European Union website, the official EU website

Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA)

Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA)

Ħarsa ġenerali: 
  • Rwol: L-ENISA hija ċentru ta’ għarfien espert dwar iċ-ċibersigurtà fl-Ewropa
  • Direttur: Udo Helmbrecht
  • Stabbilita fi: 2004
  • Numru ta’ persunal: : 65
  • Post: Kwartieri Ġenerali f’Heraklion (il-Greċja), uffiċċju f’Ateni (il-Greċja)
  • Sit web: ENISA

L-ENISA, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni, hija ċentru ta’ għarfien espert dwar iċ-ċibersigurtà fl-Ewropa. L-ENISA tgħin lill-UE u lill-pajjiżi tal-UE biex ikunu mgħammra u mħejjija aħjar biex jipprevjenu, jidentifikaw u jirrispondu għal problemi ta’ sigurtà tal-informazzjoni.

Dak li tagħmel

L-ENISA tipprovdi pariri u soluzzjonijiet prattiċi għas-settur pubbliku u privat fil-pajjiżi tal-UE u għall-istituzzjonijiet tal-UE. Dan jinkludi:

L-ENISA tippubblika wkoll rapporti u studji dwar il-kwistjonijiet taċ-ċibersigurtà. Hija pproduċiet studji dwar:

L-ENISA tgħin fit-tfassil tal-politika u tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar is-sigurtà tan-netwerks u tal-informazzjoni. Dan jikkontribwixxi wkoll għat-tkabbir ekonomiku fis-suq intern tal-Ewropa.

Aktar informazzjoni dwar il-ħidma tal-ENISA fil-programm ta' ħidma annwali tagħha.

Struttura

Kif stabbilit fir-Regolameni tal-UE Nru 460/2004 u Nru 526/2013 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni, il-korpi tal-Aġenzija jinkludu Direttur Eżekuttiv, Bord tat-Tmexxija, Bord Eżekuttiv, u grupp ta' Partijiet Interessati Permanenti.

Kif taħdem

Ix-xogħol ta' kuljum ta' ENISA hu stabbilit fil-programm ta' ħidma annwali tal-Aġenzija li jitfassal kull sena wara konsultazzjonijiet wiesgħa mal-Bord tat-Tmexxija u Eżekuttiv ta' ENISA.

ENISA żviluppat ukoll netwerk b'saħħtu ta' partijiet ikkonċernati kemm fis-settur pubbliku kif ukoll dak privat u tfittex li tikseb:

  • Għarfien espert: tantiċipa u tappoġġja lill-Ewropa meta taffaċċja sfidi tas-sigurtà tal-informazzjoni u tan-netwerk filwaqt li tqis l-evoluzzjonijiet tal-ambjent diġitali
  • Politika: tgħin lill-Istati Membri u lill-istituzzjonijiet tal-UE fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' politiki meħtieġa biex jissodisfaw ir-rekwiżiti legali u regolatorji tas-Sigurtà tal-Informazzjoni Nazzjonali
  • Kapaċità: tappoġġja lill-Ewropa fit-tisħiħ ta' kapaċitajiet l-aktar avvanzati għan-netwerk u s-sigurtà tal-informazzjoni
  • Komunità: issaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u bejn il-komunitajiet tas-Sigurtà tal-Informazzjoni Nazzjonali

ENISA taħdem mill-qrib fuq riċerka u komunikazzjoni konġunta ma' Europol u ċ-Ċentru Ewropew taċ-Ċiberkriminalità (EC3).

L-Aġenzija għenet ukoll lil dawn l-aġenziji tal-UE dwar kwistjonijiet ta’ sigurtà ċibernetika:

Min jibbenifika

Il-grupp fil-mira prinċipali tal-ENISA huwa organizzazzjonijiet tas-settur pubbliku, b’mod speċifiku:

  • il-gvernijiet tal-pajjiżi tal-UE
  • l-istituzzjonijiet tal-UE.

L-Aġenzija tagħti servizz ukoll lil:

  • l-industrija tal-ICT (telekomunikazzjonijiet, fornituri tas-servizzi tal-internet u kumpaniji tal-IT)
  • il-komunità tan-negozju, speċjalment għal negozji żgħar
  • speċjalisti tas-sigurtà tan-netwerks u tal-informazzjoni, bħall-gruppi ta’ rispons ta’ emerġenza tal-kompjuters
  • l-akkademja
  • il-pubbliku.

 

Dettalji ta' kuntatt: 

Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni(ENISA)

Dettalji ta' kuntatt

Indirizz: 

Science and Technology Park of Crete (ITE)

Vassilika Vouton

GR-700 13 Ηeraklion

Ελλάδα/Greece

Tel: 
+30 28 14 40 9710