European Union website, the official EU website

Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ dwar id-Drogi u d-Dipendenza fuq id-Drogi (EMCDDA)

Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ dwar id-Drogi u d-Dipendenza fuq id-Drogi (EMCDDA)

Ħarsa ġenerali: 

Rwol: Li jipprovdi informazzjoni fattwali, oġġettiva, ta' min joqgħod fuqha u komparabbli dwar id-drogi u l-vizzju tad-droga.

Direttur: Alexis Goosdeel (il-Belġju)(mill-1.1.2016)

Stabbilit: fl-1993

Numru ta’ persunal: 100

Lokalità: Lisbona (il-Portugall)

Sit web: Iċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga

L-EMCDDA jipprovdi lill-UE u lill-Istati Membri tagħha b'informazzjoni fattwali, objettiva, ta' min joqgħod fuqha u komparabbli fil-livell Ewropew dwar id-drogi u l-vizzju tad-drogi u l-konsegwenzi tagħhom. L-għan tiegħu hu li jipprovdi evidenza biex jinforma lil dawk li jfasslu l-politika u jiggwida l-inizjattivi biex jiġu ttrattati d-drogi.

X’jagħmel

L-EMCDDA:

  • jimmonitorja l-problema tad-drogi fl-Ewropa (inklużi tendenzi emerġenti)
  • jimmonitorja s-soluzzjonijiet applikati għall-problemi relatati mad-drogi
  • jipprovdi informazzjoni dwar l-aħjar prattika fil-pajjiżi tal-UE u jinkuraġġixxihom sabiex jiskambjawha
  • jivvaluta r-riskji ta' sustanzi psikoattivi ġodda
  • jmexxi sistema ta' twissija bikrija dwar sustanzi psikoattivi ġodda
  • jiżviluppa għodda u strumenti biex jgħin lill-istati membri tal-UE jimmonitorjaw u jevalwaw il-politiki nazzjonali tagħhom u lill-Kummissjoni Ewropea biex timmonitorja u tevalwa l-politiki tal-UE.

Struttura

Il-korp ewlieni għat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-EMCDDA hu l-Bord tal-Maniġment, li jadotta l-programm ta' ħidma u l-baġit tiegħu. Dan hu appoġġjat minn Kumitat Eżekuttiv u minn Kumitat tal-Baġit.

Il-Kumitat Xjentifiku tal-EMCDDA jagħti parir lill-Bord u lid-Direttur dwar materji xjentifiċi u jaħdem mal-imsieħba biex jitwettqu valutazzjonijiet tar-riskju ta' drogi ġodda. L-EMCDDA jirċievi l-parti l-kbira tad-dejta tiegħu min-network Reitox, li jikkonsisti minn ċentri ta' monitoraġġ f'kull wieħed mit-28 pajjiż tal-UE, in-Norveġja, it-Turkija u l-Kummissjoni.

Aktar dwar l-istruttura organizzattiva tal-EMCDDA

Kif jaħdem

L-EMCDDA jaħdem abbażi tal-programmi ta' ħidma multiannwali u annwali. Dawn jirriżultaw minn konsultazzjonijiet komprensivi mal-korpi statutarji u partijiet ikkonċernati oħrajn tal-EMCDDA 

Hu jikkollabora ma’ numru ta’ aġenziji tal-UE, inklużi:

L-EMCDDA u dawn l-aġenziji tal-UE jipproduċu pubblikazzjonijiet, servizzi u inizjattivi konġunti. Pereżempju, l-EMCDDA jaħdem mal-Europol u mal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini biex tkun operata s-sistema ta' Twissija Bikrija tal-UE dwar Sustanzi Psikoattivi Ġodda.

Min jibbenefika:

  • dawk li jfasslu l-politika, inklużi l-awtoritajiet nazzjonali u rappreżentanti tal-istituzzjonijiet tal-UE
  • ix-xjenzati u r-riċerkaturi
  • l-organizzazzjonijiet internazzjonali
  • il-prattikanti
  • il-pubbliku.

Biex jibqa’ rilevanti għall-politika, l-EMCDDA qed jiċċaqlaq minn mudell li ċ-ċentru tiegħu hi l-informazzjoni għal wieħed orjentat fuq is-servizz li jipprovdi analiżi magħmula apposta għall-ħtiġijiet tal-korpi li jagħtihom parir.

Dettalji ta' kuntatt: 

iċ-Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ dwar id-Drogi u d-Dipendenza fuq id-Drogi(EMCDDA)

Dettalji ta' kuntatt

Indirizz: 

Praça Europa 1

Cais do Sodré

P-1249-289 Lisboa

Portugal

Tel: 
+351 21 121 02 00
Fax: 
+351 21 121 03 80