Unjoni Ewrope

L-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (EASA)

L-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (EASA)

Ħarsa ġenerali

  • Rwol: Tiżgura s-sikurezza u l-protezzjoni ambjentali fl-avjazzjoni ċivili fl-Ewropa
  • Direttur: Patrick Ky
  • Membri: 28 pajjiż tal-UE + l-Iżlanda, il-Liechtenstein, l-Iżvizzera, in-Norveġja
  • Imsieħba: l-awtoritajiet Ewropej tal-avjazzjoni ċivili
  • Stabbilita: fl-2002
  • Numru ta’ persunal: 840
  • Lokalità: Cologne (il-Ġermanja)
  • Sit web: Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (EASA)

L-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (EASA) hi responsabbli biex tiżgura s-sikurezza u l-protezzjoni ambjentali fit-trasport bl-ajru fl-Ewropa.

Dak li tagħmel

Ir-rwol tal-EASA jinkludi:

  • l-armonizzazzjoni tar-regolamenti u taċ-ċertifikazzjoni
  • l-iżvilupp tas-suq uniku tal-avjazzjoni tal-UE
  • it-tfassil ta’ regoli tekniċi dwar l-avjazzjoni
  • it-tip ta’ ċertifikazzjoni tal-inġenji tal-ajru u tal-komponenti tagħhom
  • l-approvazzjoni ta’ kumpaniji li jiddisinjaw, jimmanifatturaw u li jagħmlu l-manutenzjoni tal-prodotti aeronawtiċi
  • il-provvediment ta’ sorveljanza u ta’ appoġġ lill-pajjiżi tal-UE (p.e. dwar l-operazzjonijiet bl-ajru, il-maniġment tat-traffiku tal-ajru)
  • il-promozzjoni tal-istandards Ewropej u tas-sikurezza globali
  • il-ħidma mal-partijiet ikkonċernati internazzjonali biex tittejjeb is-sikurezza fl-Ewropa (p.e. il-“lista tas-sikurezza tal-ajru tal-UE” – lista ta’ operaturi pprojbiti).

Struttura

L-EASA tikkonsisti minn 5 direttorati:

  • Id-direttorat eżekuttiv – jinkludi l-inġinier ewlieni, id-dipartiment tal-komunikazzjoni u tal-kwalità, id-dipartiment legali
  • Il-maniġment tal-istrateġija u tas-sikurezza – l-intelliġenza u l-prestazzjoni tas-sikurezza, l-istrateġija u l-programmi, il-kooperazzjoni internazzjonali
  • Iċ-ċertifikazzjoni – iċ-ċertifikazzjoni, id-direttivi dwar il-validità u l-ajrunavigabbiltà għall-inġenji tal-ajru, il-partijiet u l-appliances, is-sorveljanza tas-sikurezza għall-kumpaniji tad-disinni aeronawtiċi
  • Id-direttorat tal-istandards tat-titjir – responsabbli għall-istandardizzazzjoni (sorveljanza nazzjonali) u għat-tfassil tar-regoli għall-manutenzjoni, l-operazzjonijiet bl-ajru, l-ekwipaġġ tal-ajru u l-ittestjar mediku, il-maniġment tat-traffiku tal-ajru/is-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru, ajruporti
  • Id-direttorat tar-riżorsi u l-appoġġ – il-finanzjament u l-akkwist, ir-riżorsi umani, l-IT, is-servizzi tal-applikant, is-servizzi korporattivi

Min jibbenefika

Il-komunità tal-avjazzjoni ċivili Ewropea u internazzjonali:

  • l-awtoritajiet Ewropej tal-avjazzjoni ċivili
  • l-operaturi tal-ajru u l-linji tal-ajru
  • il-manifatturi/id-disinjaturi Ewropej tal-inġenji tal-ajru u tal-partijiet tagħhom
  • il-kumpaniji tal-manutenzjoni
  • il-piloti kummerċjali u privati
  • l-organizzazzjonijiet ta’ taħriġ approvati
  • iċ-ċentri aeromedikali
  • il-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru u s-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru
  • l-ajruporti

Prodotti ta’ inġenji tal-ajru u aeronawtiċi koperti:

  • il-jets ta’ daqs medju u kbar
  • l-inġenji tal-ajru turboprop
  • l-inġenji tal-ajru ħfief
  • l-inġenji tal-ajru bi ġwienaħ rotatorji (ħelikopters, gyroplanes)
  • l-inġenji tal-ajru ħfief għall-isport (balloons, gliders, airships, drones ċivili)
  • il-magni, l-iskrunijiet, is-simulaturi tat-titjir
  • uħud mill-inġenji tal-ajru militari (p.e. l-A400M airlifter)
Dettalji ta' kuntatt: 

l-Aġenzija Ewropea tas-Sigurtà ta' l-Avjazzjoni(EASA)

Dettalji ta' kuntatt

Indirizz: 

Konrad-Adenauer-Ufer 3
D-50668 Köln

Tel: 
+49 221 8999 000
Fax: 
+49 221 8999 099