ewropea u l-impatt internazzjonali tagħha.
Dettalji ta' kuntatt: 

Fużjoni għall-Enerġija

Dettalji ta' kuntatt

Indirizz: 

Torres Diagonal Litoral

Edificio B3

C/ Josep Pla 2

E-08019 Barcelona

España

Tel: 
+34 93 320 18 00
Fax: 
+34 93 320 18 51