European Union website, the official EU website

L-Aġenzija tal-GNSS Ewropea (GSA)

L-Aġenzija tal-GNSS Ewropea (GSA)

Ħarsa ġenerali: 
  • Rwol: Il-GSA timmaniġġja l-interessi pubbliċi relatati ma’ Sistemi Ewropej għan-Navigazzjoni Globali bis-Satellita (GNSS), is-Sistemi Ewropej ta’ Navigazzjoni b’Kopertura Ġeostazzjonarja (EGNOS) u Galileo.
  • Direttur: Carlo des Dorides
  • Imsieħba: il-Kummissjoni Ewropea, l-Aġenzija Spazjali Ewropea (ESA)
  • Stabbilita: fl-2004
  • Persunal: 121
  • Lokalità: Praga (ir-Repubblika Ċeka)
  • Sit web: GSA

L-Aġenzija tas-Sistemi Globali ta' Navigazzjoni bis-Satellita Ewropea (GSA) tappoġġja l-mira tal-UE li jiġi massimizzat ir-ritorn fuq l-investiment fis-sistemi Ewropej għan-navigazzjoni globali bis-Satellita (GNSS) f'termini ta':

  • benefiċċji għall-utenti
  • tkabbir ekonomiku
  • kompetittività.

Dak li tagħmel

Din tiżgura li l-Ewropa tilħaq l-objettivi tal-GNSS tagħha u li l-pubbliku jibbenefika mis-sistemi Ewropej ta’ navigazzjoni b’kopertura ġeostazzjonarja (EGNOS) u Galileo.

Il-kompiti speċifiċi tagħha huma li:

  • timmaniġġja l-provvediment tas-servizz ta' EGNOS u Galileo
  • tippermetti s-servizzi abbażi tal-GNSS li jirrispondu għal ħtiġijiet tal-utent
  • ittejjeb is-servizzi u l-infrastruttura tal-GNSS

Sabiex twettaq dan, il-GSA:

Struttura

It-tim tal-maniġment tal-GSA, immexxi mid-Direttur Eżekuttiv, jirrapporta lill-Bord Amministrattiv li jinkludi:

  • rappreżentanti mill-pajjiżi kollha tal-UE
  • osservatur li jirrappreżenta l-Aġenzija Spazjali Ewropea
  • rappreżentant tal-Kummissjoni Ewropea
  • rappreżentant mingħajr dritt għall-vot tal-Parlament Ewropew
  • osservatur li jirrappreżenta r-Rappreżentant Għoli tal-UE għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà.

Jeżisti wkoll Bord ta' Akkreditazzjoni tas-Sigurtà b'formazzjoni simili.

Kif taħdem

Il-Bord Amministrattiv japprova l-programm annwali tagħha, abbażi tal-istrateġija stabbilita mill-Kumitat tal-Programmi Ewropej tal-GNSS. Skont ftehimiet ta' delegazzjoni ddettaljati, il-Kummissjoni Ewropea tiddelega r-responsabbiltà għat-twettiq ta' kompiti speċifiċi relatati ma' wieħed mill-programm tal-GNSS jew mat-tnejn li huma.

Min jibbenifika

Hemm gruppi fil-mira interni u esterni.

Interni:

  • id-dipartimenti tal-Kummissjoni
  • il-pajjiżi tal-UE
  • il-Membri tal-Parlament Ewropew, il-kumitati u l-kuntatti parlamentari
  • l-aġenziji u l-korpi Ewropej li jservu s-settur tat-trasport u tal-ispazju
  • l-imsieħba istituzzjonali fil-programm tas-Sistemi Ewropej għan-Navigazzjoni Globali bis-Satellita

Esterni:

  • il-membri tal-pubbliku
  • l-istituzzjonijiet nazzjonali relatati mal-GNSS fil-pajjiżi tal-UE
  • in-negozji involuti fil-GNSS
  • l-istituzzjonijiet u l-organizzazzjonijiet internazzjonali relatati mal-GNSS
  • il-mezzi tal-midja relatati mal-GNSS u mal-applikazzjonijiet tal-utent
  • l-awtoritajiet nazzjonali
Dettalji ta' kuntatt: 

l-Aġenzija Ewropea GNSS(GSA)

Dettalji ta' kuntatt

Indirizz: 

Janovskeho 438/2

170 00 Prague 7

Česká Republika

Tel: 
+420 234 766 000
Fax: 
+32 2 296 72 38