European Union website, the official EU website

Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC)

Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC)

Ħarsa ġenerali: 
  • Rwol: It-tisħiħ tad-difiżi tal-Ewropa kontra mard infettiv
  • Direttur: Andrea Ammon (aġent)
  • Stabbilit: 2005
  • Numru ta’ persunal: 290
  • Lokalità: Stokkolma (l-Iżvezja)
  • Sit web: ECDC

Dak li tagħmel

  • Janalizza u jinterpreta d-dejta minn pajjiżi tal-UE dwar 52 mard u kundizzjonijiet li jittieħdu, bl-użu tas-Sistema Ewropea ta' Sorveljanza (TESSy).
  • Jipprovdi parir xjentifiku lill-gvernijiet u lill-istituzzjonijiet tal-UE.
  • Jiżgura detezzjoni bikrija u analiżi ta' theddid emerġenti għall-UE.
  • Jikkoordina l-Programm Ewropew ta' Taħriġ fl-Epidemjoloġija tal-Intervent (EPIET) u l-Programm Ewropew ta' Taħriġ fil-Mikrobijoloġija fis-Saħħa Pubblika (EUPHEM).
  • Għin lill-gvernijiet tal-UE jippreparaw għall-inċidenzi tal-mard.
  • Jorganizza l-ESCAIDE, il-Konferenza Ewropea Xjentifika dwar l-Epidemjoloġija Applikata tal-Mard Li Jittieħed, konferenza annwali ta' 3 jiem.

Struttura

L-ECDC magħmul:

L-istruttura organizzattiva tiegħu tinkludi 5 unitajiet:

  • l-Uffiċċju tax-Xjenzat Prinċipali
  • l-Appoġġ ta’ Rispons u Sorveljanza
  • il-Komunikazzjoni u l-Kapaċità u tas-Saħħa Pubblika
  • l-Immaniġġjar u l-Koordinazzjoni tar-Riżorsi
  • it-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni

Kif taħdem

Hi tipprovdi d-dejta ta’ sorveljanza u pariri xjentifiċi dwar 52 marda u kundizzjoni notifikabbli li jittieħdu, inċidenzi ta' mard u theddid għas-saħħa pubblika. L-Aġenzija għandha kompetenzi u tagħrif mill-persunal espert tagħha stess, min-netwerks pan-Ewropej tal-mard u mill-korpi nazzjonali tas-saħħa pubblika.

L-ECDC topera 3 sistemi essenzjali, kull waħda tkopri qasam differenti ta' kontroll tal-mard:

  • EWRS (twissijiet dwar id-detezzjoni ta' theddid)
  • EPIS (informazzjoni dwar l-epidemiji)
  • TESSy (sorveljanza tal-mard).

Hi taħdem mill-qrib ma’ aġenziji oħrajn tal-UE u ma’ organizzazzjonijiet li mhumiex fl-UE, inklużi:

Min jibbenefika

  • il-komunità tas-saħħa pubblika fl-Ewropa, b'mod partikulari
    • il-korpi nazzjonali u subnazzjonali tas-saħħa pubblika fl-UE/ŻEE
    • l-istituzzjonijiet tal-UE
    • pesuni oħrajn li jfasslu l-politiki Ewropej
  • il-professjonisti tal-kura tas-saħħa, ir-riċerkaturi, l-organizzazzjonijiet internazzjonali u l-awtoritajiet nazzjonali barra l-Ewropa.
Dettalji ta' kuntatt: 

Ċentru Ewropew għal Prevenzjoni u Kontroll tal-Mard(ECDC)

Dettalji ta' kuntatt

Indirizz: 

Tomtebodavägen 11A

Solna

Sverige

Tel: 
+46 8 586 010 00
Fax: 
+46 8 586 010 01