- Ċemplilna 00 800 6 7 8 9 10 11
- Uża alternattivi telefoniċi oħra
- Iltaqa’ magħna f’uffiċċju lokali tal-UE
- Iktbilna permezz tal-formola ta’ kuntatt tagħna
L-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE) huwa aġenzija tal-UE li jaħdem biex l-ugwaljanza bejn is-sessi ssir realtà fl-UE u lil hinn minnha. Għal dan l-għan, huwa jipprovdi riċerka, dejta u prattiki tajbin billi:
Il-prodotti tal-EIGE jinkludu dawn li ġejjin:
L-EIGE għandu direttorat u 3 unitajiet:
Il-ħidma tiegħu hija mmexxija minn bord ta’ tmexxija, li jadotta l-programmi ta’ ħidma u l-baġit. Il-bord ta’ tmexxija għandu 18-il membru fuq bażi ta’ rotazzjoni u rappreżentant mill-Kummissjoni Ewropea.
L-EIGE jirċievi wkoll pariri u appoġġ mill-Forum tal-Esperti tiegħu, b’membri minn kull Stat Membru tal-UE, is-soċjetà ċivili, l-imsieħba soċjali, il-Kummissjoni Ewropea u l-Parlament Ewropew.
Il-ħidma tal-EIGE hija gwidata minn pjan strateġiku ta’ 3 snin imsejjaħ Dokument Uniku tal-Programmazzjoni. Dan jinkludi programm ta’ ħidma annwali u baġit.
L-EIGE jaħdem f’kooperazzjoni mill-qrib mal-partijiet ikkonċernati f’livelli differenti. Huwa jiddjaloga regolarment mal-Kummissjoni Ewropea, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea biex jiġi żgurat li r-riċerka tiegħu tikkontribwixxi għall-politiki tal-UE. Huwa jaħdem ukoll mill-qrib mal-Istati Membri tal-UE u jipprovdi input immirat għall-ħtiġijiet tagħhom.
Il-pajjiż li jkollu l-Presidenza b’rotazzjoni tal-UE jingħata attenzjoni u appoġġ speċjali mill-EIGE meta l-ugwaljanza bejn is-sessi tkun fuq l-aġenda tal-Presidenza tal-UE. Il-Presidenzi tal-UE jistgħu wkoll jitolbu lill-EIGE biex iwettaq studju dwar wieħed mill-oqsma koperti fil-Pjattaforma ta’ Azzjoni ta’ Beijing.
L-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, l-akkademja, l-imsieħba soċjali u esperti tal-ugwaljanza bejn is-sessi huma viżitaturi regolari tal-EIGE. Dawn kollha għandhom rwol importanti fl-iżgurar li l-ħidma tal-EIGE tilħaq il-bżonnijiet tal-pubbliku u li tkun magħrufa sew mal-pubbliku.
Bħala ċ-ċentru tal-għarfien Ewropew dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi, l-EIGE: