European Union website, the official EU website

L-Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operazzjonali ta' sistemi ta' IT fuq skala kbira fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja (eu-LISA)

L-Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operazzjonali ta' sistemi ta' IT fuq skala kbira fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja (eu-LISA)

Ħarsa ġenerali: 
  • Rwol: Tappoġġja l-implimentazzjoni tal-politiki tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni tal-UE billi timmaniġġja sistemi tal-IT fuq skala wiesgħa
  • Direttur: Krum GARKOV
  • Stabbilita: fl-2011, operazzjonali mill-1 ta’ Diċembru 2012
  • Numru ta’ persunal: 137
  • Lokalità: Sede: Tallinn (l-Estonija), sit operazzjonali: Strasburgu (Franza), sit ta’ appoġġ: Sankt Johann im Pangau (l-Awstrija)
  • Sit web: eu-LISA

eu-LISA tipprovdi appoġġ teknoloġiku għall-isforzi tal-pajjiżi tal-UE biex l-Ewropa ssir aktar sigura.

Dak li tagħmel

Hi timmaniġġja sistemi tal-IT integrati fuq skala wiesgħa li

  • jieħdu ħsieb is-sigurtà interna fil-pajjiżi ta' Schengen
  • tippermetti lill-pajjiżi ta' Schengen jiskambjaw dejta dwar il-viżi
  • tiddetermina liema pajjiż tal-UE hu responsabbli biex jeżamina applikazzjoni ta' asil partikulari.

Tgħin tiżgura li l-Ewropej jistgħu jivvjaġġaw b'mod ħieles fl-UE, mingħajr ma tikkomprometti s-sigurtà tal-UE.

L-aġenzija tittestja wkoll teknoloġiji ġodda biex tgħin tidħol fis-seħħ sistema ta' mmaniġġjar tal-fruntieri fl-UE aktar moderna, effiċjenti u sigura. Hi tikkoordina l-ittestjar u s-segwitu tal-proġett pilota Fruntieri Intelliġenti, l-analiżi tar-riżultati u r-rapportar dwar il-proġett pilota, b'kooperazzjoni mill-qrib mal-pajjiżi tal-UE u mal-istituzzjonijiet Ewropej parteċipanti.

Struttura

L-aġenzija għandha bord maniġerjali, direttur eżekuttiv u gruppi ta' konsulenza għal kull sistema li taqa' taħt l-immaniġġjar tagħha.

Kif taħdem

Hi tipprovdi l-qafas tekniku u operazzjonali biex tiżgura li n-nies li jgħixu fl-UE jkunu jistgħu jgħixu, jaħdmu u jivvjaġġaw bil-mod li draw bih u li jistennew. L-aġenzija timmaniġġja t-3 sistemi ta' IT ewlenin li għandhom x'jaqsmu mal-viżi, it-talba ta' asil u l-qsim ta' informazzjoni biex tiggarantixxi s-sigurtà taż-Żona Schengen:

L-aġenzija taħdem flimkien mill-qrib mal-pajjiżi tal-UE, mal-istituzzjonijiet tal-UE u mal-aġenziji fil-qasam tal-ġustizzja u l-affarijiet interni, b'mod partikolari dawn li ġejjin:

Min jibbenifika

Ir-residenti tal-UE, li jistgħu jivvjaġġaw b'mod ħieles u b'mod sikur fl-UE.

Ara wkoll: 
Dettalji ta' kuntatt: 

l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għal sistemi tal-IT fuq skala kbira(eu-LISA)

Dettalji ta' kuntatt

Indirizz: 

EU House-Rävala pst 4
10143 Tallinn
Estonia