European Union website, the official EU website

L-Uffiċju Ewropew tal-Pulizija (Europol)

L-Uffiċju Ewropew tal-Pulizija (Europol)

Ħarsa ġenerali: 
  • Rwol: L-Europol jgħin lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi nazzjonali fil-ġlieda kontra l-kriminalità internazzjonali serja u t-terroriżmu.
  • Direttur: Rob Wainwright
  • Stabbilit fi: 1999
  • Għadd ta’ persunal: 900+ 
  • Post: L-Aja (in-Netherlands)
  • Sit web: Europol Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en)

L-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) huwa l-aġenzija tal-infurzar tal-liġi tal-UE u l-kompitu tiegħu huwa li jgħin biex l-Ewropa ssir aktar sikura billi jassisti lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi fil-pajjiżi membri tal-UE.

Dak li tagħmel

L-Europol joffri firxa unika ta' servizzi filwaqt li jibbenefika mill-pożizzjoni ċentrali tiegħu fl-arkitettura tas-sigurtà Ewropea:

  • jagħti appoġġ lill-operazzjonijiet tal-infurzar tal-liġi fuq l-art
  • iservi ta' ċentru fejn tinġabar l-informazzjoni dwar l-attivitajiet kriminali
  • hu ċentru għall-għarfien espert dwar l-infurzar tal-liġi.

L-Europol jimpjega madwar 100 analist kriminali li huma fost l-aktar imħarrġa fl-Ewropa. Dan iwassal sabiex ikun wieħed mill-akbar konċentrazzjonijiet ta' kapaċità analitika fl-UE. L-analisti jużaw l-aktar għodda avvanzata biex jappoġġjaw l-investigazzjonijiet tal-aġenziji nazzjonali kuljum.

Sabiex l-imsieħba tiegħu jkollhom ħarsa aktar profonda fil-problemi kriminali li jaffaċċjaw, l-Europol jipproduċi analiżi regolari fuq żmien twil Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en) tal-kriminalità u t-terroriżmu.

Struttura

L-Europol hu mmexxi minn Direttur, li hu r-rappreżentant legali tal-Europol u maħtur mill-Kunsill tal-UE.

Il-Bord ta’ Amministrazzjoni tal-Europol jagħti gwida strateġika u jissorvelja l-implimentazzjoni tal-kompiti tal-Europol. Huwa magħmul minn rappreżentant wieħed b’pożizzjoni għolja minn kull pajjiż tal-UE u l-Kummissjoni Ewropea.

Kull pajjiż għandu l-Unità Nazzjonali tal-Europol, li huwa l-korp ta' kollegament bejn l-Europol u l-aġenziji nazzjonali oħra.

Kif taħdem

Ix-xogħol ta' kuljum tal-Europol hu bbażat fuq l-istrateġija Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en) . L-objettivi speċifiċi tiegħu huma stabbiliti fil-programm ta' ħidma annwali tal-Europol Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en) .

Fl-2010, l-UE waqqfet ċiklu ta’ politika multiannwali biex tiżgura kooperazzjoni effikaċi bejn l-aġenziji nazzjonali tal-infurzar tal-liġi u korpi oħra (fl-UE u bnadi oħra) dwar il-kriminalità internazzjonali serja u organizzata.

Din il-kooperazzjoni hi bbażata fuq il-Valutazzjoni tat-Theddid Gravi tal-Kriminalità Organizzata (SOCTA) Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en) tal-Europol.

Min jibbenifika

  • L-aġenziji tal-infurzar tal-liġi Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en) li għandhom appoġġ operazzjonali l-ħin kollu.
  • Id-dipartimenti tal-gvern u kumpaniji privati li jaħdmu fi sħubija mal-Europol.
  • L-Istati Membri tal-UE, appoġġjati fl-investigazzjonijiet, fl-attivitajiet operattivi u fil-proġetti tagħhom biex jiġu indirizzati t-theddidiet kriminali.
Dettalji ta' kuntatt: 

l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulzija(Europol)

Dettalji ta' kuntatt

Indirizz: 

Eisenhowerlaan 73

NL-2517 KK Den Haag

Nederland

Tel: 
+31 70 302 50 00
Fax: 
+31 70 345 58 96