Unjoni Ewrope

L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Ħarsa ġenerali

  • Rwol: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea jimmaniġġja d-drittijiet tat-Trademarks u tad-Disinn tal-UE, l-Osservatorju Ewropew tal-Ksur tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali u l-Bażi tad-Dejta tax-Xogħlijiet Orfni
  • Direttur Eżekuttiv: António Campinos
  • Stabbilit: fl-1994
  • Numru ta’ persunal: 775
  • Lokalità: Alicante (Spanja)
  • Sit web: EUIPO

L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) jamministra d-drittijiet tat-Trade Mark u d-Disinn, applikabbli fl-UE kollha. Dawn id-drittijiet jikkomplementaw id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (PI) u huma marbuta ma’ sistemi internazzjonali tal-PI. Mill-2012 'l hawn, l-EUIPO kien responsabbli għall-Osservatorju tal-UE dwar il-Ksur tad-Drittijiet tal-Propjetà Intellettwali u l-Bażi tad-Dejta tax-Xogħlijiet Orfni.

Dak li tagħmel

Bħala medja, l-Uffiċċju jirċievi u jeżamina aktar minn 115,000 trademark u 85,000 applikazzjoni ta' disinn fis-sena. Jinkuraġġixxi wkoll il-koverġenza tal-prattiki fost l-uffiċċji tal-PI tal-pajjiżi tal-UE permezz tal-attivitajiet ta' kooperazzjoni tan-Netwerk Ewropew tat-Trademark u d-Disinn. Għodda tal-PI li hi aktar faċli biex tintuża.

Permezz tal-Osservatorju, l-Uffiċċju jiġbor flimkien netwerk fuq medda wiesgħa ta’ partijiet ikkonċernati, biex titqajjem kuxjenza dwar kwistjonijiet ta’ ksur tal-PI permezz ta’ studji, proġetti u għodod. L-EUIPO jimmaniġġja wkoll il-Bażi tad-Dejta tax-Xogħlijiet Orfni, billi jipprovdi aċċess diġitalizzat għall-informazzjoni pubblika dwar xogħlijiet letterarji, ċinematografiċi jew awdjoviżwali, stampi u ritratti.

Struttura

L-EUIPO hu aġenzija deċentralizzata tal-UE. Hu jikkoopera mill-qrib mal-Kummissjoni Ewropea u mad-Direttorat Ġenerali għas-Suq Intern, l-Industrija, l-Intraprenditorija u l-SMEs (GROW) tagħha.

Hu għandu awtonomija legali, amministrattiva u finanzjarja fuq il-persunal u materji marbuta mal-baġit.

Il-Bord tal-Immaniġġjar u l-Kumitat tal-Baġit, jinkludu:

  • rappreżentant 1 minn kull pajjiż tal-UE
  • rappreżentant 1 mill-Parlament Ewropew
  • 2 rappreżentanti mill-Kummissjoni Ewropea.

Il-Bordijiet tal-Appell tal-EUIPO huma entitajiet indipendenti li jittrattaw l-appelli kontra deċiżjonijiet meħudin waqt il-proċeduri tal-PI.

Kif taħdem

F'kooperazzjoni mill-qrib mal-uffiċċji u mal-assoċjazzjonijiet tal-utenti tal-PI tal-UE, l-EUIPO waqqaf in-Netwerk Ewropew tat-Trademark u tad-Disinn, li jagħmilha possibbli għall-membri li jiskambjaw il-kompetenza esperta u teknika u jgħin biex jiġu stabbiliti prattiki skambjati. B'hekk in-Netwerk jiżgura l-interoperabbiltà mal-UE kollha bejn il-proċeduri, is-sistemi, is-servizzi u l-għodda, bħall-bażijiet tad-dejta u l-pjattaformi bbażati fuq il-web.

Barra l-UE, l-EUIPO jimplimenta l-proġetti ffinanzjati mill-UE li huma ddisinjati biex isaħħu s-sistemi tal-protezzjoni tal-PI b'mod globali, flimkien ma' diversi sħab internazzjonali.

L-EUIPO jaħdem ukoll mill-qrib ma' organizzazzjonijiet tal-PI internazzjonali oħrajn biex iqajjem għarfien dwar il-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, permezz ta' programmi ta' taħriġ u ta' attivitajiet konġunti oħrajn. Dawn l-organizzazzjonijiet jinkludu:

Min jibbenefika

Id-drittijiet tal-PI huma essenzjali għall-attività ekonomika u t-tkabbir. Huma jipprovdu valur sinifikanti lis-sidien tagħhom u l-ekonomija b’mod ġenerali. L-EUIPO jimmira li s-servizzi tiegħu jkunu aċċessibbli u faċli li jintużaw, sabiex jinħolqu sinerġiji fl-UE u lil hinn minnha mal-isħab u l-partijiet ikkonċernati tagħha:

  • l-utenti tas-sistemi ta' reġistrazzjoni tal-PI, b'mod partikulari n-negozji żgħar u ta' daqs medju
  • l-uffiċċji tal-PI tal-UE u dawk li mhumiex mill-UE
  • l-assoċjazzjonijiet tal-utenti
  • korpi internazzjonali oħrajn fil-qasam tal-PI.
Dettalji ta' kuntatt: 

Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea(EUIPO)

Dettalji ta' kuntatt

Indirizz: 

Avenida de Europa 4

E-03008 Alicante

España

Tel: 
+34 96 513 91 00
Fax: 
+34 96 513 13 44
Back to top