European Union website, the official EU website

L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA),

L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA),

Ħarsa ġenerali

  • Rwol: it-titjib tal-protezzjoni tal-investituri u l-promozzjoni ta' swieq finanzjarji stabbli u ordnati
  • Chair: Steven Maijoor
  • Direttur Eżekuttiv: Verena Ross
  • Membri: L-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għas-swieq tat-titoli f'kull pajjiż tal-UE
  • Membri bla vot: L-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA), l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (EIOPA), il-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (ESRB), il-Kummissjoni Ewropea (KE)
  • Osservaturi: l-Iżlanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja
  • Stabbilita: fl-2011
  • Numru ta’ persunal: 200
  • Lokalità: Pariġi (Franza)
  • Sit web: ESMA

L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) hi awtorità indipendenti tal-UE li l-għan tagħha hu li ttejjeb il-protezzjoni tal-investituri u li tippromwovi swieq finanzjarji stabbli u ordnati.

X’tagħmel l-ESMA?

Hi għandha 3 għanijiet:

  • Il-protezzjoni tal-investituri - li tiżgura li l-ħtiġijiet tal-konsumaturi finanzjarji huma moqdijin aħjar u ssaħħaħ id-drittijiet tagħhom bħala investituri, filwaqt li tirrikonoxxi r-responsabbiltajiet tagħhom.
  • Is-swieq ordnati - li jippromwovu l-integrità, it-trasparenza, l-effiċjenza u l-funzjonament tajjeb tas-swieq finanzjarji u l-infrastruttura soda tas-swieq.
  • L-istabbiltà finanzjarja - li ssaħħaħ is-sistema finanzjarja sabiex tkun tiflaħ għax-xokkijiet u tinvestiga l-iżbilanċi finanzjarji, u biex tħeġġeġ it-tkabbir ekonomiku.

L-ESMA hi wkoll responsabbli għall-miżuri ta' koordinazzjoni meħudin mis-superviżuri tat-titoli jew għall-adozzjoni ta' miżuri ta' emerġenza meta tinqala' kriżi.

Struttura

Il-Bord tas-Superviżuri, li jieħu d-deċiżjonijiet kollha dwar il-politika u li hu responsabbli għall-approvazzjoni tax-xogħol tal-ESMA, jinkludi:

Il-Bord tat-Tmexxija li jinkludi liċ-chair tal-EMSA, ir-rappreżentanti tal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali u d-delegati tal-Kummissjoni jiżgura li l-ESMA twettaq dmirijietha b'mod korrett.

Kif taħdem l-ESMA?

L-attivitajiet tagħha huma erba’:

  • Tivvaluta r-riskji tal-investituri, is-swieq u l-istabbiltà finanzjarja - li tippromwovi t-trasparenza u l-protezzjoni tal-investitur billi tqiegħed informazzjoni għad-dispożizzjoni tal-investituri permezz tar-reġistri u l-bażijiet tad-dejta pubbliċi, u billi toħroġ twissijiet lill-investituri.
  • Tikkompleta ġabra unika ta' regoli għas-swieq finanzjarji tal-UE - biex jittejjeb is-suq uniku tal-UE billi jiġu żviluppati standards tekniċi u billi jingħataw pariri lill-istituzzjonijiet tal-UE dwar l-iżvilupp ta' liġijiet ġodda.
  • Tippromwovi l-istandardizzazzjoni tal-prattiki ta' superviżjoni - billi jiġu skambjati l-aħjar prattiki u bit-titjib tal-effiċjenza fir-rigward, kemm tal-NCAs kif ukoll tal-industrija finanzjarja.
  • Tissupervajżja b'mod dirett il-korpi finanzjarji speċifiċi - l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu u r-repożitorji kummerċjali.

Min jibbenefika?

L-oqsma segwenti u l-partijiet ikkonċernati:

  • l-ekonomija
  • il-pubbliku ġenerali
  • ir-regolaturi tas-swieq tat-titoli
  • l-industrija tas-servizzi finanzjarji
  • l-imnut u l-investituri istituzzjonali u l-konsumaturi
  • il-provvedituri tas-servizzi finanzjarji
  • l-utenti tas-swieq finanzjarji
Dettalji ta' kuntatt: 

Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq(AETS)

Dettalji ta' kuntatt

Indirizz: 

CS 60747 
103 rue de Grenelle 
75345 Paris Cedex 07 
France

Tel: 
+33 1 58 36 43 21
Fax: 
+33 1 58 36 43 30