Unjoni Ewrope

Aġenzija Ewropea tad-Difiża (EDA)

Aġenzija Ewropea tad-Difiża (EDA)

Ħarsa ġenerali

  • Rwol: L-EDA tappoġġja proġetti ta’ kooperazzjoni tad-difiża Ewropea u tipprovdi forum għall-ministri Ewropej tad-difiża.
  • Direttur: Jorge Domecq
  • Membri: 27 Stat Membru tal-UE (id-Danimarka mhijiex membru)
  • Stabbilita fi: 2004
  • Numru tal-persunal: 140
  • Lokalità: Brussell (il-Belġju)
  • Sit web: EDA

L-Aġenzija Ewropea għad-Difiża (EDA) ġiet stabbilita fl-2004. Hija tgħin is-27 Stat Membru tagħha (il-pajjiżi kollha tal-UE minbarra d-Danimarka) biex jiżviluppaw ir-riżorsi militari tagħhom.

Tippromwovi l-kollaborazzjoni, tniedi inizjattivi ġodda u tintroduċi soluzzjonijiet biex jitjiebu l-kapaċitajiet tad-difiża. Tgħin ukoll lill-Istati Membri biex jiżviluppaw il-kapaċitajiet ta’ difiża konġunta jekk jixtiequ jagħmlu hekk.

L-EDA hija faċilitatur ewlieni fl-iżvilupp tal-kapaċitajiet li huma fil-bażi tal-Politika ta’ Sigurtà u Difiża Komuni tal-UE (PSDK).

L-Aġenzija hi bbażata fi Brussell u timpjega madwar 140 membru tal-persunal. Il-kap tagħha hi Federica Mogherini, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea.

Dak li tagħmel

L-EDA tappoġġja s-27 Stat Membru tagħha – il-pajjiżi kollha tal-UE minbarra d-Danimarka – biex itejbu l-kapaċitajiet tad-difiża tagħhom permezz tal-kooperazzjoni Ewropea.

Hi taġixxi bħala faċilitatur u tippermetti l-aċċess għall-ministeri tad-difiża li huma lesti li jaħdmu fuq proġetti kollaborattivi ta’ kapaċità tad-difiża.

L-aġenzija hija “hub” ta’ kooperazzjoni tad-difiża Ewropea. L-għarfien espert u n-netwerks tagħha jippermettulha tkopri spettru wiesa’ ta’ difiża, inklużi:

  • L-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti biex jinkisbu kapaċitajiet operattivi
  • Ir-riċerka u l-innovazzjoni għall-iżvilupp ta’ dimostraturi tat-teknoloġija
  • It-taħriġ u l-eżerċizzji ta’ manutenzjoni li jappoġġjaw l-operazzjonijiet tal-Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni.

L-EDA taħdem ukoll lejn it-tisħiħ tal-industrija tad-difiża Ewropea u taġixxi bħala faċilitatur u interfaċċa bejn il-partijiet ikkonċernati militari tal-Istati Membri u l-politiki tal-UE li għandhom impatt fuq id-difiża.

F’Mejju 2017, l-Istati Membri qablu li jsaħħu l-missjoni tal-aġenzija, inkluż il-fatt li din l-aġenzja tkun l-operatur ċentrali għall-attivitajiet relatati mad-difiża ffinanzjati mill-UE.

Struttura

L-aġenzija għandha 3 direttorati operattivi:

Kif taħdem

L-Aġenzija tappoġġja l-kooperazzjoni tad-difiża bejn il-pajjiżi tal-UE.

Hija tgħin lill-membri tagħha f’oqsma prijoritarji miftiehma b’mod komuni permezz ta’ proġetti ta’ kooperazzjoni apposta.

Bħala aġenzija, hi kburija bil-flessibilità, l-għarfien espert u l-kosteffiċjenza tagħha:

  • Il-flessibbiltà: hi toffri appoġġ imfassal apposta, għal proġetti li jinvolvu tal-inqas żewġ pajjiżi, biex iqabblu l-prijoritajiet strateġiċi tagħhom, ir-rekwiżiti operattivi, jew l-interess fi proġett speċifiku.
  • Il-kosteffiċjenza: il-baġit tal-EDA jikkonsisti f’baġit ġenerali, baġits assoċjati ma’ proġetti jew programmi ad hoc u baġits li jirriżultaw minn dħul addizzjonali. Aqra aktar dwar kif l-EDA talloka l-baġit tagħha.

Min jibbenefika

L-Istati Membri tal-UE (l-UE-28, minbarra d-Danimarka) jibbenefikaw mill-approċċ flessibbli tal-aġenzija li jippermettilhom jiddeċiedu dwar il-parteċipazzjoni tagħhom skont il-ħtiġijiet tad-difiża nazzjonali tagħhom.

Hija tgħin lill-ministeri Ewropej tad-difiża sabiex jindirizzaw in-nuqqasijiet tal-kapaċità fl-oqsma tad-difiża u t-taħriġ.

L-EDA għandha wkoll ftehimiet ma’ xi pajjiżi mhux fl-UE (in-Norveġja, is-Serbja, l-Iżvizzera u l-Ukraina).

Dettalji ta' kuntatt: 

Aġenzija Ewropea għad-Difiża(AED)

Dettalji ta' kuntatt

Indirizz: 

Rue des Drapiers/Lakenweversstraat 17-23

B-1050 Bruxelles/Brussel

Belgique/België

Tel: 
+32 2 504 28 00
Fax: 
+32 2 504 28 15
Back to top