Unjoni Ewropea

Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound)

Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound)

Ħarsa ġenerali

  • Rwol: Tipprovdi input ibbażat fuq l-iżvilupp ta’ politiki soċjali u relatati mal-impjieg u x-xogħol
  • Id-Direttur: Juan Menéndez-Valdés
  • Stabbilit fl-: 1975
  • Persunal: 100
  • Post: Dublin, (l-Irlanda)
  • Sit web Eurofound

Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound) hija Aġenzija tal-Unjoni Ewropea (UE) li tipprovdi għarfien biex tgħin fl-iżvilupp ta’ politiki soċjali, u dawk relatati mal-impjieg u max-xogħol skont ir-Regolament (UE) 2019/127.

X'tagħmel il-Eurofound?

L-attivitajiet ewlenin tal-Eurofound huma:

  • ir-riċerka dwar suġġetti soċjali, dawk relatati mal-impjieg u max-xogħol
  • il-komunikazzjoni tar-riżultati u l-konklużjonijiet tar-riċerka tagħha lill-UE u lil dawk li jfasslu l-politika biex tgħinhom jagħmlu politiki li jtejbu l-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol, jiżviluppaw politiki tal-impjieg u jippromwovu d-djalogu soċjali.
  • il-faċilitar tal-kondiviżjoni tal-għarfien fost u bejn il-persuni involuti f’dan il-qasam fil-livelli tal-UE u nazzjonali.

Tmexxi proġetti ta' riċerka u 3 stħarriġiet fl-UE kollha dwar:

Hi żżomm 3 osservatorji biex jipprovdu informazzjoni aġġornata dwar:

Il-ħidma tagħha tipprovdi evidenza li fuqha tista' tiġi bbażata l-politika - bħad-Direttiva tal-UE dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, l-inizjattivi Ewropej dwar il-qgħad fost iż-żgħażagħ u l-Garanzija għaż-Żgħażagħ.

Il-Eurofound ixxerred ir-riżultati tar-riċerka u l-għarfien rilevanti għall-politika tagħha b’modi varji:

L-istruttura

B’madwar 100 membru tal-istaff speċjalizzati fir-riċerka soċjoekonomika, il-komunikazzjoni u l-amministrazzjoni pubblika, il-Eurofound hi mmaniġġjata minn Direttur Eżekuttiv li jirrapporta lil Bord tat-Tmexxija, u minn Viċi Direttur li jirrapporta lid-Direttur Eżekuttiv. 

Il-Bord tat-Tmexxija hu magħmul minn:

  • rappreżentanti tal-gvernijiet u sħab soċjali (min iħaddem u trade unions) f’kull Stat Membru tal-UE,
  • rappreżentanti tal-Kummissjoni Ewropea,
  • espert indipendenti wieħed maħtur mill-Parlament Ewropew. 

Jiltaqa’ mill-anqas darba fis-sena biex jiddiskuti u jadotta l-programm ta’ ħidma pluriennali u annwali u l-baġit annwali. Il-Bord għandu wkoll rappreżentanti mill-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja u l-Iżvizzera bħala osservaturi. 

Bord Eżekuttiv jiltaqa’ mill-inqas 3 darbiet fis-sena biex jiffaċilita l-ħidma tal-Bord tat-Tmexxija.

Il-Eurofound għandha wkoll Uffiċċju ta’ Kollegament fi Brussell (BLO), biex isaħħaħ il-viżibilità u l-impatt tar-riċerka tal-Eurofound fil-livell tal-UE, u jissorvelja l-iżviluppi fit-tfassil tal-politika.

Kif taħdem il-Eurofound?

Kull 4 snin, wara konsultazzjonijiet wiesgħa mal-Bord tat-Tmexxija u l-istituzzjonijiet tal-UE, hi tfassal dokument ta’ pprogrammar. 

Il-programm pluriennali 2017–2020

Il-Eurofound twettaq il-proġetti li jinkludu l-programm ta’ ħidma annwali bl-użu tar-riżorsi ta’ riċerka u tal-monitoraġġ deskritti hawn fuq.

Taħdem mill-qrib fuq riċerka konġunta u attivitajiet ta’ komunikazzjoni ma’ aġenziji bħalha:

Min jibbenefika?

Prinċipalment dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fil-livell tal-UE:

  • l-istituzzjonijiet tal-UE
  • min iħaddem fil-livell tal-UE
  • il-gruppi tat-trade unions fil-livell tal-UE.

Il-Eurofound sservi wkoll:

  • il-gvernijiet nazzjonali, l-organizzazzjonijiet tal-impjegaturi, it-trade unions u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili
  • il-parlamenti
  • l-istituti tar-riċerka
  • l-universitajiet.
Dettalji ta' kuntatt

il-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet ta' l-Għajxien u tax-Xogħol(Eurofound)

Dettalji ta' kuntatt

Indirizz

Wyattville Road

Loughlinstown

Co. Dublin

D18 KP65

Ireland

Tel
+353 1 204 31 00
Fax
+353 1 282 64 56
Back to top