Unjoni Ewrope

Awtorità Bankarja Ewropea (EBA)

Awtorità Bankarja Ewropea (EBA)

Ħarsa ġenerali

  • Rwol: biex jinbena qafas regolatorju u superviżorju uniku għall-UE kollha għas-settur bankarju
  • President: Andrea Enria
  • Direttur Eżekuttiv: Adam Farkas
  • Stabbilita fi: 2011
  • Persunal: 154
  • Post: Londra (Ir-Renju Unit). L-EBA se tkun rilokata f'Pariġi (Franza) mhux aktar tard wara l-irtirar tar-Renju Unit mill-UE fit-30 ta' Marzu 2019.
  • Sit web: EBA

L-EBA hija l-aġenzija tal-UE li għandha l-kompitu li timplimenta sett standard ta' regoli biex tirregola u tissorvelja s-settur bankarju fil-pajjiżi tal-UE kollha. L-għan tagħha huwa li toħloq livell effiċjenti, trasparenti u stabbli tas-suq uniku tal-UE ta’ prodotti bankarji.

Dak li tagħmel

  • Tipprovdi input fil-ħolqien ta' sett standard u uniku ta' regoli għas-settur bankarju tal-UE - il-Ġabra Unika tar-Regoli.
  • Tipprovdi żvelar ċentralizzat ta' dejta superviżorja dwar il-banek tal-UE (biex tiżdied it-trasparenza, id-dixxiplina fis-suq u l-istabbilità finanzjarja fl-UE).
  • Tippromwovi l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali dwar gruppi bankarji superviżorji li joperaw f'aktar minn pajjiż wieħed u tagħti servizz ta' medjazzjoni f'tilwim li jinvolvi aktar minn pajjiż wieħed.
  • Tippromwovi suq tal-UE li jkun trasparenti, sempliċi u ġust għall-konsumaturi ta' prodotti u servizzi finanzjarji, u tiżgura li l-konsumaturi kollha huma trattati b'mod ġust u jkunu protetti fl-UE kollha.

Struttura

Il-President tal-EBA jmexxi d-diskussjonijiet fil-laqgħat tal-Bord ta’ Superviżuri tal-EBA, li hu magħmul mill-awtoritajiet superviżorji minn kull pajjiż tal-UE.

Il-ħidma operattiva tal-Awtorità hija mmexxija mid-Direttur Eżekuttiv tagħha.

L-istruttura ta’ governanza tal-EBA:

  • Il-Bord ta’ Superviżuri tal-EBA - jieħu d-deċiżjonijiet ta’ politika kollha tal-EBA
  • Il-Bord ta’ Ġestjoni - jiżgura li l-awtorità tkun qed issegwi l-mandat u l-programm ta’ ħidma tagħha
  • Il-Kumitat ta' Riżoluzzjoni - jieħu deċiżjonijiet dwar kwistjonijiet ta’ riżoluzzjoni bankarja

Kif taħdem

Ir-riżultati kollha tal-EBA huma diskussi fi gruppi ta’ ħidma tekniċi u kumitati permanenti, fejn l-awtoritajiet nazzjonali kollha jistgħu jagħtu kontribut. Fejn meħtieġ, l-EBA tikkoopera wkoll ma’ korpi nazzjonali, tal-UE jew internazzjonali oħrajn.

Il-prodotti finali huma adottati mill-Bord tas-Superviżuri.

L-EBA taħdem ukoll mill-qrib mal-awtoritajiet superviżorji tal-UE (ESAs) dwar kwistjonijiet ta' relevanza transsettorjali fil-Kumitat Konġunt tal-ESAs.

Programm ta' ħidma annwali tal-EBA

Min jibbenefika

  • Istituzzjonijiet tal-UE
  • In-negozji u l-konsumaturi fis-settur bankarju
  • L-ekonomija tal-UE b'mod aktar wiesgħa.
Dettalji ta' kuntatt

Awtorità Bankarja Ewropea(ABE)

Dettalji ta' kuntatt

Indirizz

One Canada Square (Floor 46)
Canary Wharf
London E14 5AA| UK

Tel
+44 (0)207 382 1776
Fax
+44 (0)207 382 1771
Back to top