European Union website, the official EU website

Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL)

Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL)

Ħarsa ġenerali: 

Rwol: tipprovdi taħriġ fl-infurzar tal-liġi Ewropea u internazzjonali
Direttur Eżekuttiv: Dr. Ferenc Bánfi
Stabbilita: fl-2005
Numru ta’ persunal: 60
Lok:  Budapest (l-Ungerija)
Sit web: CEPOL

Is-CEPOL, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi, hi aġenzija tal-Unjoni Ewropea li tiżviluppa, timplimenta u torganizza taħriġ għall-pulizija u uffiċjali oħrajn tal-infurzar tal-liġi.

Dak li tagħmel

L-Aġenzija:    

  • tipprovdi taħriġ għall-pulizija u uffiċjali oħrajn tal-infurzar tal-liġi
  • ittejjeb is-sigurtà tal-UE permezz tal-qsim tat-taħriġ u l-għarfien
  • tistabbilixxi netwerks ta’ taħriġ.

Is-CEPOL toffri korsijiet ta’ taħriġ innovattivi u avvanzati. Hi tintegra l-ħiliet reċenti u l-iżviluppi fir-riċerka u t-teknoloġija fil-programmi ta’ taħriġ tagħha, u ssaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-pulizija.

Il-portafoll attwali tagħha jinkludi:

Struttura

Is-CEPOL hi mmexxija minn direttur eżekuttiv, li jwieġeb għall-bord ta’ mmaniġġjar.

Il-bord ta' mmaniġġjar hu magħmul minn rappreżentanti tal-pajjiżi tal-UE u l-Kummissjoni Ewropea. Il-President hu rappreżentant ta' wieħed mit-3 pajjiż tal-UE li jippreparaw b’mod konġunt il-programm ta’ 18-il xahar tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

L-aġenzija għandha unità nazzjonali (magħrufa bħala s-"CNU") f’kull pajjiż tal-UE. L-unitajiet nazzjonali jipprovdu informazzjoni u gwida għall-uffiċjali tal-infurzar tal-liġi li jixtiequ jieħdu sehem f’attivitajiet tas-CEPOL.

Kif taħdem

Is-CEPOL tiġbor flimkien netwerk ta’ istituzzjonijiet ta’ taħriġ għall-uffiċjali tal-infurzar tal-liġi f’kull pajjiż tal-UE u tgħinhom jipprovdu l-ewwel taħriġ importanti dwar il-prijoritajiet ta’ sigurtà, il-kooperazzjoni fl-infurzar tal-liġi u l-iskambju tal-informazzjoni.

L-aġenzija taħdem ukoll ma’ korpi tal-UE, organizzazzjonijiet internazzjonali u pajjiżi li mhumiex membri tal-UE biex ikun żgurat li jkun hemm rispons kollettiv għall-aktar theddidiet serji ta’ sigurtà.

Il-programm ta’ ħidma annwali tagħha hu bbażat fuq l-input minn dan in-netwerk u fuq partijiet ikkonċernati oħrajn. Dan ifisser li l-attivitajiet tagħha jilħqu l-bżonnijiet tal-pajjiżi tal-UE fl-oqsma ta’ prijorità tal-istrateġija ta’ sigurtà interna tal-UE.

Min jibbenifika

Is-CEPOL tikkontribwixxi għal Ewropa aktar sikura billi tiffaċilita l-kooperazzjoni u l-għarfien fost l-uffiċjali tal-pulizija f’pajjiżi tal-UE u f’xi pajjiżi li mhumiex fl-UE dwar kwistjonijiet ibbażati fuq il-prijoritajiet ta’ sigurtà tal-Unjoni, u speċjalment dwar iċ-ċiklu ta’ politika tal-UE dwar il-kriminalità serja u organizzata.

L-għan tas-CEPOL hu li ssir ċentru dinji u l-mutur ta’ bidla fil-qasam tat-taħriġ fl-infurzar tal-liġi.

Dettalji ta' kuntatt: 

l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL)

Dettalji ta' kuntatt

Indirizz: 

1903 Budapest
Pf.314
Hungary

Tel: 
+36 1 803 8030/8031
Fax: 
+36 1 803 8032