European Union website, the official EU website

L-Unità tal-Unjoni ta' Kooperazzjoni Ġudizzjarja (Eurojust)

L-Unità tal-Unjoni ta' Kooperazzjoni Ġudizzjarja (Eurojust)

Ħarsa ġenerali: 
  • Rwol: tgħin lill-awtoritajiet nazzjonali jikkooperaw biex jikkumbattu l-kriminalità organizzata serja li tinvolvi aktar minn pajjiż wieħed tal-UE
  • Direttur Amministrattiv: Klaus Rackwitz
  • Membri: Kulleġġ ta' Eurojust, membru wieħed minn kull pajjiż tal-UE
  • Stabbilita: fl-2002
  • Numru ta’ persunal: 240
  • Lokalità: L-Aja (in-Netherlands)
  • Sit web: Eurojust

L-Unità tal-Unjoni Ewropea ta' Kooperazzjoni Ġudizzjarja tappoġġja l-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni ġudizzjarja bejn l-awtoritajiet nazzjonali fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata serja li taffettwa aktar minn pajjiż wieħed tal-UE.

Dak li tagħmel

Hi tgħin il-pajjiżi tal-UE jiġġieldu l-kriminalità organizzata serja li tinvolvi aktar minn pajjiż wieħed tal-UE billi:

  • tikkoordina l-investigazzjonijiet u l-prosekuzzjonijiet li jinvolvu tal-anqas żewġ pajjiżi
  • tgħin biex jissolvew konflitti ta' ġurisdizzjoni
  • tiffaċilita l-abbozzar u l-implimentazzjoni tal-istrumenti legali tal-UE, bħall-Mandati ta' Arrest Ewropej u l-konfiska u l-iffriżar tal-ordnijiet.

Biex tagħmel dan, Eurojust:

  • torganizza laqgħat ta’ koordinazzjoni
  • tiffinanzja u tipprovdi input espert fl-iskwadri ta' investigazzjoni konġunta (JITs)
  • torganizza ċentri ta’ koordinazzjoni.

Hi tospita wkoll is-Segretarjati tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew, in-Netwerk tal-Iskwadri ta' Investigazzjoni Konġunta u n-Netwerk għal investigazzjoni u għal prosekuzzjoni ta' ġenoċidju, delitti kontra l-umanità u delitti ta' gwerra (in-Netwerk Ġenoċidju).

Struttura

Il-korp għat-tfassil tal-politika ta' Eurojust ('il-Kulleġġ') jinkludi rappreżentant ewlieni minn kull pajjiż tal-UE. Kull wieħed minn dawn il-membri nazzjonali hu inkarigat minn desk nazzjonali.

L-amministrazzjoni hi mmexxija minn Direttur Amministrattiv.

Hemm ukoll Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Dejta, li jaħdem indipendentement mid-Direttur Amministrattiv.

Kif taħdem

Kull sena, Eurojust:

  • tiftaħ numru li dejjem qed jiżdied ta' każijiet (attwalment kważi 2,000)
  • għandha madwar 200 laqgħa ta' koordinazzjoni u tmexxi 10 ċentri ta' koordinazzjoni.

Il-laqgħat ta' koordinazzjoni ta' Eurojust ilaqqgħu flimkien il-prosekuturi, l-imħallfin u l-uffiċjali tal-pulizija. Huma jibbenefikaw mill-kompetenza, il-faċilitajiet, is-servizzi tat-traduzzjoni tal-unità. Jiġu rimborżati l-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tal-akkomodazzjoni.

Iċ-ċentri ta' koordinazzjoni jorganizzaw ġranet ta' azzjoni konġunta, li fihom il-parteċipanti jistgħu jaqsmu l-informazzjoni dwar kriminalità organizzata serja li tinvolvi aktar minn pajjiż wieħed.

Eurojust għandha ftehimiet ta' kooperazzjoni ma' bosta pajjiżi mhux mill-UE Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en) ma' istituzzjonijiet, aġenziji u msieħba relatati tal-UE Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en) , u ma' organizzazzjonijiet internazzjonali oħrajn fosthom:

Min jibbenifika

L-awtoritajiet nazzjonali huma l-imsieħba ewlenin ta' Eurojust. Eurojust tgħaqqad flimkien l-awtoritajiet tal-inforzar tal-liġi u l-prosekuturi, billi tpoġġihom f'qagħda li jiġġieldu l-kriminalità organizzata serja li tinvolvi żewġ pajjiżi jew aktar tal-UE.

Dettalji ta' kuntatt: 

l-Unità ta' Kooperazzjoni Ġudizzjarja ta' l-Unjoni Ewropea(Eurojust)

Dettalji ta' kuntatt

Indirizz: 

Maanweg 174

NL-2516 AB Den Haag

Nederland

Tel: 
+31 70 412 50 00
Fax: 
+31 70 412 50 05