Unjoni Ewrope

Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (ETF)

Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (ETF)

Ħarsa ġenerali

  • Rwol: L-ETF tappoġġja l-iżvilupp tal-bniedem fil-pajjiżi ġirien
  • Direttur: Cesare Onestini
  • Stabbilita fi: 1994
  • Numru tal-persunal: 130
  • Post: Turin (l-Italja)
  • Sit web: ETF

Fil-kuntest tar-relazzjonijiet esterni tal-UE, il-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (ETF) tgħin lill-pajjiżi ġirien jisfruttaw bl-aħjar mod il-kapaċitajiet u l-ħiliet tan-nies tagħhom permezz tar-riforma tas-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (ETV) u tas-suq tax-xogħol tagħhom.

X’tagħmel

L-ETF tappoġġja l-iżvilupp tal-bniedem f’29 pajjiż sieħeb (l-Ewropa tax-Xlokk u t-Turkija, l-Ewropa tal-Lvant, in-Nofsinhar u l-Lvant tal-Mediterran u l-Asja Ċentrali). Hi tgħin bit-tfassil, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni ta’ politiki u programmi biex:

  • tippromwovi l-mobilità soċjali u l-inklużjoni soċjali
  • tirriforma l-edukazzjoni u s-sistemi ta’ taħriġ
  • tibbilanċja aħjar il-kapaċitajiet ta’ dawk is-sistemi mad-domandi tas-suq tax-xogħol.

Dan ifisser li l-Fondazzjoni ssostni l-isforzi tal-pajjiżi sħab biex jikkultivaw politiki effettivi bbażati fuq l-evidenza li jappoġġjaw il-parteċipazzjoni ċivika u l-benesseri, jimmodernizzaw il-provvediment tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, u jqabblu dik id-dispożizzjoni mad-domanda tas-suq tax-xogħol, kemm nazzjonali kif ukoll internazzjonali.

Hi tappoġġja wkoll it-twassil tal-assistenza tal-UE lill-pajjiżi sħab tagħha permezz ta’ input espert fit-tfassil, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-azzjoni u l-appoġġ tal-UE għal djalogu dwar il-politika.

L-attivitajiet tal-Fondazzjoni huma deskritti fid-dokument ta’ programmar tagħna.

Struttura

Il-Bord ta' Governanza tal-ETF jinkludi:

Huwa ppresedut minn wieħed mit-3 rappreżentanti tal-Kummissjoni Ewropea u jiltaqa’ darbtejn fis-sena biex jiddiskuti u jadotta l-programm ta’ ħidma u l-baġit annwali.

Il-Bord jaħtar id-direttur tal-ETF għal perjodu ta’ 5 snin, li jista’ jkun estiż għal perjodu ieħor ta’ 3 snin.

Il-Fondazzjoni timpjega esperti fil-politiki tal-edukazzjoni vokazzjonali u t-taħriġ u s-sistemi tas-suq tax-xogħol, appoġġjati minn persunal tal-komunikazzjoni u amministrattiv.

Kif taħdem

L-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, l-iżvilupp tal-bniedem, il-ħiliet u l-migrazzjoni huma interkonnessi. Il-ħidma tal-ETF ma’ pajjiżi sħab tolqot dawn is-7 oqsma ewlenin:

Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ tikkoopera mill-qrib ma’:

Min jibbenefika

Il-ħaddiema mħarrġa u kwalifikati li għandhom ċans ikbar li jsibu impjieg f’pajjiżhom, li jagħmilhom inqas vulnerabbli għall-esklużjoni soċjali, il-faqar u l-migrazzjoni irregolari.

Il-pajjiżi sħab isiru aktar prosperi u stabbli, bil-ħolqien ta’ aktar opportunitajiet għall-kummerċ u l-investiment.

Il-pajjiżi tal-UE ikollhom opportunitajiet li jirreklutaw ħaddiema kwalifikati li jiġu lejn l-Ewropa b’mod regolat aħjar, biex jimtela l-vojt fil-ħiliet maħluq bil-bidliet demografiċi.

Dettalji ta' kuntatt

il-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ(ETF)

Dettalji ta' kuntatt

Indirizz

Villa Gualino

Viale Settimio Severo 65

I-10133 Torino

Italia

Tel
+39 011 630 22 22
Fax
+39 011 630 22 00
Back to top